Anġelus

Il-Papa fl-Angelus: Kunu kreattivi biex tfittxu dejjem soluzzjonijiet tajbin

Pope Francis calls on the faithful to use creativity, prudence, and even cleverness, in living out the Gospel in our daily lives, and to be generous in using the goods of this world for those who need them most, showing fraternal love and social fellowship.

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Il-parabbola li jippreżentalna l-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum (cfr Lq 16, 1.13) tidher li hi ftit diffiċli biex tinftiehem.  Ġesù jirrakkonta storja ta’ korruzzjoni: amministratur diżonest, li jisraq, imbagħad meta sidu jsir jaf, jaħdem b’moħħu biex joħroġ mis-sitwazzjoni.  Nistaqsu lilna nfusna: fiex jikkonsisti dal-ħażen tal-moħħ – min qed jużaħ hu korrott -, u xi jrid jgħidilna Ġesù? … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Inċekknu l-egoiżmu, is-suppervja, il-kburija, u l-għażż

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Fis-silta tal-Evanġelju tal-Liturġija ta’ dan il-Ħadd, wieħed raġel jistaqsi lil Ġesù: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?” U l-Mulej iwieġeb: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq” (Lq 13: 24). Il-Bieb id-dejjaq hu simbolu li aktarx ibeżżgħana, qisu li s-salvazzjoni hi biss għal xi ftit magħżulin jew għall-perfetti. Imma dan is-simbolu jikkontradixxi dak li għallimna Ġesù f’bosta okkażjonijiet oħra; infatti, ftit aktar ‘il quddiem hu jafferma: “jiġu mil-Lvant u mill-Punent, mit-Tramuntana u min-Nofsinhar, u joqogħdu għall-mejda fis-Saltna ta’ Alla” (v… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Il-ħniena hi t-triq tas-salvazzjoni għad-dinja kollha

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Fl-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum hemm espressjoni ta’ Ġesù li tolqotna u ġġagħalna naħsbu. Waqt li miexi mad-dixxipli tiegħu, hu jgħid: “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad!” (Lq 12:49). Dwar liema nar qed jitkellem? U xi jfisser dal-kliem għalina llum, dan-nar li qed iġib Ġesù?

Kif nafu, Ġesù ġie biex iġib l-Evanġelju fid-dinja, jiġifieri l-Bxara t-Tajba tal-imħabba t’Alla għal kull wieħed u waħda minna… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Inħarsu l-ġid li Alla fdalna f’idejna

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Fl-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum Ġesù jkellem lid-dixxipli tiegħu biex iserrħilhom moħħhom minn kull biża’ u jistedinhom jishru. L-eżortazzjonijiet fundamentali li jindirizzalhom huma tnejn: l-ewwel waħda hi:” tibżgħu xejn, merħla ċkejkna” (Lq 12, 32); it-tieni “kunu lesti” (v.35).  “Tibżgħux” u “kunu dejjem lesti”. Dawn huma żewġ kelmiet fundamentali biex negħlbu l-biżgħat li xi minn daqqiet jipparalizzawna, u biex negħlbu t-tentazzjoni ta’ ħajja passiva, mitruħa… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Ir-rebgħa hi marda perikoluża għas-soċjetà

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Fl-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum, wieħed raġel jagħmel din it-talba lil Ġesù: “Mgħallem għid lil ħija biex jaqsam il-wirt miegħi” (Lq 12:13). Din sitwazzjoni komuni ħafna, problemi bħal dawn huma ħaġa ta’ kuljum: kemm aħwa, kemm membri tal-istess familja, sfortunatament jiġġieldu u, forsi, lanqas ikellmu lil xulxin aktar minħabba l-wirt!

Fit-tweġiba li ta lil dak ir-raġel. Ġesù ma jidħolx fid-dettalji, imma jmur dritt lejn l-għerq tal-firdiet li jinħolqu mill-pussess tal-affarijiet, u jgħid bla tlaqliq: “Żommu bogħod minn kull regħba” (v. 15). X’inhi r-rebgħa? Hi l-kilba bla rażan għall-ġid materjali, li bniedem irid dejjem jistgħana. Hi marda li teqred lill-persuni, għax il-kilba li jkollok toħloq aktar dipendenza. Fuq kollox, min għandu ħafna qatt mhu kuntent: dejjem irid aktar, u għalih waħdu. Imma hekk m’għadux aktar ħieles: hu ggranfat, ilsir, ta’ dak li paradossalment kellu jservih biex jgħix liberu u hieni… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus iħeġġeġ biex nibdew il-ġurnata bil-Kelma t’Alla

