Il-Papa Franġisku

Il-Papa fl-Anġelus: Insib ħin biex nagħmel xi att konkret u gratwit ta’ servizz?

  Il-Pjazza San Pietru, Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb u l-festa t-tajba!

Illum, solennità tal-Kunċizzjoni Immakulata, l-Evanġelju jagħtina x-xena tat-Tħabbira tal-Anġlu (cfr Lq 1,26-38). Din ix-xena turina żewġ atteġġjamenti ta’ Marija li jgħinuna nifhmu kif hi għożżot id-don uniku li rċeviet, dak ta’ qalb ħielsa għal kollox mid-dnub. Dawn l-atteġġjamenti huma l-istagħġib għall-opra t’Alla u l-fedeltà fl-affarijiet sempliċi.

Naraw l-ewwel l-istagħġib.  … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza – Mingħajr l-Ispirtu s-Santu kull żelu hu għalxejn

  Awla Pawlu VI, Il-Vatikan

Għeżież ħuti,

Fil-katekeżijiet li għaddew rajna kif it-tħabbira tal-Vanġelu hi ferħ, hi għal kulħadd u għandha ssir għal-lum. Issa niskopru karatteristika oħra tal-aħħar li hi essenzjali: hemm bżonn li t-tħabbira ssir fl-Ispirtu s-Santu. Fil-fatt, biex “inwasslu lil Alla” mhumiex biżżejjed il-kredibbiltà hienja tax-xhieda, l-universalità tat-tħabbira u l-attwalità tal-messaġġ. Mingħajr l-Ispirtu s-Santu kull żelu hu għalxejn u falzament appostoliku: ikun biss ħaġa tagħna u ma jagħmilx frott… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Ejja ma nħallux dak li hu inutli jaljenana

  Il-Kappella ta' Dar Santa Marta, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Illum ukoll ma nistax naqra kollox: sejjer għall-aħjar imma l-vuċi għadha mhix ittini.  Se jaqra l-katekeżi Mons. Braida.

Illum, l-ewwel Ħadd tal-Avvent, fl-Evanġelju qasir li ttina l-Liturġija (cfr Mk 13,33-37), għal tliet darbiet Ġesù jħeġġiġna b’eżortazzjoni sempliċi u diretta “Ishru” (vv. 33.35.37).

Għalhekk is-suġġett huwa s-sahra. Kif nistgħu nifhmuha?  … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Il-verità ma ssirx iktar kredibbli għax nerfgħu leħinna

  Awla Pawlu VI, Il-Vatikan

Għeżież ħuti,

Fl-aħħar drabi rajna li t-tħabbira Nisranija hija ferħ u hi għal kulħadd; illum qed naraw it-tielet aspett: hija għal-lum

Kważi dejjem tisma’ lil min jitkellem ħażin fuq iż-żmien tal-lum. Veru, bejn gwerer, bidliet fil-klima, inġustizzji kullimkien u migrazzjonijiet, kriżijiet fil-familja u fit-tama, ma jonqsux ir-raġunijiet ta’ preokkupazzjoni. B’mod ġenerali, illum jidher li għandna kultura li tpoġġi lill-individwu fuq kull ħaġa oħra u t-teknoloġija fiċ-ċentru ta’ kollox, bil-kapaċità tagħha li ssolvi ħafna problemi u l-progressi ġganteski tagħha f’tant oqsma… Kompli aqra »

Il-parteċipazzjoni tal-Papa waqt il-COP28 ikkanċellata fuq talba tat-tabib

The Director of the Holy See Press Office says Pope Francis’ physicians have asked him not to undertake his scheduled journey to Dubai to participate in the COP28 Summit, and he has accepted their advice “with great regret.”

A statement released on Tuesday evening by the Director of the Holy See Press Office said, “Even though the Holy Father’s general health situation has improved in relation to the flu and respiratory tract inflammation he has been suffering from, his doctors have asked the Pope not to undertake his scheduled visit to Dubai in the coming days, on the occasion of the 28th Conference of the Parties to the United Nations Framework Convention on Climate Change.”

Matteo Bruni said that upon the advice of the doctors, Pope Francis “with great regret” has cancelled his visit to Dubai… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Nemmnu fil-qawwa tal-imħabba?

  Il-Kappella ta' Dar Santa Marta, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Il-Papa: Illum ma nistax noħroġ fit-tieqa għax għandi infezzjoni fil-pulmuni u se jaqra r-riflessjoni Mons. Braida għax jafha sew, għax hu jagħmilhom u dejjem ikunu tajbin ħafna!  Grazzi ħafna tal-preżenza tagħkom. 

Mons Braida: 

Illum, l-aħħar Ħadd tas-Sena Liturġika hija s-Solennità ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu, l-Evanġelju jkellimna dwar il-ġudizzju universali (cfr Mt 25,31-46) u jgħidilna li dan se jkun dwar il-karitàKompli aqra »

Il-Papa waqt Udejnza: Alla jagħżel lil xi ħadd biex iħobb lil kulħadd

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti!

Wara li l-aħħar darba rajna li t-tħabbira Nisranija hija ferħ, ejjew illum nieqfu fuq it-tieni aspett: li hi għal kulħadd, it-tħabbira Nisranija hi ferħ għal kulħadd. Meta niltaqgħu tassew mal-Mulej Ġesù, l-istagħġib ta’ din il-laqgħa jimla l-ħajja kollha tagħna u jitlob li nwassluh lil hemm minna. Dan hu li jixtieq Hu, li l-Vanġelu tiegħu jkun għal kulħadd… Kompli aqra »

Il-Papa waqt Udjenza: Ġesù huwa l-ferħ

  Saint Peter's Square, The Vatican

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wara li ltqajna ma’ bosta xhieda tat-tħabbira tal-Vanġelu, illum nipproponi li niġbru fil-qosor dan iċ-ċiklu ta’ katekeżi dwar iż-żelu appostoliku f’erba’ punti, imnebbħin mill-Eżortazzjoni appostolika Evangelii gaudium, li dan ix-xahar qed tagħlaq għaxar snin. L-ewwel punt li se naraw illum, l-ewwel minn erbgħa, ma jistax ma jmissx l-atteġġjament li minnu tiddependi l-essenza tal-ġest ta’ evanġelizzazzjoni: il-ferħKompli aqra »

Il-Papa waqt l-Anġelus: Qed niddedika ftit ħin biex nieħu ħsieb ruħi?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb u l-Ħadd it-tajjeb!

Illum, l-Evanġelju joffrielna storja li tolqot is-sens tal-ħajja tagħna lkoll.  Hi l-parabbola tal-għaxar xebbiet imsejħin biex imorru jiltaqgħu mal-għarus (cfr Mt 1-13). Dan hu l-għajxien: tħejjija kbira għall-jum li fih se nkunu msejħin biex niltaqgħu ma’ Ġesù! Iżda fil-parabbola, minn dawk l-għaxar xebbiet, ħamsa huma għaqlin u ħamsa boloħ. Naraw għalhekk xi jfissru l-għaqal u l-bluha.  … Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku se jindirizza l-COP28 Summit f’Dubai

A Holy See Press Office statement released on Thursday, 9 November, said Pope Francis is scheduled to deliver a speech at the COP28 Summit taking place in Dubai, as well as engage in several bilateral meetings and inaugurate the “Faith Pavilion” at Expo City.

According to the official programme for the Pope’s visit to Dubai from 1 to 3 December, it takes place on the occasion of the Conference of the Parties to the United Nations Framework Convention on Climate Change (COP28)… Kompli aqra »