Il-Papa fl-Udjenza – Irridu nitgħallmu kif inġibu ruħna fit-tentazzjonijiet
03/01/2024 Awla Pawlu VI, Il-VatikanGħeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Il-ġimgħa l-oħra introduċejna t-tema tal-vizzji u tal-virtujiet. Din tfakkarna fit-taqbida spiritwali tan-Nisrani. Fil-fatt, il-ħajja spiritwali tan-Nisrani mhijiex paċifika, lineari u mingħajr sfidi; bil-maqlub, il-ħajja Nisranija tesiġi taqbida kontinwa: it-taqbida Nisranija biex nikkonservaw il-fidi, biex narrikkixxu d-don tal-fidi fina. Mhux b’kumbinazzjoni li l-ewwel dilka li kull Nisrani jirċievi fis-sagrament tal-Magħmudija – id-dilka katekumenali – ma fihiex fwieħa, u simbolikament tħabbar li l-ħajja hi taqbida… Kompli aqra »