Iż-Żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta

DETTALJI DWAR IL-QUDDIESA ĊĊELEBRATA MILL-PAPA FUQ IL-FOSOS TAL-FLORIANA

Nhar it-Tlieta, 23 ta’ Marzu, 2010, ġiet mogħtija konferenza tal-aħbarijiet  mil-Kumitati Organiżżattivi. Dettalji dwar il-Quddiesa li se tiġi ċċelebrata mill-QT il-Papa Benedittu XVI, fuq il-Fosos tal-Floriana, nhar il-Hadd 18 ta’ April, 2010, ġew mogħtija.

Mons. Charles Cordina, Ko-Ordinatur tal-Kumitat Organiżżattiv Interdjoċesan qal li bħal fi żjarat oħra li għamel il-QT il-Papa Benedittu XVI, l-attivita’ prinċipali tkun dik taċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.  … Kompli aqra »

MĦABBRA D-DETTALJI DWAR IT-TRAĠITT BIL-BAĦAR TAL-PAPA FIL-PORT IL-KBIR

Nhar it-Tlieta, 16 ta’ Marzu, 2010, il-Kumitat Organizzativ taż-żjara tal-Papa ta d-dettalji dwar l-attivita’ tal-Kalkara u t-traġitt bil-baħar li l-QT il-Papa XVI se jagħmel nhar il-Ħadd 18 ta’ April, mix-Xatt tal-Kalkara sal-Valletta Waterfront fejn se ssir attivita’ għaż-żgħażagħ. Is-sidien tad-dgħajjes ġew mistiedna jieħdu sehem f’din l-attivita’ billi jeskortaw lill-Papa li se jkun qed jaqsam mill-Kalkara lejn il-Valletta Waterfront abbord catamaran.

Għal aktar informazzjoni dwar iż-żjara tal-Papa żur is-sit: www.popemalta.org

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ IKOMPLU IL-MIXJA TAGĦHOM BIS-SALIB U L-IKONA

Nhar il-Ħadd , 7 ta’ Marzu, 2010, l-attivitajiet taż-żgħażagħ bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa komplew fil-parroċċa tal-Iklin. L-attivita’ bdiet b’mixja simbolika bis-Salib u l-Ikona replika ta’ dawk li jintuzaw fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ u kompliet b’Quddiesa animata miż-żgħażagħ.

Iż–żgħażagħ prezenti qalu li “l-miġja tal-Papa għandha tkun waħda li terġa twasslilna l-aħbar it-tajba għaż-żminjiet tal-lum indirizzata lil dawk kollha li verament qegħdin ifittxu b’impenn li jkunu membri sħaħ fil-Knisja Kattolika”… Kompli aqra »

IĊ-ĊERIMONJIER TAĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET LITURĠIĊI F’MALTA

Nhar it-Tlieta, 2 ta’ Marzu, 2010, ġie Malta mill-Vatikan, Mons. Guido Marini, li huwa iċ-Ċerimonjier taċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġici tal-Papa. Huwa kellu diversi laqgħat ma’ dawk involuti fl-organizazzjoni taż-żjara f’Malta tal-Papa Benedittu XVI, partikolarment ma’ dawk involuti fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġici. Mons Marini flimkien mal-kollaboraturi tiegħu ltaqa’ ma’ grupp ta’ seminaristi li se jkunu qed jagħtu servizz fil-Quddiesa mmexxija mil-Papa nhar il-Ħadd 18 ta’ April… Kompli aqra »

DETTALJI DWAR L-ATTIVITAJIET TAL-PAPA MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

It-Tlieta, 2 ta’ Marzu, 2010, ingħataw aktar dettalji dwar il-laqgħa tal-Papa maż-żgħażagħ, li se ssir fil-Valletta Waterfront nhar il-Ħadd 18 ta’ April. L-attivitajiet jinkludu kunċert mill-aqwa Christian bands lokali, u mill-band popolari Winter Moods li ntagħżel miż-żgħażagħ stess. Il-kunċert jinkludi wkoll il-parteċipazzjoni ta’ diversi kantanti, muziċisti, zeffiena u kor ewlieni. Iż-żgħażagħ se jkollhom ukoll l-opportunita` li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-Papa li se jkun prezenti għal siegħa, wara li jasal b’catamaran mill-Kalkara għal mal-moll tal-Valletta Waterfront fejn se ssir il-laqgħa taż-żgħażagħ… Kompli aqra »