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum itina xena domestika vivaċi b’Marta u Marija, żewġ aħwa li jilqgħu lil Ġesù bħala mistieden fid-dar tagħhom (ara Lq 10:38-42). Marta minnufih tmidd idejha biex tilqa’ lill-mistednin, filwaqt li Marija tintefa’ bilqiegħda f’riġlejn Ġesù biex toqgħod tisimgħu. Allura Marta ddur lejn l-Imgħallem u titolbu jgħid lil Marija biex tgħinha. It-tgemgima ta’ Marta ma tidhirx barra minn lokha; anzi nħossu li nistgħu ntuha raġun.  Madankollu Ġesù jweġibha: “Marta, Marta! … Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Angelus: Naraw u jkollna ħniena bħas-Samaritan it-Tajjeb

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-liturġija tal-lum jirrakkonta l-parabbola tas-Sammaritan it-Tajjeb (cfr Lq 10, 25-37); ikoll nafuha.  Fl-isfond hemm it-triq li minn Ġerusalemm tagħti għal Ġeriko, li fiha hemm raġel imsawwat sad-demm u li l-ħallelin serquh.  Saċerdot kien għaddej, jarah u ma jieqafx, ikompli triqtu’, l-stess jagħmel wieħed levita, jiġifieri bniedem responsabbli mill-kult fit-tempju.  “Iżda, Sammaritan – jgħidilna l-Evanġelju – li kien jivvjaġġa, meta wasal ħdejh, rah u ġietu ħniena minnu” (v… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Id-dinja teħtieġ paċi mhux imsejsa fuq armi u biża’

  Il-Pjazza ta' San Pietru, il-Vatikan

Dear brothers and sisters, buongiorno!

In the Gospel of this Sunday’s liturgy, we read that “the Lord appointed seventy-two [disciples], and sent them on ahead of him, two by two, into every town and place where he himself was about to come” (Lk 10:1). The disciples were sent two by two, not individually. To go on a mission two by two, from a practical point of view, would seem to bring more disadvantages than advantages… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Bid-djalogu biss tinġieb il-paċi soċjali

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija ta’ dan il-Ħadd ikellimna dwar bidla deċisiva. Jgħid hekk: “Meta Ġesù qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm” (Lq 9:51). Hekk jibda “l-vjaġġ il-kbir” lejn il-belt qaddisa, li jitlob fehma speċjali għax hu l-aħħar wieħed. Id-dixxipli, mimlijin entużjażmu li għadu wisq tad-dinja, joħolmu li l-Imgħallem sejjer lejn it-trijonf; iżda Ġesù jaf li f’Ġerusalemm hemm jistennewh iċ-ċaħda u l-mewt (ara Lq 9:22,43b-45); jaf li sejjer biex ibati ħafna; u dan jesiġi fehma deċiża. Hekk, Ġesù jersaq b’pass riżolut lejn Ġerusalemm. Hi l-istess deċiżjoni li għandna nieħdu jekk irridu nkunu dixxipli ta’ Ġesù. Fiex tikkonsisti din id-deċiżjoni? Għax aħna għandna nkunu dixxipli ta’ Ġesù bis-serjetà, b’rieda sħiħa, mhux – kif kienet tgħid waħda xwejħa li kont naf – “Insara tal-ilma żahar”. Le, Insara deċiżi. U dan jgħinna nifhmuh, l-episodju li jirrakkonta minnufih wara, l-evanġelista Luqa… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus jitlobna ma ninsewx lin-nies tal-Myanmar u tal-Ukrajna

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb, il-Ħadd it-tajjeb!

Fl-Italja u f’pajjiżi oħra llum qed issir iċ-ċelebrazzjoni tas-solennità tal-Ġisem u d-Demm Qaddis ta’ Kristu. L-Ewkaristija, imwaqqfa fl-Aħħar Ikla kien il-punt tal-wasla ta’ triq li tulha Ġesù kien ħejja għaliha permezz ta’ xi sinjali, fuq kollox it-tkattir tal-ħobż, li jirrakkuntalna l-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum (ara Lq 9:11b-17). Ġesù jieħu ħsieb il-folla kbira li ġriet warajh biex tisma’ kelmtu u tinħeles minn mard varju. Ibierek ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, jaqsamhom, id-dixxipli jqassmuhom, u “kulħadd kiel u xaba’” (Lq 9:17), jgħidilna l-Evanġelju.  Fl-Ewkaristija kull wieħed u waħda minna nistgħu nġarrbu esperjenza tal-attenzjoni mimlija mħabba u konkreta tal-Mulej… Kompli aqra »