Il-Papa Franġisku

Filmat: Inġeddu l-memorji mindu l-Papa Franġisku żar pajjiżna sena ilu

Jalla ż-żjara tiegħek fostna u l-barka tiegħek fuqna jnisslu fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minnha dik il-ħeġġa ta’ mħabba u dik il-ħlewwa liema bħalha, li huma fost l-aqwa frott tal-Ispirtu Qaddis tal-Mulej.”

Silta mid-diskors ta’ ringrazzjament tal-Arċisqof Charles Scicluna

Fit-2 u t-3 ta’ April 2022, il-Papa Franġisku żar lil Malta u Għawdex għall-ewwel darba. Matul din iż-żjara appostolika żar il-Palazz tal-President fil-Belt Valletta, is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu f’Għawdex, il-Grotta ta’ San Pawl ir-Rabat, il-Fosos tal-Furjana fejn iċċelebra l-quddiesa tal-Ħadd u l-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far… Kompli aqra »

Il-Papa joħroġ mill-isptar; jgħannaq koppja li għadha kif tilfet lil bintha

Ritratt: Vatican News

Il-Papa Franġisku jinstab lura f’daru wara li ġie rilaxxat mill-Isptar Gemelli ta’ Ruma fejn kien qed jingħata trattament tal-infezzjoni fil-pulmun.

Il-Papa ddaħħal l-isptar f’Ruma nhar l-Erbgħa li għadda wara li ppresieda l-Udjenza Ġenerali ta’ kull nhar ta’ Erbgħa.

Is-Santa Sede qalet li qabel telaq mill-Isptar, il-Papa waqqaf il-karozza tiegħu biex ikellem lil dawk preżenti u jgħannaq koppja li tilfet lit-tifla tagħhom matul il-lejl… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Ġesu jgħidilna “neħħu l-blata”

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum, il-ħames Ħadd tar-Randan, l-Evanġelju jtina l-qawmien mill-mewt ta’ Lazzru (ara Ġw 11, 1-45).  Huwa l-aħħar miraklu ta’ Ġesù li nsibu rakkuntat qabel l-Għid: il-qawmien mill-mewt ta’ ħabibu Lazzru.  Lazzru hu ħabib tal-qalb ta’ Ġesu, li jaf li wasal biex imut; jibda miexi, iżda jasal fid-dar ta’ Lazzru erbgħat ijiem wara li difnuh, meta kull tama kienet mitlufa.  … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Irridu nilqgħu l-kelma ta’ Alla u nibdlu ħajjitna – ta’ kuljum

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nisimgħu x’tgħidilna l-“magna carta” tal-evanġelizzazzjoni fid-dinja tal-lum: l-Eżortazzjoni appostolika Evangelii nuntiandi ta’ San Pawlu VI (EN, 8 ta’ Diċembru 1975). Hi attwali, inkitbet fl-1975, imma qisha nkitbet ilbieraħ. L-evanġelizzazzjoni hi aktar minn sempliċi trasmissjoni duttrinali u morali. Hi qabelxejn xhieda: ma tistax tevanġelizza mingħajr xhieda; xhieda tal-laqgħa personali ma’ Ġesù Kristu, il-Verb Inkarnat li fih seħħet is-salvazzjoni… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Aħna nagħtu xhieda ta’ Ġesù jew inkella nxerrdu kritika u suspetti?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum l-Evanġelju jippreżentalna lil Ġesù li jagħti d-dawl lil wieħed għama mit-twelid (cfr (Ġw 9,1-41).  Iżda varji persuni u gruppi, dal-prodiġju jilqgħuh ħażin. Nidħlu fid-dettalji.

Imma qabel nixtieq ngħidilkom: illum aqbdu l-Evanġelju ta’ Ġwanni u aqraw dan il-miraklu ta’ Ġesù, sabiħ ħafna l-mod kif jirrakkuntah Ġwanni.  Il-kapitlu 9, jinqara f’żewġ minuti.  Juri kif kien jaġixxi Ġesù u kif timxi l-qalb umana: il-qalb umana tajba, il-qalb bierda, il-qalb umana beżżiegħa, il-qalb umana kuraġġuża ħafna.  … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Nisimgħu, niċċekknu, inkunu għas-servizz tal-oħrajn

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżijiet fuq il-passjoni għall-evanġelizzazzjoni: mhux biss fuq l-“evanġelizzazzjoni” imma fuq il-passjoni għall-evanġelizzazzjoni, u, fl-iskola tal-Konċilju Vatikan II, infittxu li nifhmu aħjar xi jfisser inkunu “appostli” llum. Il-kelma “appostlu” tfakkarna fil-grupp tat-Tnax-il dixxiplu magħżula minn Ġesù. Xi kultant insejħu “appostlu” lil xi qaddis, jew b’mod iżjed ġenerali lill-Isqfijiet: huma appostli, għax joħorġu f’isem Ġesù… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: L-imħabba ta’ Alla mhix għal xi grupp ċkejken biss

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-katekeżi li għaddiet rajna li l-ewwel “konċilju” fl-istorja tal-Knisja – konċilju, bħal dak tal-Vatikan II –, l-ewwel konċilju, ġie msejjaħ f’Ġerusalemm għal kwistjoni marbuta mal-evanġelizzazzjoni, jiġifieri x-xandir tal-Bxara t-Tajba lil dawk li ma kinux Lhud – kienu jaħsbu li lil-Lhud biss kellu jixxandar il-Vanġelu. Fis-seklu 20, il-Konċilju Ekumeniku Vatikan II ippreżenta l-Knisja bħala Poplu ta’ Alla pellegrin fiż-żmien u min-natura tiegħu missjunarju (ara Digriet Ad gentes, 2)… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Ibqa’ miexi!

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

F’dan it-tieni Ħadd tar-Randan jitħabbar l-Evanġelju tat-Trasfigurazzjoni: Ġesù jieħu miegħu fuq l-għolja lil Pietru, lil Ġakbu u lil Ġwanni u jidher quddiemhom fil-ġmiel kollu tiegħu bħala Iben Alla (cfr Mt 17, 1-9)

Nieqfu għal waqt fuq din ix-xena u nistaqsu lilna nfusna: fiex jikkonsisti dal-ġmiel kollu?  X’jaraw id-dixxipli?  Xi effett spettakolari?  … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: X’post għandha l-Kelma t’Alla f’ħajti?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju ta’ dan l-ewwel Ħadd tar-Randan jippreżentalna lil Ġesù fid-deżert ittentat mix-xitan (cfr Mt 4,1-11).  Il-kelma “diavolo” tfisser “dak li jifred”.  Ix-xitan dejjem lest biex joħloq il-firda, u dak jipprova jagħmel anki meta ttenta lil Ġesù.  Ħa naraw, allura minn min irid jifirdu u b’liema mod jittentah.

Minn ma’ min irid jifred lil Ġesù x-xitan?  … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Kemm minna nitolbuh lill-Ispirtu?

  Awla Pawlu VI, Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba u merħba!

Fil-mixja tal-katekeżi tagħna fuq il-passjoni għall-evanġelizzazzjoni, illum nerġgħu nitilqu mill-kelmiet ta’ Ġesù li għadna kemm smajna: “Morru u agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu” (Mt 28:19). Morru – jgħid l-Irxoxt –, mhux biex tinduttrinaw u lanqas biex tagħmlu proseliti, le, imma agħmlu dixxipli, jiġifieri agħtu lil kulħadd il-possibbiltà li jidħol f’kuntatt ma’ Ġesù, li jsir jafu u jħobbu liberament… Kompli aqra »