L-Aħbarijiet

Il-pożizzjoni tal-COMECE fuq ir-rapport dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa fl-UE

In view of the final vote on the draft report on “The situation of sexual and reproductive health and rights in the EU, in the framework of women’s health”, often referred to as the ‘Matić Report’, the Secretariat of COMECE releases a position paper highlighting the importance the Catholic Church gives to human health as “an essential basis for a dignified life”Kompli aqra »

Is-solennità tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

The solemnity of the Birth of St John the Baptist will be celebrated at St John’s Co-Cathedral in Valletta with the following programme. On Wednesday 23rd June, vigil of the Solemnity, the solemn translation of the holy relic of St John the Baptist, will start at 6pm followed by First Vespers (evening prayers) and Solemn High Mass presided by Archbishop Charles Scicluna together with the Metropolitan Chapter… Kompli aqra »

L-effetti tal-pandemija diskussi waqt l-Aġġornament tal-Kleru 2021

Matul din il-ġimgħa sar l-Aġġornament tal-Kleru fuq tlett ijiem (14 – 16 ta’ Ġunju), li għalih attendew madwar 200 membru bejn saċerdoti djoċesani u reliġjużi. It-tema għal din is-sena kienet Is-Saċerdot u l-2021: X’qed jinbet? u ddiskutiet il-bidliet li għaddej minnu pajjiżna, l-impatt li ħalliet il-pandemija fuq l-isferi kollha tas-soċjetà u tal-Knisja kif ukoll kif kompliet tikxef ċerti realtajiet. L-aġġornament tal-Kleru indirizza dan kollu b’atteġġjament ta’ smigħ profond kif jitlob il-proċess ta’ tiġdid ekkleżjali Knisja waħda, Vjaġġ wieħed: 2020-2024Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Fuq is-salib Ġesù talab għal kull wieħed u waħda minna

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Kemm-il darba f’din is-serje ta’ katekeżi fakkarna kif it-talb huwa waħda mill-karatteristiċi l-iżjed evidenti fil-ħajja ta’ Ġesù: Ġesù kien jitlob, u jitlob ħafna. Matul il-missjoni tiegħu, Ġesù kien mgħaddas fit-talb, għax id-djalogu mal-Missier huwa l-qalba mkebbsa tal-ħajja kollha tiegħu.

Il-Vanġeli jixhdulna kif it-talb ta’ Ġesù sar iktar intens u qawwi fis-siegħa tal-passjoni u l-mewt tiegħu… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna żar is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm fi Gwardamanġa fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm. Iż-żjara bdiet fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fejn l-Arċisqof iltaqa’ mad-donaturi tad-demm u mal-ħaddiema, u kompliet fil-laboratorji fejn isir il-proċess li tgħaddi minnu kull borża demm qabel ma tingħata lill-pazjenti.

Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof stieden lil kull min hu f’saħħtu sabiex imur jagħti d-demm li qal hija għotja konkreta ta’ mħabba… Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin dwar il-mewt tal-Isqof Ebejer OP

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna, l-Isqof Anton Teuma u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi sellmu l-ħajja ddedikata fl-art tal-missjoni tal-Isqof Walter Michael Ebejer OP, Isqof Emeritu ta’ União da Vitória fl-istat ta’ Parana, il-Brażil.

L-Isqof Ebejer miet ilbieraħ, il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju, fis-Solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, fl-età ta’ 91 sena. Huwa kien l-iżjed Isqof Malti anzjan.

L-Isqof Walter Michael Ebejer twieled Ħad-Dingli fit-3 ta’ Awwissu 1929… Kompli aqra »

Inawgurata l-pittura tal-kor fil-Bażilika tal-Isla

Is-Sibt, 12 ta’ Ġunju 2021, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna inawgura l-pittura l-ġdida tal‑Kor fil‑Bażilika Minuri ta’ Marija Bambina, fl-Isla.

Wara li fis-snin 30 partijiet mis-saqaf tal-Bażilika Minuri ġew impittra mill-artist Prof. Giuseppe Briffa, 80% tal-bażilika ġġarrfet mill-attakki mill-ajru matul it-Tieni Gerra Dinjija, b’konsegwenza li ntilef ix-xogħol kollu li kien sar sabiex tissebbaħ il-Bażilika. Wara l-gwerra, l-istess artist kien offra li jerġa’ jpitter is-saqaf iżda waqt li kien għaddej b’dan il-proġett ħalla din id-dinja… Kompli aqra »

Inpoġġu l-għeruq tagħna fl-imħabba

Quddiesa fis-Solennità tal-Qalb ta’ Ġesù

  Il-Kappella tar-Residenza San Vincenz de Paul, il-Marsa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’din il-knisja tassew sabiħa nħarsu lejn l-istatwa ta’ Ġesù b’idejh miftuħa u bil-qalb tiegħu mdawra bix-xewk li jfakkarna fil-kuruna tax-xewk li laqa’ fil-passjoni ħarxa tiegħu u li tfakkarna wkoll fi dnubietna. Imma qalb Ġesù hi mimlija ħeġġa, mimlija nar ta’ mħabba għal kull wieħed u waħda minna. L-Evanġelju li qrajna, li huwa l-Evanġelju tal-passjoni ta’ Ġesù skont San Ġwann, ifakkar li s-suldat qabad lanza u biha nifed il-kustat tal-Mulej u mill-qalb minfuda tiegħu ħarġu demm u ilma (Ġw 19:34)… Kompli aqra »

Il-ħames volum ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’

Il-ktieb bl-omeliji u d-diskorsi tal-Arċisqof Charles Scicluna

Il‑bini ta’ soċjetà bbażata fuq il‑valur tal‑ħajja, il‑promozzjoni tal‑ġid komuni, ir‑rispett reċiproku u l‑maħfra huma wħud mit‑temi li jirrifletti fuqhom l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna fil‑ħames volum ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’. Dan il‑ktieb jiġbor fih l‑omeliji u d‑diskorsi tal‑Arċisqof fil‑ħames sena tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta.

F’din l‑edizzjoni ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’ wieħed isib ukoll id‑diskors tal‑Arċisqof waqt id‑djalogu miftuħ li sar fl‑Università ta’ Malta dwar ir‑razziżmu wara l‑qtil ta’ Lassana Cisse, id‑diskors waqt l‑għoti tal‑Istitut Adelaide Cini lil Hospice Malta għat‑twaqqif ta’ St Michael’s Hospice li se jipprovdi servizzi ta’ kura paljattiva, u l‑messaġġi lill‑koppji għarajjes u lil dawk li ngħadqu fis‑sagrament taż‑żwieġ… Kompli aqra »

Kardinal Pell: Fil-ħabs ħfirt lil min akkużani, il-fidi żammitni ħaj

In an interview with Vatican News, the Australian Cardinal who turns 80 today relives the experience he had during thirteen months of detention recounted in his book “Prison Journal”. “It helped me to live my sufferings by associating them with those of Jesus. I have always believed that God was behind everything that was happening to me”.

Cardinal George Pell, Prefect Emeritus of the Secretariat for the Economy, has been a free man for fourteen months… Kompli aqra »