Inawgurat iċ-Ċentru Caravaggio fil-Konkatidral ta’ San Ġwann
12/04/2024Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace
L-inawgurazzjoni taċ-Ċentru Caravaggio saret fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, fil-preżenza tal-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna.
Iċ-Ċentru Caravaggio, li jinsab fi ħdan il-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, ġie inawgurat bħala parti minn proġett b’investiment ta’ aktar minn €2.1 miljun kofinanzjat mill-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali.
L-Arċisqof Charles Scicluna qal li l-għan taċ-Ċentru Caravaggio jmur ‘lil hinn mill-valur estetiku għaliex apparti li joħroġ il-kobor tal-artist, il-proġett hu mod kif l-arti twassal għat-triq tal-verità u t-tjubija… Kompli aqra »