Ħames barkiet għal pajjiżna
Ittra Pastorali għar-Randan 2024
17/02/2024L-Ittra Pastorali mill-Isqfijiet
Għar‑Randan ta’ din is‑sena, aħna l‑Isqfijiet qed nipproponu biex bħala pajjiż u bħala Nsara nirriflettu fuq il‑ħames doni mingħand il‑Mulej li l‑poeta nazzjonali Dun Karm Psaila jfakkarna fihom fl‑Innu Malti: id‑dehen, il‑ħniena, is‑saħħa, l‑għaqda u s‑sliem.
“Mexxini fis‑sewwa tiegħek”
L‑ewwel don hu d‑dehen: il‑kapaċità li wieħed jifhem, jagħraf u jiddeċiedi li jagħżel it‑tajjeb mill‑ħażin. Fl‑ewwel Ħadd tar‑Randan, nitolbu fis‑Salm: “Triqatek, Mulej, għarrafni… Kompli aqra »