Il-Papa Franġisku

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: Lil Alla ma jbeżżgħuhx id-dnubiet tagħna

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nixtieq ninżel fil-fond tal-figura ta’ San Ġużepp bħala missier fil-ħlewwa.

Fl-Ittra appostolika Patris corde (8 ta’ Diċembru 2021) irriflettejt magħkom fuq dan l-aspett tal-ħlewwa, aspett ieħor tal-personalità ta’ San Ġużepp. Fil-fatt, imqar jekk il-Vanġeli ma jagħtuniex dettalji fuq kif hu ħaddem il-paternità tiegħu, nistgħu nibqgħu żguri li l-fatt li kien raġel “ġust” nistgħu nittraduċuh ukoll fl-edukazzjoni li hu ta lil Ġesù… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Ningħaqdu fil-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum jirrakkuntalna l-episodju tat-Tieġ ta’ Kana fejn Ġesù jibdel l-ilma f’inbid b’sodisfazzjon għall-għarajjes. U jintemm hekk: “Dan li għamel Ġesù f’Kana tal-Galilija kien l-ewwel wieħed fost is-sinjali tiegħu. Bih wera l-glorja tiegħu u d-dixxipli tiegħu emmnu fih” (Ġw 2:11). Ninnutaw li l-evanġelista Ġwanni ma jitkellimx dwar ‘miraklu’, jew aħjar xi fatt ta’ setgħa kbira u straordinarja li jqanqal l-istagħġib. Jikteb li f’Kana kien hemm sinjal, li jixgħel il-fidi tad-dixxipli. Allura nistgħu nistaqsu: x’jista’ hu “s-sinjal” skont l-Evanġelju? … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Ix-xogħol hu essenzjali fil-mixja tagħna għall-qdusija

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

L-evanġelisti Mattew u Mark lil Ġużeppi jsejħulu “mastrudaxxa” jew “ħaddiem fl-injam”. Smajna ftit ilu kif teħodha n-nies ta’ Nazaret, meta tisma’ lil Ġesù jitkellem, u tistaqsi: “Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa?” (13:55; ara Mk 6:3). Ġesù pprattika l-mestier ta’ missieru.

It-terminu Grieg tekton, użat biex jindika x-xogħol ta’ Ġużeppi, ġie tradott b’diversi modi… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: it-talb hu l-muftieħ li jiftħilna qlubna għall-Mulej

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum itina x-xena li biha tibda l-ħajja pubblika ta’ Ġesù: Hu li hu Iben Alla u l-Messija, imur fuq ix-xatt tax-Xmara Ġordan biex jitgħammed minn Ġwanni l-Battista.  Wara madwar 30 sena mgħixa kważi fil-moħbi, Ġesù ma jippreżentax ruħu b’xi miraklu jew minn fuq xi kattedra biex jgħallem. Joqgħod fil-kju flimkien mal-poplu li kien imur biex jitgħammed minn Ġwanni. L-innu liturġiku tal-lum jgħid li l-poplu kien imur biex jitgħammed bl-ispirtu u saqajh għerja, bl-umiltà… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza jitlob lill-istituzzjonijiet biex jissimplifikaw il-proċeduri tal-adozzjoni

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum se nimmeditaw fuq San Ġużepp bħala missier ta’ Ġesù. L-Evanġelisti Mattew u Luqa jippreżentawh bħala missier putattiv ta’ Ġesù u mhux bħala missier bijoloġiku. Mattew jippreċiża dan, u jevita l-formula “nissel”, użata fil-ġenealoġija għall-antenati kollha ta’ Ġesù; imma jsejjaħlu “r-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu l-Messija” (1:16). Waqt li Luqa dan jistqarru billi jgħid li “n-nies kienu jaħsbuh” (3:23) li kien missier Ġesù, jiġifieri kien jidher qisu missieru… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: il-Mulej ma jinġibidx lura quddiem id-dgħufija tagħna

