Udjenzi Ġenerali

Il-Papa fl-Udjenza: Grazzi lil dan il-poplu Malti tal-laqgħa tiegħu hekk umana, hekk Nisranija

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba u merħba bikom!

Is-Sibt u l-Ħadd li għadda żort Malta: Vjaġġ appostoliku li kien ilu żmien ipprogrammat; kien ġie pospost sentejn ilu, minħabba l-Covid u l-konsegwenzi tiegħu. Ftit jafu li Malta, imqar jekk hi gżira f’nofs il-Mediterran, bikri ħafna laqgħet il-Vanġelu. Għaliex? Għax l-Appostlu Pawlu safa nawfragu qrib il-kosta tagħha u b’mod tal-għaġeb salva hu flimkien ma’ dawk li kienu fil-ġifen, fuq 270 ruħ… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: L-anzjanità, riżorsa għaż-żgħożija ta’ ħajja mtajra

  Il-Vatikan

Ir-rakkont bibliku – bil-lingwaġġ simboliku tal-epoka li fih inkiteb – jgħidilna ħaġa impressjonanti: Alla tant iddispjaċieh għall-ħażen li kien infirex fost il-bnedmin, tant li kien sar stil ta’ ħajja normali, li hu ħaseb li żbalja li ħalaqhom u qatagħha li jneħħihom. Soluzzjoni radikali. Seta’ jkollha wkoll implikazzjonijiet paradossali ta’ ħniena. Daqshekk bnedmin, daqshekk storja, daqshekk ġudizzju, daqshekk kundanna. U ħafna vittmi ppredestinati għall-korruzzjoni, għall-vjolenza, għall-inġustizzja kienu jiġu meħlusa għal dejjem… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: It-tfal u x-xjuħ jagħtuna kapaċità oħra kif inħarsu lejn il-ħajja

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fir-rakkont bibliku tal-ġenealoġiji tal-ewwel ġenituri minnufih tolqotna l-ħajja twila tagħhom: jissemmew sekli sħaħ! U hawn meta tibda x-xjuħija? Nistaqsu. U xi jfisser il-fatt li dawn il-missirijiet tal-qedem għexu daqshekk fit-tul wara li nisslu l-ulied? Missirijiet u wlied jgħixu flimkien, għal sekli! Din il-firxa taż-żminijiet fuq sekli, irrakkuntata bi stil ritwali, tagħti lir-relazzjoni bejn ħajja twila u ġenealoġija tifsira simbolika qawwija, qawwija ħafna… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: Irridu nġibu lura l-patt bejn il-ġenerazzjonijiet f’din il-kultura tal-iskart

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Temmejna l-katekeżijiet fuq San Ġużepp. Illum qed nibdew mixja ta’ katekeżi li tfittex mill-Kelma ta’ Alla xi jnebbaħha dwar it-tifsira u l-valur tax-xjuħija. Se nirriflettu fuq iż-żmien tax-xjuħija. Minn xi għexieren ta’ snin ’l hawn, din l-età tal-ħajja qed tmiss “poplu ġdid” fil-veru sens tal-kelma, li huma x-xjuħ, l-anzjani. Qatt daqs illum ma konna daqshekk fil-għadd fl-istorja umana… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: li tkun Nisrani tfisser tħares il-ħajja ta’ kulħadd

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nagħlqu ċ-ċiklu ta’ katekeżi fuq il-figura ta’ San Ġużepp. Dawn il-katekeżijiet huma kumplimentari għall-Ittra appostolika Patris corde, miktuba fl-okkażjoni tal-150 sena mill-proklamazzjoni ta’ San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Kattolika mill-Beatu Piju IX. Imma xi jfisser dan it-titlu? Xi jfisser li San Ġużepp hu “Patrun tal-Knisja”? Illum nixtieq nirrifletti magħkom dwar dan… Kompli aqra »

Papa fl-Udjenza: Il-fidi fil-qawmien tgħinna niffaċċjaw il-mewt bla biża’

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fl-aħħar katekeżi, imqanqla għal darb’oħra mill-figura ta’ San Ġużepp, irriflettejna fuq it-tifsira tal-komunjoni tal-qaddisin. U waqt li nibda minn din l-idea, illum nixtieq ninżel fil-fond tad-devozzjoni speċjali li l-poplu Nisrani dejjem kellu għal San Ġużepp bħala Patrun tal-mewt it-tajba. Devozzjoni li twieldet mill-ħsieb li Ġużeppi miet bl-assistenza tal-Verġni Marija u ta’ Ġesù, qabel ma dan ħalla d-dar ta’ Nazaret… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Il-Knisja hi l-komunità tal-midinbin mifdija

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

F’dawn il-ġimgħat stajna ninżlu iżjed fil-fond tal-figura ta’ San Ġużepp billi ħallejna jdawluna l-ftit tagħrif importanti li jagħtuna l-Vanġeli, u anki l-aspetti tal-personalità tiegħu li l-Knisja mal-medda tas-sekli wrietna permezz tat-talb u d-devozzjoni. Ibda proprju minn dan is-“sentiment komuni” li fl-istorja tal-Knisja sieħeb dejjem il-figura ta’ San Ġużepp, illum nixtieq nieqaf fuq artiklu importanti tal-fidi li jista’ jagħni l-ħajja Nisranija tagħna u jista’ wkoll jorjenta bl-aħjar mod ir-relazzjoni tagħna mal-qaddisin u ma’ ħutna l-mejtin: qed nitkellem fuq ix-xirka tal-qaddisinKompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza jagħraf it-tbatija tal-ġenituri fit-trobbija ta’ wliedhom

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nixtieq nieqaf fuq il-figura ta’ San Ġużepp bħala bniedem li joħlom. Fil-Bibbja, kif ukoll fil-kulturi tal-popli tal-qedem, il-ħolm kien meqjus mezz li permezz tiegħu Alla juri lilu nnifsu.[i] Il-ħolm jissimbolizza l-ħajja spiritwali ta’ kull wieħed u waħda minna, dak l-ispazju ġewwieni, li kull wieħed hu msejjaħ jieħu ħsieb, fejn Alla jurina min hu u spiss ikellimna… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: Lil Alla ma jbeżżgħuhx id-dnubiet tagħna

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nixtieq ninżel fil-fond tal-figura ta’ San Ġużepp bħala missier fil-ħlewwa.

Fl-Ittra appostolika Patris corde (8 ta’ Diċembru 2021) irriflettejt magħkom fuq dan l-aspett tal-ħlewwa, aspett ieħor tal-personalità ta’ San Ġużepp. Fil-fatt, imqar jekk il-Vanġeli ma jagħtuniex dettalji fuq kif hu ħaddem il-paternità tiegħu, nistgħu nibqgħu żguri li l-fatt li kien raġel “ġust” nistgħu nittraduċuh ukoll fl-edukazzjoni li hu ta lil Ġesù… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Ix-xogħol hu essenzjali fil-mixja tagħna għall-qdusija

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

L-evanġelisti Mattew u Mark lil Ġużeppi jsejħulu “mastrudaxxa” jew “ħaddiem fl-injam”. Smajna ftit ilu kif teħodha n-nies ta’ Nazaret, meta tisma’ lil Ġesù jitkellem, u tistaqsi: “Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa?” (13:55; ara Mk 6:3). Ġesù pprattika l-mestier ta’ missieru.

It-terminu Grieg tekton, użat biex jindika x-xogħol ta’ Ġużeppi, ġie tradott b’diversi modi… Kompli aqra »