Udjenzi Ġenerali

Il-Papa fl-Udjenza: L-evanġelizzazzjoni titlob minnha li nimxu toroq mhux mistennija

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wara l-mixja twila ddedikata lit-talb, illum nagħtu bidu għal ċiklu ġdid ta’ katekeżijiet. Nawgura li b’din il-mixja tat-talb, irnexxielna nitolbu xi ftit aħjar, nitolbu xi ftit iżjed. Illum nixtieq nirrifletti fuq xi temi li l-Appostlu Pawlu jipproponi fl-Ittra tiegħu lill-Galatin. Hija Ittra importanti ħafna, anzi ngħid li hi deċiżiva, mhux biss biex insiru nafu aħjar lill-Appostlu, imma fuq kollox biex inqisu xi argumenti li hu jaffronta b’mod profond, u hekk juri l-ġmiel tal-Vanġelu… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Fuq is-salib Ġesù talab għal kull wieħed u waħda minna

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Kemm-il darba f’din is-serje ta’ katekeżi fakkarna kif it-talb huwa waħda mill-karatteristiċi l-iżjed evidenti fil-ħajja ta’ Ġesù: Ġesù kien jitlob, u jitlob ħafna. Matul il-missjoni tiegħu, Ġesù kien mgħaddas fit-talb, għax id-djalogu mal-Missier huwa l-qalba mkebbsa tal-ħajja kollha tiegħu.

Il-Vanġeli jixhdulna kif it-talb ta’ Ġesù sar iktar intens u qawwi fis-siegħa tal-passjoni u l-mewt tiegħu… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Udjenza: Ġesù l-mudell ta’ talb għad-dixxipli tiegħu

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-Vanġeli juruna kemm it-talb kien fundamentali fir-relazzjoni ta’ Ġesù mad-dixxipli tiegħu. Dan diġà jidher fl-għażla ta’ dawk li mbagħad saru l-Appostli. Luqa jqiegħed l-għażla tagħhom f’kuntest preċiż ta’ talb u jgħid hekk: “Mela darba fost l-oħrajn ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli” (6:12-13)… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: It-talb tiegħek qed jinstema’, taqtax qalbek

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Hemm kontestazzjoni qawwija għat-talb, li ġejja minn osservazzjoni li lkoll kemm aħna nagħmlu: aħna nitolbu, nitkarrbu, imma xi drabi t-talbiet tagħna jidhru donnhom mhux mismugħa: dak li nitolbu – għalina jew għall-oħrajn – ma jseħħx. Ħafna drabi ngħaddu minn din l-esperjenza. Jekk imbagħad ir-raġuni li għaliha tlabna kienet nobbli (kif tista’ tkun l-interċessjoni għas-saħħa ta’ xi ħadd marid, jew biex tieqaf il-gwerra), meta ma niġux mismugħa dan jidher skandaluż f’għajnejna… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali: distrazzjonijiet, nixfa, għażż

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Biex nimxu mal-linja tal-Katekiżmu, f’din il-katekeżi nitkellmu dwar l-esperjenza li ngħixu fit-talb, u nfittxu nuru xi diffikultajiet komuni ħafna li nsibu, li tajjeb nidentifikawhom u negħlbuhom. Li titlob mhix ħaġa faċli: hemm ħafna diffikultajiet li jitfaċċaw fit-talb. Tajjeb li nkunu nafuhom, nindividwawhom u negħlbuhom.

L-ewwel problema li jsib ma’ wiċċu min jitlob hi d-distrazzjoni (ara KKK, 2729)… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: ‘Ġesù hu dejjem magħna għalkemm mhux dejjem nintebħu bih’

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Kemm qed nieħu gost li nistgħu niltaqgħu wiċċ imb wiċċ, għax ħa ngħidilkom ħaġa: ma tiħux pjaċir titkellem quddiem il-vojt, quddiem kamera. Ma fihx gost. U issa, wara tant xhur, grazzi għall-kuraġġ ta’ Mons. Sapienza – li qal: “Le, nagħmluha hemm” – ninsabu hawn miġburin flimkien. Bravu Mons. Sapienza! Li niltaqa’ man-nies, u niltaqa’ magħkom, kull wieħed u waħda bl-istorja tagħkom, nies ġejjin minn kull rokna, mill-Italja, mill-Istati Uniti, mill-Kolombja, imbagħad dak il-grupp ċkejken tal-futbol ta’ erba’ aħwa Żvizzeri – naħseb – qegħdin hemm… erbgħa… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: It-talb kontemplattiv ‘hu gwida fit-triq tal-imħabba’

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżi tagħna fuq it-talb u f’din il-katekeżi nixtieq nieqaf fuq it-talb ta’ kontemplazzjoni.

Id-dimensjoni kontemplattiva tal-bniedem – li għadha mhix it-talba kontemplattiva – hija xi ftit bħall-“melħ” tal-ħajja: tagħti togħma, tagħti gost lill-ġranet tagħna. Nistgħu nikkontemplaw billi nħarsu lejn ix-xemx li titla’ kull filgħodu, jew lejn is-siġar li jxiddu l-ħdura tagħhom fir-rebbiegħa; nistgħu nikkontemplaw billi nisimgħu xi mużika jew l-għana tal-għasafar, naqraw ktieb, quddiem opra ta’ arti jew xi kapulavur kif inhuwa l-wiċċ tal-bniedem… Carlo Maria Martini, mibgħut biex ikun Isqof ta’ Milan, semma l-ewwel Ittra pastorali tiegħu “Id-dimensjoni kontemplattiva tal-ħajja”: fil-fatt, min jgħix f’belt kbira, fejn kollox – nistgħu ngħidu – huwa artifiċjali, fejn kollox huwa funzjonali, jirriskja li jitlef il-ħila li jikkontempla… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Udjenza: Il-meditazzjoni hi mod kif niltaqgħu ma’ Ġesù

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum se nitkellmu fuq dik l-għamla ta’ talba li hi l-meditazzjoni. Għan-Nisrani, li “timmedita” jfisser tfittex sinteżi: ifisser noqogħdu quddiem il-paġna kbira tar-Rivelazzjoni biex nagħmluha tagħna, nitwaħħdu magħha kompletament. U n-Nisrani, wara li jkunu laqa’ l-Kelma ta’ Alla, ma jżommhiex magħluqa fih, għax dik il-Kelma trid tiltaqa’ ma’ “ktieb ieħor”, li l-Katekiżmu jsejjaħlu “dak tal-ħajja” (ara Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, 2706)… Kompli aqra »