Il-Papa Franġisku

Il-Papa fl-Angelus jitlob għall-immigranti li sabu qabarhom meta ppruvaw ifittxu art li tilqagħhom

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum, l-ewwel Ħadd tal-Avvent, jiġifieri l-ewwel Ħadd ta’ tħejjija għall-Milied, ikellimna dwar il-miġja tal-Mulej fl-aħħar taż-żminijiet. Ġesù jħabbar ġrajjiet ta’ niket u tbatija, imma propju f’dal-ħin jistedinna biex ma nibżgħux. Għaliex? Għax kollox se jmur sew? Le, imma għax Hu se jiġi. Ġesù għad jerġa’ jiġi, Ġesù għad jiġi, hekk iwiegħed. Jgħid hekk: “Qawwu qalbkom u erfgħu raskom, għax il-fidwa tagħkom hi fil-qrib” (Lq 21:28)… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: San Ġużepp fl-istorja tas-salvazzjoni

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

L-Erbgħa li għaddiet bdejna ċ-ċiklu ta’ katekeżi fuq il-figura ta’ San Ġużepp – wasalna fit-tmiem tas-Sena ddedikata lilu –. Illum inkomplu b’din il-mixja u nieqfu fuq ir-rwol tiegħu fl-istorja tas-salvazzjoni.

Ġesù fil-Vanġeli hu indikat bħala “bin Ġużeppi” (Lq 3:23; 4:22; Ġw 1:45; 6:42) u “bin il-mastrudaxxa” (Mt 13:55; Mk 6:3). L-evanġelisti Mattew u Luqa, meta jirrakkontaw it-tfulija ta’ Ġesù, jagħtu spazju lir-rwol ta’ Ġużeppi… Kompli aqra »

Il-Papa: San Ġużepp hu l-eżempju u x-xhud ta’ żminijietna

Following his catechesis on St Paul’s Letter to the Galatians at the Wednesday General Audience, Pope Francis begins a new series of reflections on St Joseph as an example and a witness for our times.

Katekeżi fuq San Ġużepp – 1. San Ġużepp u l-ambjent li fih għex

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fit-8 ta’ Diċembru 1870 il-Beatu Piju IX ipproklama lil San Ġużepp Patrun tal-Knisja universali… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus iħeġġiġna nkunu attivi fil-ħarsien tad-dar komuni tagħna

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Is-silta tal-Evanġelju tal-liturġija tal-lum tiftaħ bi stqarrija ta’ Ġesù li tħallik imbellah: “Ix-xemx tiddallam, il-qamar jiltef id-dija tiegħu, il-kwiekeb jibdew jaqgħu mis-sema” (Mk 13:24-25).  Imma kif? Jaqaw il-Mulej se jibda jagħmel id-diżastri? Le, żgur li mhux din l-intenzjoni tiegħu. Hu jrid ifehimna li kulma hawn f’did-dinja, xi ħin jew ieħor se jgħaddi. Ix-xemx ukoll, il-qamar, il-kwiekeb li jiffurmaw il-firmament – kelma li tfisser “determinazzjoni”, “stabbiltà” – iddestinati li jgħaddu… Kompli aqra »

Il-Papa jitlob mal-foqra f’Assisi: “Jalla naqsmu dejjem il-ħobż tagħna ma’ dawk fil-bżonn”

Pope Francis kicked off his Friday morning visit to the Italian town of Assisi with an unexpected visit to the Poor Clares Convent, where he met privately with the cloistered nuns serving the Church in prayer.

He then travelled to the Basilica of St. Mary of the Angels, where a poor person presented him with the pilgrim’s staff and mantle, to show that all present were pilgrims in the town of St… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Ma nħallux l-għeja tiġri bina

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wasalna biex nagħlqu dawn il-katekeżijiet fuq l-Ittra lill-Galatin. Stajna rriflettejna fuq ħafna kontenut ieħor li nsibu f’din il-kitba ta’ San Pawl! Il-Kelma ta’ Alla hija għajn bla tarf. U l-Appostlu f’din l-Ittra kellimna bħala evanġelizzatur, bħala teologu u bħala ragħaj.

L-isqof qaddis Injazju ta’ Antjokja għandu espressjoni sabiħa, meta jikteb: “Hemm mgħallem wieħed li tkellem, u dak li qal, seħħ; imma l-ħwejjeġ li huwa għamel bla ma tkellem huma denji tal-Missier… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: neħilsu s-sagru mir-rabta mal-flus

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Ix-xena li jiddeskrivilna l-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum isseħħ ġot-Tempju ta’ Ġerusalemm.  Ġesù jħares, josserva dak li qed jiġri f’dal-post, l-aktar wieħed qaddis, u jara kif l-iskribi jħobbu joqogħdu jippassiġġaw biex jiġbdu l-attenzjoni, isellmulhom, juruhom rispett u biex ikollhom il-postijiet ta’ quddiem. U Ġesù jżid li “jberbqu ġid ir-romol u mbagħad għal wiċċ in-nies idumu jitolbu ħafna” (Mk 12:40). Fl-istess ħin għajnejh jaqgħu fuq xena oħra: armla fqira, propju waħda minn dawk sfruttata mis-setgħana, titfa’ “kulma kellha biex tgħix” (v… Kompli aqra »

Il-Papa: Tbissima tista’ tagħti tifsira lil ġurnata ta’ xi ħadd marid

Pope Francis on Friday morning travelled to Rome’s Gemelli Catholic University Hospital to celebrate Holy Mass marking the 60th anniversary of the foundation of its Faculty of Medicine and Surgery, named for the Sacred Heart of Jesus.

The hospital, and its University campus, dedicated to the memory and vision of Father Agostino Gemelli,  is one of the most important and internationally acclaimed care providers in Italy… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Li temmen f’Ġesù jfisser li timxi warajh

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fis-silta mill-Ittra lill-Galatin li għadna kemm smajna, San Pawl isejjaħ lill-Insara biex jimxu fl-Ispirtu s-Santu (ara 5:16,25). Hu stil: nimxu flimkien fl-Ispirtu s-Santu. Fil-fatt, li nemmu f’Ġesù jfisser nimxu warajh fit-triq tiegħu, kif għamlu l-ewwel dixxipli. U jfisser fl-istess waqt naħarbu t-triq opposta, dik tal-egoiżmu, ta’ min ifittex l-interessi tiegħu, li l-Appostlu jsejjaħ “passjonijiet tal-ġisem” (v… Kompli aqra »

Il-Papa fil-festa tal-Qaddisin Kollha: Il-Beatitudnijiet juru l-mogħdija għall-qdusija u l-hena

  Il-Vatikan

Dear brothers and sisters, buongiorno!

Today we celebrate All Saints, and in the Liturgy the “programmatic” message of Jesus resounds: namely, the Beatitudes (cf. Mt 5:1-12a). They show us the path that leads to the Kingdom of God and to happiness: the path of humility, compassion, meekness, justice and peace. To be a saint is to walk on this road… Kompli aqra »