L-Aħbarijiet

Intemm it-tieni stadju tal-istudji fuq il-Knisja l-Qadima ta’ Birkirkara

Proġett kofinanzjat minn fondi Ewropej

(lemin) Il-Perit Adrian Mifsud, is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, is-Segretarju Parlamentari Dr Chris Bonett, il-kappillan Dun Reuben Deguara u l-istoriku Sandro Sciberras

L‑istudji u t‑testijiet ġeotekniċi fuq il‑Knisja l‑Qadima ta’ Birkirkara waslu fi tmiem it‑tieni stadju. Dawn l‑istudji qed isiru b’investiment ta’ €104,000, li €84,000 minnhom ġejjin mill‑Fond Ewropew għall‑Iżvilupp Reġjonali u għandhom jiddeterminaw xi ħsarat strutturali hemm f’din il‑knisja li hi monument nazzjonali tal‑ewwel grad… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza jqabbel il-ħajja ma’ ktieb prezzjuż li ngħatajna

  Pjazza San Pietru fil-Vatikan

Katekeżi fuq id-dixxerniment. 6. L-elementi tad-dixxerniment. Il-ktieb ta’ ħajti

Għeżież ħuti, merħba u l-għodwa t-tajba!

Fil-katekeżijiet ta’ dawn il-ġimgħat qed ninsistu fuq il-presupposti biex nagħmlu dixxerniment tajjeb. Fil-ħajja rridu nieħdu xi deċiżjonijiet, dejjem, u biex nieħdu d-deċiżjonijiet jeħtieġ nagħmlu mixja, triq ta’ dixxerniment. Kull ħidma importanti għandha l-“istruzzjonijiet” tagħha xi nsegwu, li rridu nkunu nafuhom biex jistgħu jipproduċu l-effetti meħtieġa… Kompli aqra »

Patri Elija ħalla xmajjar kbar ta’ grazzji fuq in-nies – il-Provinċjal Franġiskan

L-aħħar tislima lil Patri Elija Vella OFM

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar

“Patri Elija Vella kien strument f’idejn Alla li li permezz tiegħu ħalla xmajjar kbar ta’ grazzji fuq in-nies,” qal Patri Colin Sammut, il-Provinċjal Franġiskan li mexxa ċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Patri Elija Vella.

Fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl il-Baħar dalgħodu ngħatat l-aħħar tislima lill-patri maħbub li miet fl-età ta’ 81 sena t-Tnejn li għadda. Il-quddiesa kienet iċċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna.

“Elija żera’ ż-żerriegħa tat-tama kull fejn mar… Kompli aqra »

L-Isqfijiet tal-UE jappellaw għall-paċi fl-Ukrajna u fl-Ewropa kollha

Stqarrija mill-Kummissjoni tal‑Konferenzi tal‑Isqfijiet Ewropej (COMECE)

  Brussell

Mgr Franz-Josef Overbeck, Vice-President of COMECE commenting on the 2022 Autumn Plenary Assembly 

Gathered in Brussels on 12-14 October 2022, the Plenary Assembly of the Bishop Delegates of the EU Episcopates makes a strong appeal to Russia to immediately suspend the hostilities against Ukraine and to all parties to work towards a solution to the conflict. They also encourage strong EU cohesion. Auxiliary Bishop Joseph Galea-Curmi attended as the delegate for the Maltese Episcopal Conference​… Kompli aqra »

Infermiera bi tbissima se ssir soru tal-karità

Sr Ramona Privitelli li hija infermiera fl-Isptar Karin Grech se tkun qed tagħmel il-professjoni solenni li biha tibda l-ħajja tagħha bħala soru tal-karita għal dejjem għada s-Sibt 15 ta’ Ottubru 2022.

Ma’ Newsbook.com.mt Sr Ramona qalet li f’ħajjitha għexet l-esperjenza tal-vojt minkejja li kellha kollox. Hija saħqet li kellha xogħol tajjeb, karozza sabiħa, kienet tħobb issiefer u toħroġ u kellha wkoll xi relazzjonijiet ma’ ġuvintur… Kompli aqra »

L-aħħar tislima lil Patri Elija Vella

Jitħabbru d-dettalji tal-funeral ta' Patri Elija Vella

L-aħħar tislima lil Patri Elija Vella se tingħata nhar is-Sibt li ġej fil-Parroċċa ta’ Marija Addolorata f’San Pawl il-Baħar. Patri Elija, eżorċista u eks kappillan ta’ San Pawl il-Baħar, miet nhar it-Tnejn 10 ta’ Ottubru fl-età ta’ 81 sena. Qabel il-funeral, Patri Elija se jkun espost għall-qima tal-pubbliku l-Ġimgħa u s-Sibt filgħodu.