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum itina sentenza mill-isbaħ, li nitolbuha dejjem fl-Angelus, u li waħedha turina liema hu s-sens tal-Milied: “Il-Verb sar bniedem u għammar fostna” (Ġw 1:14).  Dal-kliem, jekk naħsbu sew, fihom paradoss. Iqiegħdu flimkien żewġ realtajiet opposti: Il-Verb l-laħam. “Il-Verb” juri li Ġesù hu l-Kelma eterna tal-Missier, Kelma infinita, li kienet teżisti minn dejjem, qabel kull ħaġa maħluqa; iżda l-kelma “laħam” tikxef ir-realtà tagħna, realtà maħluqa, fraġli, bil-limitazzjonijiet, li tmut. Qabel Ġesù kien hemm żewġ dinjiet mifrudin minn xulxin: is-Sema, l-oppost tal-art, l-infinit, oppost ta’ dak li jintemm, l-ispirtu oppost għall-materja. U hemm ukoll oppost ieħor fil-Prologu tal-Evanġelju ta’ San Ġwann, par ieħor: dawl u dlam (cfr v… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Nisimgħu bil-widna tal-qalb

Messaġġ tal-Papa Franġisku għas-56 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali.

Għeżież ħuti!

Is-sena l-oħra rriflejna fuq il-ħtieġa li “immorru naraw” biex niskopru r-realtà u nkunu nistgħu nirrakkuntawha billi nibdew mill-esperjenza ta’ dak li jkun qed jiġri u ta’ meta niltaqgħu man-nies. Biex inkompli fuq din l-istess linja, issa nixtieq niffoka fuq verb ieħor, “li tisma”, li huwa deċiżiv fil-grammatika tal-komunikazzjoni u huwa kundizzjoni biex ikun hemm djalogu awtentiku.

Fil-fatt qed nitilfu l-ħila li nisimgħu lil min inkunu quddiemu, kemm fir-relazzjonijiet  fil-ħajja ta’ kuljum, kif ukoll fid-dibattiti dwar l-aktar kwistjonijiet importanti tal-ħajja ċivili. Fl-istess ħin, is-smigħ qed ikollu żvilupp importanti ġdid fil-qasam tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni, permezz tad-diversi podcasts u messaġġi awdjo, li juruna li s-smigħ għadu meħtieġ fil-komunikazzjoni umana… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Jalla Marija tispira armonija fi qlubna u fid-dinja

  Il-Vatikan

Dear brothers and sisters, buongiorno! Happy New Year!

Let us begin the new year entrusting it to Mary, the Mother of God. The Gospel of today’s Liturgy speaks of her, taking us back once again to the wonder of the crib. The shepherds hasten toward the stable and what do they find? The text says they find, “Mary and Joseph, and the infant lying in the manger” (Lk 2:16)… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza dwar l-immigrazzjoni: il-kawża kważi dejjem hi l-prepotenza u l-vjolenza tas-setgħanin

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nixtieq nippreżentalkom lil San Ġużepp bħala migrant ippersegwitat u kuraġġjuż. Hekk jiddeskrivih l-Evanġelista Mattew. Din il-ġrajja partikulari tal-ħajja ta’ Ġesù, li tara bħala protagonisti anki lil Ġużeppi u lil Marija, hi magħrufa tradizzjonalment bħala “l-ħarba lejn l-Eġittu” (ara Mt 2:13-23). Il-familja ta’ Nazaret ġarrbet din l-umiljazzjoni u daqet hi stess il-prekarjetà, il-biża’, l-uġigħ ta’ qalb għax kellha tħalli artha… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: l-armonija fil-familja tinżamm billi niġġieldu l-egoiżmu

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum qed nagħmlu l-festa tal-Familja Mqaddsa ta’ Nazaret. Alla għażel familja umli u sempliċi biex jiġi fostna. Nikkuntemplaw is-sbuħija ta’ dal-misteru billi minnu nisiltu żewġ aspetti konkreti għall-familji tagħna.

L-ewwel: il-familja hi l-istorja li sawritna. Kull wieħed u waħda minna għandna l-istorja tagħna, ħadd ma twieled bil-maġija, bil-bakketta maġika, kollha kemm aħna għandna storja u l-familja hi l-istorja li ġejjin minnha. L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum ifakkarna li Ġesù wkoll hu iben imnissel minn storja ta’ familja. Narawh jivvjaġġa lejn Ġerusalemm flimkien ma’ Marija u Ġużeppi għall-Għid; imbagħad iġib fixla f’ommu u missieru għax ma setgħux isibuh; meta sabuh mar lura d-dar magħhom (Lq 2:41-52). Sabiħ tara lil Ġesù mwaħħad man-nisġa tal-għożża tal-familja, li jitwieled u jikber bit-tgħanniqa u t-tħassib tal-ġenituri tiegħu… Kompli aqra »