L-Aħbarijiet

L-ordinazzjoni ta’ erba’ saċerdoti ġodda

Il-Knisja f’Malta se jkollha erba’ saċerdoti ġodda fil-ġranet li ġejjin. L-ewwel ordinazzjoni presbiterali ta’ tliet djakni se ssir mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna nhar is-Sibt, 13 ta’ Mejju 2023, fid-9:30am, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u se tixxandar fuq Knisja.mtNewsbook.com.mt.

Dawn it-tliet djakni huma: Rev. Gylan Camilleri mill‑Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn; Rev. Clive Seychell mill‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, il‑Kalkara;  u Patri Ian Zammit, tal‑Ordni tal‑Predikaturi… Kompli aqra »

Inawgurata l-pittura ta’ Mons. Arthur Said Pullicino

  It-Tribunal Metropolitan, il-Belt Valletta

Nhar it-2 ta’ Mejju 2023, ġiet inawgurata l-pittura ta’ Mons. Arthur Said Pullicino f’lejlet it-tielet anniversarju mill-mewt tiegħu, fit-Tribunal Metropolitan fil-Belt Valletta mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi u fil-preżenza tal-ħaddiema taż-żewġ tribunali ekkleżjastiċi u l-qraba tiegħu. Mons. Said Pullicino serva bħala Vigarju Ġudizzjali tat‑Tribunal Ekkleżjastiku tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta għal 38 sena.

Fid-diskors tal-ftuħ tiegħu, Mons. Joseph Bajada, il-Vigarju Ġudizzjali tat‑Tribunal Reġjonali tat‑Tieni Stanza kif ukoll ħabib personali u kollaboratur ta’ Mons Said Pullicino, għal żmien twil, ftakar kemm Mons… Kompli aqra »

Tnedija tal-wirja tal-arazzi tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, li tikkomemora proġett ta’ 16-il sena ta’ konservazzjoni u restawr

 Illum il-Ġimgħa 5 ta’ Mejju, il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann nediet il-wirja ‘A Gift of Glory’ – tal-Arazzi tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, rigal tal-Gran Mastru Ramon Perellos. L-esebizzjoni timmarka l-qofol ta’ proġett li dam għaddej 16-il sena ta’ konservazzjoni u restawr, li assigurat li dawn l-arazzi jkunu ppreservati għall-ġenerazzjonijiet futuri. 

Is-sett ta’ arazzi kien ikkummissjonat mill-Gran Mastru tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann Ramon Perellos y Roccafull, bejn l-1697 u l-1702… Kompli aqra »

“Iżra’ fjura, iżra’ mħabba”

Photo by Scott Webb

Missio Malta qed tieħu sehem fl-attività annwali, Valletta Green Festival li ser issir f’Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta bejn it-2 u 7 ta’ Mejju. 

Min iżur l-attività li tippromwovi ħajja iktar qrib tan-natura, jista jżur l-istand ta’ Missio fejn għal donazzjoni jingħata żerriegħa tal-warda tax-xemx. 

“Din il-fjura tipika tal-Mediterran magħrufa għall-kulur isfar jgħajjat tagħha, dejjem iddur tħares lejn ix-xemx… Kompli aqra »

Inawgurat xogħol ta’ restawr fuq il-Knisja Arċipretali taż-Żurrieq

  Il-Knisja Arċipretali ta' Santa Katerina, iż-Żurrieq

Ġie inawgurat xogħol ta’ restawr fuq il-Knisja Arċipretali taż-Żurrieq – proġett li twettaq b’investiment ta’ €81,000 li minnhom 80% kienu fondi Ewropej u 20% kienu koperti mill-parroċċa. Il-proġett ġie inawgurat mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi u mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett, fil-preżenza tal-Arċipriet Dun Daniel Cardona u s-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi Michael Pace Ross.

Il-proġett, li dam madwar għaxar xhur, kien jikkonsisti fir-restawr tal-koppla minn barra, inkluż il-lanterna u l-aperturi tal-injam… Kompli aqra »

19-il entità tal-knisja mill-qasam soċjali tiltaqa’ mal-Arċisqof

19-il organizzazzjoni fi ħdan il-Knisja f’Malta li joffru s-servizzi tagħhom fil-qasam soċjali ltaqgħu mal-Arċisqof Charles Scicluna nhar l-Erbgħa 26 t’April 2023 fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. L-organizzazzjonijiet, li jagħmlu parti mis-Segretarjat tad-Djakonija, tkellmu dwar il-ħidma tagħhom u r-realtajiet li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom ta’ kuljum.

Wara li sema’ l-preżentazzjonijiet tagħhom, l-Arċisqof għamel diskors qasir tal-għeluq fejn irringrazzja lil kull organizzazzjoni tal-ħidma importantili qed twettaq fis-soċjetà Maltija… Kompli aqra »

Il-wirja tal-arazzi fil-Konkatidral ta’ San Ġwann miftuħa għall-pubbliku fis-7 ta’ Mejju 2023

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann ħabbret open day biex il-viżitaturi jkunu jistgħu jesperjenzaw is-sbuħija tas-sett tal-Arazzi wara proċess estensiv ta’ restawr li dam għaddej 16-il sena. L-open day ser tkun mingħajr ħlas għall-pubbliku nhar il-Ħadd 7 ta’ Mejju 2023, bejn it-15:00 hrs u t-20:00 hrs (l-aħħar dħul ser isir fis-19:30 hrs). Din il- ġurnata se tipprovdi opportunità esklussiva għall-pubbliku biex jara u jesperjenza parti integrali mill-wirt kulturali u storiku ta’ Malta għal aktar minn tliet sekli… Kompli aqra »