Il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru

Fl-3:45pm Jitlaq il-korteo funebri mill-Isptar Mater Dei lejn il-Parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar… Kompli aqra »

Il-Kappella tad-Dar tal-Kleru b’pittura ġdida ta’ Kristu

  Id-Dar tal-Kleru

Fil-jiem li għaddew fil-Kappella tad-Dar tal-Kleru tqiegħed salib li jirraffigura lil Kristu Saċerdot imsallab imma f’pożizzjoni ta’ qawmien. Dan tpitter minn Dun Peter Paul Sultana li hu l-amministratur parrokkjali tal-parroċċa tal-Manikata. Il-pittura saret fuq l-injam wara li nħadmet bil-ġibs. Is-salib tbierek mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona.

Dwar il-pittura, is-saċerdot spjega li fil-fidi naraw is-salib bħala punt ta’ tluq għall-qawmien ta’ Ġesù. Għalhekk f’din il-pittura naraw lil Kristu f’direzzjoni ta’ qawmien, anke l-idejn ta’ Kristu jidhru li mhumiex fin-nofs tal-ispazju tal-injama orizzontali tas-salib, iżda qegħdin iktar ’il fuq sabiex jesprimi moviment ’il fuq, li jissimbolizza l-qawmien… Kompli aqra »

Il-Palazz tal-Arċisqof jiftaħ il-bibien tiegħu għal Notte Bianca

  Il-Belt Valletta

Il‑Palazz tal‑Arċisqof fil‑Belt Valletta ser jerġa’ jiftaħ il‑bibien tiegħu waqt Notte Bianca 2022, nhar is-Sibt 1 ta’ Ottubru. Dakinhar, il‑viżitaturi jistgħu jżuru bosta swali fil‑palazz fosthom il‑piano nobile li jinkludi s‑sala tat‑tron, u l-Kanċellerija tat-Tribunal bl-għamara antika tagħha u s-soqfa mpittra. Il‑ġnien bis‑siġar taċ‑ċitru kif ukoll iċ‑ċisterni storiċi bl-għejun tal-ilma se jkunu miftuħin għall-pubbliku.

Kollezzjoni ta’ pitturi antiki se tkun għall-wiri, fosthom dik tal‑Isqof Pawlu Alpheran de Bussan tal‑artist Francesco Zahra, li reġgħet tqiegħdet fis‑Sala tat‑Tron wara li ġiet restawrata fl‑2017… Kompli aqra »

L-iskejjel tal-Knisja jilqgħu lura l-istudenti u l-edukaturi kollha

Bidu tas-Sena Skolastika 2022-2023

Matul dawn il‑jiem ’il fuq minn 16,000 student u iktar minn 3,000 edukatur qed jerġgħu lura fl‑iskejjel tal‑Knisja għal sena skolastika b’tamiet imġedda. Wara sentejn u nofs ta’ miżuri imposti biex nilqgħu għall‑pandemija, il‑55 skola tal‑Knisja f’Malta u Għawdex fetħu l‑bibien tagħhom biex jilqgħu fiżikament lill‑komunitajiet tagħhom. Minn dawn, 1,973 huma studenti li qed jingħaqdu fl‑iskola tal‑Knisja, wara li ħadu sehem fil‑proċess tad‑dħul permezz tal‑kriterji u l‑poloz immexxi mis‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija matul is‑sena li għaddiet… Kompli aqra »

Il-Caritas b’quddiesa fil-Jum Internazzjonali għall-Anzjani

  Il-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid

Caritas Malta se tkun qed torganizza quddiesa fil-Jum Internazzjonali għall-Anzjani fl-1 ta’ Ottubru.

Din il-ġurnata titfa’ dawl fuq l-importanza tas-sehem u l-integrazzjoni tal-persuni anzjani fis-soċjetà u jsiru diversi attivitajiet biex jinħoloq iktar għarfien dwar dak li l-aktar jolqot lill-anzjani b’mod speċjali l-integrazzjoni, u sfortunatement l-abbuż.

“Fuq kollox hi ċelebrazzjoni għall-kontribut kbir li taw u għadhom jagħtu fis-soċjetà din il-ġenerazzjoni,” qalet Caritas Malta… Kompli aqra »