SKEMI BI TĦEJJIJA GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA F’MALTA

Il-Kummissjoni Teoloġika tal-Knisja f’Malta ħejjiet ktejjeb b’tagħlim tal-Papa Benedittu XVI. Fi kliem il-President tal-Kummissjoni Teologika, Dun Hector Scerri dan il-ktejjeb ghandu jghin lill-Insara biex matul ir-Randan ihejju ruhhom ghall-Ghid il-Kbir u għaż-Żjara f’Malta tal-Papa Benedittu XVI permezz ta’ kitbiet u diskorsi tal-Papa nnifsu.  Dan il-ktejjeb huwa mqassam fi tmintax-il skema li kollha jisiltu aspett partikolari mit-tagħlim tal-Papa.

AGĦFAS HAWN hawn biex tniżżel il-ktieb ‘SKEMI BI TĦEJJIJA GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA’… Kompli aqra »

IS-SALIB U L-IKONA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ F’RAĦAL IL-ĠDID

Il-Ħadd, 28 ta’ Frar, 2010, iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK)  ta’ Ħal Tarxien u Raħal Ġdid Kristu Re, flimkien ma’ żgħażagħ minn għaqdiet oħra organiżżaw attivita` f’Raħal il-Ġdid bi tħejjija għall-miġja tal-Papa Benedittu XVI f’Malta.  L-attivita’ bdiet b’Quddiesa fil-Knisja ta’ Kristu Re u wara sar kunċert fis-sala tal-Azzjoni Kattolika fejn iż-żgħażagħ assistew għal sagħtejn ta’ mużika mill-bands: The Prophecy, Salt, His Project u Footprints… Kompli aqra »

LAQGĦA TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA DWAR IŻ-ŻJARA TAL-PAPA

It-Tlieta, 23 ta’ Frar, 2010, il-Kumitat Organiżattiv Interdjoċesan u l-Kumitat Organiżattiv Nazzjonali taż-żjara tal-Papa f’Malta organiżżaw Press Briefing għall-Edituri tal-aġenziji lokali tal-aħbarijiet. Matul dan il-business breakfast li għalih attendew numru sabiħ ta’ edituri, huma kellhom l-opportunita li jsaqsu diversi mistoqsijiet u jagħtu s-suġġerimenti fuq l-arranġamenti li qed isiru għall-media matul iż-żjara tal-Papa. Id-delegat tal-Arċisqof għall-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali, Fr Charles Tabone O.P, u d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, is-Sur Martin Bugelli, stiednu r-rappreżentanti tal-istazzjonijiet tat-television, radju u media stampata biex jipparteċipaw fil-laqgħat li se jsiru ta’ kull ġimgħa għall-media bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta… Kompli aqra »

AKTAR ATTIVITAJIET MIŻ-ŻGĦAŻAGĦ F’ĦAL QORMI

Nhar il-Ħadd, 21 ta’ Frar 2010, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Bastjan Ħal-Qormi, saret Quddiesa bis-Salib u l-Ikona, replika ta’ dawk mogħtija mill-Papa Ġwanni Pawlu II liż-żgħażagħ fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ ta’ 25 sena ilu. Din iċ-ċelebrazzjoni kienet animata miż-żgħażagħ tal-PLYG (Pastoral Liturgical Youth Group) tal-Parroċċa ta’ San Bastjan, bil-parteċipazzjoni ta’ żgħażagħ mill-parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi. Is-Salib u l-Ikona, simboli tal-vjaġġ tal-ħajja tagħna fil-preżenza ta’ Kristu u Ommu Marija, ser ikunu fil-Parroċċa ta’ San Bastjan matul din il-ġimgħa… Kompli aqra »

IL-PAPA BENEDITTU XVI – IT-TAGĦLIM, IŻ-ŻJARA U L-IMPATT TIEGĦU?

Nhar il-Ħamis, 18 ta’ Frar 2010, fil-Kappella tal-Universita saret attivitaˋ imtella’ miċ-Chaplaincy ta’ l-Universitaˋ u ikkummissjonata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ). Fr. John Berry – visiting lecturer fil-Fakultaˋ tat-Teoloġija, Ms. Alessandra Dee Crespo flimkien ma’ Mr David Torpiano, żewġ studenti tat-teoloġija, taw ħarsa lejn it-tagħlim tal-Papa Benedittu XVI b’ħarsa mill-qrib lejn il-messaġġ tal-ktieb tiegħu ‘Ġesu ta’ Nazaret’.  … Kompli aqra »