L-Aħbarijiet

Posposti l-poloz għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja

Il‑poloz kollha għad‑dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja qed jiġu posposti minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑coronavirus. Il‑Poloz ta’ Parteċipazzjoni tas‑subien u l‑bniet għad‑dħul fl‑ewwel sena sekondarja, u l‑Polza ta’ Parteċipazzjoni tal‑bniet tal‑ewwel sena primarja li kellhom isiru għada, il‑Ħamis 26 ta’ Marzu 2020, qed jiġu posposti. Se jkun hemm tibdil ukoll fil‑poloz ippjanati għal April. 

L‑Uffiċċju għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja jinsab magħluq però l‑ħaddiema qed jaħdmu mid‑dar… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: aħna msejħin ngħixu l-milja tal-ħajja

  Il-Vatikan

Pope Francis during his General Audience  (ANSA)

Pope Francis marks the 25th anniversary of Saint John Paul II’s Encyclical, Evangelium vitae, confirming that the fight to preserve human life and dignity is more important than ever.

March 25 marks both the Solemnity of the Annunciation of the Lord and the 25th anniversary of Evangelium vitae. Pope Saint John Paul II’s Encyclical, also known as the ‘Gospel of Life’, is dedicated to the value and inviolability of human life… Kompli aqra »

Il-Knejjes Insara f’Malta jingħaqdu fit-talb mal-Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku stieden lill-mexxejja Nsara u lill-Insara kollha, biex illum 25 ta’ Marzu 2020, f’nofsinhar jinġabru spiritwalment u jitolbu t-talba tal-Missierna biex titwaqqaf il-pandemija tal-coronovirus. L-Arċidjoesi ta’ Malta stiednet lill-mexxejja ta’ Knejjes Insara oħra f’Malta biex jingħaqdu mal-Papa Franġisku permezz ta’ din it-talba li xxandret f’nofsinhar fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali. Kompli aqra »

Direttivi tal-Isqfijiet dwar iċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi fix-xhur li ġejjin

Direttivi dwar il-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir, l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof, u l-festi

Fid‑dawl tas‑sitwazzjoni preżenti b’riżultat tal‑pandemija tal‑Covid‑19, l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qegħdin joħorġu dawn id‑direttivi dwar: il‑Ġimgħa Mqaddsa u l‑Għid il‑Kbir, l‑Ewwel Tqarbina u l‑Griżma tal‑Isqof, u l‑Festi.

Il‑Ġimgħa Mqaddsa u l‑Għid il‑Kbir

Din is‑sena ma jsirux manifestazzjonijiet pubbliċi nhar id‑Duluri u tul il‑Ġimgħa Mqaddsa, inkluż Ħadd il‑Palm, il‑Ġimgħa l‑Kbira u l‑Għid il‑Kbir.

Ser jintbagħtu direttivi dettaljati lill‑kappillani, superjuri reliġjużi u saċerdoti, rigward iċ‑ċelebrazzjonijiet fil‑knisja b’rabta mal‑Ġimgħa Mqaddsa, fid‑dawl tad‑digriet maħruġ mill‑Kongregazzjoni għall‑Kult Divin u d‑Dixxiplina tas‑Sagramenti rigward il‑funzjonijiet tal‑Ġimgħa Mqaddsa… Kompli aqra »

Direttivi tal-Isqfijiet dwar l-akkumpanjament tas-saċerdot fil-funerali – 21/03/20

Fid-dawl tad-direttivi mill-awtoritajiet tas-saħħa, li daħlu fis-seħħ għall-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei u li jeżiġu li jidħlu biss familjari stretti għal ħin limitat fil-kamra mortwarja bil-konsegwenza li t-tberik tal-mejjet/mejta ma jistax isir, b’direttiva tal-Isqfijiet is-saċerdot li jkun se jmexxi l-funeral ma jidħolx fil-kamra mortwarja imma jakkumpanja lill-mejjet/mejta minn hemmhekk saċ-ċimiterju fejn issir it-talba u t-tislima tal-aħħar li soltu ssir fil-knisja, u t-talba u t-tberik qabel id-difna… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Kristu hu d-dawl li jdawwal id-dlam tagħna

  Il-Vatikan

Pope Francis gives his blessing overlooking St Peter’s Square 

“It is not enough to receive light”, said Pope Francis. We need to “become light… in order to manifest it with our whole life”.

The Light of the world

The Pope was reflecting on the liturgical readings for the Fourth Sunday of Lent. St John’s Gospel recounts the episode of the man born blind to whom Jesus gives sight… Kompli aqra »

Pospost il-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku f’Malta

Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fid-dinja, u bi qbil mal-Awtoritajiet u mal-Knisja Kattolika f’pajjiżna, il-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku f’Malta u Għawdex ser jiġi pospost. Id-data tal-vjaġġ tiġi definita aktar ’il quddiem.

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex jieħdu din l-opportunità biex jistiednu lill-Insara jżommu lill-Papa Franġisku fit-talb tagħhom. Kompli aqra »

Il-mewt traġika ta’ Miriam Pace: x’għandu jsir biex sagrifiċċju ta’ ħajja oħra ma jkunx seħħ għalxejn?

Sommarju tal-opinion paper tal-Kummissjoni Ambjent

Id-dar imġarrfa ta’ Miriam Pace u familtha. Ritratt: Newsbook

Il‑mewt qasir il‑għomor ta’ Miriam Pace mhix l‑unika waħda li seħħet minħabba prattiċi abbużivi fl‑industrija tal‑bini. Huwa ta’ qsim il‑qalb tara residenti li tilfu djarhom, oħrajn li ndarbu, jew saħansitra li spiċċaw mirduma taħt it‑terrapien, imma wkoll ħaddiema, fosthom ħafna barranin, li x’aktarx ma jkollhomx għażla ħlief li jagħmlu kull tip ta’ xogħol li joffrulhom, u li b’xorti ħażina niftakru fihom biss meta xi ħadd minnhom imut fuq il‑lant tax‑xogħol… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: Il-maħfra li nagħtu u nirċievu huma żewġ affarijiet li ma tistax tifridhom

  Il-Vatikan

Pope Francis during his General Audience  (AFP or licensors)

During his General Audience on Wednesday, Pope Francis re-calls “Mercy” as the first theme he chose to discuss as Pope, adding that as the new Bishop of Rome, he felt its message had to be transmitted.

The fifth beatitude, began Pope Francis, is different than the others: it is the only one “in which the cause and effect of happiness coincide”… Kompli aqra »