“Tkabbir futur tal-UE hu messaġġ qawwi ta’ tama” – L-Isqfijiet Ewropej
L-Isqfijiet tal-COMECE jaraw it-tkabbir tal-UE bħala “messaġġ qawwi ta’ tama għaċ-ċittadini Ewropej”
22/04/2024“Ejjew inkomplu nibnu l-Ewropa flimkien” hi t-tema ta’ stqarrija li għadha kemm ħarġet mill-isqfijiet tal-COMECE miġbura fil-jiem li għaddew f’Łomża, il-Polonja, għall-Assemblea tar-Rebbiegħa, fejn attenda wkoll l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi f’isem il-Konferenza Episkopali Maltija.
Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju mit-tkabbir sinifikanti tal-Unjoni Ewropea li kien sar fl-2004, inkluż is-sħubija ta’ Malta, l-isqfijiet urew l-appoġġ tagħhom għall-prospetti ta’ iktar tkabbir fil-futur: “Din mhijiex biss ħtieġa ġeopolitika għall-istabbiltà fil-kontinent tagħna, imma wkoll messaġġ qawwi ta’ tama għaċ-ċittadini li jixtiequ jgħixu fil-paċi u l-ġustizzja”… Kompli aqra »