L-Omeliji tal-Isqof Awżiljarju

Kelma li tagħmel id-differenza kollha – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dak il-lejl ma qabdu xejn” (Ġw 21:4). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skont San Ġwann fuq dawn id-dixxipli ta’ Ġesù li marru jistadu. Kien Pietru, li f’dan ir-rakkont hu diġà meqjus bħala l-kap tagħhom, li qal “sejjer nistad” (Ġw 21:3). U s-sitta l-oħra – kienu sebgħa b’kollox – marru biex jistadu. Imma dak il-lejl ma qabdu xejn.

Meta sebaħ, jaraw lil xi ħadd fuq ix-xatt li għall-bidu ma għarfuhx li kien Ġesù… Kompli aqra »

Il-Knisja tinkoraġġixxi d-donazzjoni tal-organi

Message by Bishop Joseph Galea-Curmi

Organ donation saves lives. However, one of the main challenges in organ donation in many parts of the world is that the demand for organs far exceeds their supply. This means many lives are lost each year, because there are not enough organs available for all those who need them. 

The Church considers organ donation as an act of love… Kompli aqra »

Il-ġebla m’għadhiex hemm – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Min se jgerbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?” (Mk 16:3) Din kienet il-mistoqsija li bdew jagħmlu lil xulxin Marija ta’ Magdala, Marija Omm Ġakbu u Salomi – in-nisa li ddeċidew li kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa jmorru lejn il-qabar ta’ Ġesù ħa jidilku bil-fwejjaħ il-ġisem mejjet tiegħu. Din kienet id-diffikultà li kellhom, għax għalihom Ġesù kien mejjet u riedu juru l-għożża tagħhom.

Il-memorja

Għal mument, nixtieq li nidħlu fl-istorja ta’ dawn in-nisa li kienu qed jimmaġinaw li se jsibu l-ġisem mejjet ta’ Ġesù u l-problema li kellhom kienet kif se jirnexxilhom jidħlu ġo dan il-qabar issiġillat b’ġebla “kbira ħafna” (Mk 16:4)… Kompli aqra »

Il-qawwa tal-imħabba li tifdi – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tad-Dar tal-Kleru, Fleur-de-Lys

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ġesù ta’ Nażaret, Sultan tal-Lhud” (Ġw 19:19).  Din kienet il-kitba li għamel Pilatu fuq is-salib, u għamilha bil-Lhudi, bil-Latin u bil-Grieg biex żgur jasal il-messaġġ. Meta kienu jħarsu lejn Kristu msallab, setgħu jaraw il-kitba: Ġesù ta’ Nażaret, Sultan tal-Lhud.

Ninnutaw li fir-rakkont tal-Passjoni skond San Ġwann, għakemm hemm it-tbatija kbira li minnha għadda Ġesù, imma l-enfasi ta’ San Ġwann hu fuq Ġesù li qed jirbaħ kontinwament… Kompli aqra »

L-imħabba fil-qalba ta’ ħajjitna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Katidral ta' San Pawl, L-Imdina

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ħamis ix-Xirka hija l-festa tat-twaqqif tal-Ewkaristija. Smajna lil San Pawl fit-Tieni Qari, fl-Ittra tiegħu lill-Korintin, jirrakkonta t-twaqqif tal-Ewkaristija fl-Aħħar Ċena meta Ġesù jieħu l-ħobż u jgħid “dan hu ġismi” u jieħu l-inbid u jgħid “dan hu demmi”. Ġismu li jingħata u demmu li jinxtered.

F’Ħamis ix-Xirka wkoll infakkru l-ġrajja li smajna fl-Evanġelju skont San Ġwann, meta Ġesù niżel jaħsel saqajn id-dixxipli tiegħu, ġest li se jkun ripetut illum waqt il-quddiesa biex infakkru dan… Kompli aqra »

Fwieħa u foqra – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Marija u Ġuda. Dawn huma tnejn mill-personaġġi li jissemmew illum fl-Evanġelju skond San Ġwann, u nixtieq li nħarsu ftit lejn dawn it-tnejn. Marija, oħt Marta u Lazzru, li kienu joqogħdu f’Betanja u li kienu familja ħbieb ta’ Ġesù, jafu lil Ġesù mill-qrib. Ġuda, wieħed mit-tnax, wieħed minn dawk li kien għażel Ġesù biex ikunu aktar qrib tiegħu, u hawnhekk akkumpanjah, fil-fatt, f’din l-ikla li saret f’Betanja… Kompli aqra »

Ommu u ommna – L-Isqof Galea-Curmi

Omelija fil-Festa tal-Madonna tad-Duluri

  Il-Knisja Ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Waħda mix-xeni kiefra u ta’ qsim il-qalb hi dik ta’ omm tibki lil xi ħadd minn uliedha. Ilbieraħ rajt filmat qasir ta’ omm Palestinjana f’Gaża tibki biki ta’ qsim il-qalb filwaqt li tħaddan lil binha mejjet, maqtul mit-truppi ta’ Israel. U tilmenta: “X’għamlilhom dan? X’seta’ għamlilhom dan it-tifel?” Ftit qabel, rajt l-istorja ta’ omm f’Israel li tilfet lil binha ta’ 20 sena maqtul mill-Ħamas fis-7 ta’ Ottubru 2023… Kompli aqra »

Bil-moħbi tan-nies – L-Isqof Galea-Curmi

  Little Sisters of the Poor, il-Ħamrun

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies” (Mt 1:19). Din il-frażi mill-Evanġelju tal-lum tagħti tifsira kbira lil dak li San Ġużepp jirrappreżenta fil-ħajja tagħna tal-fidi, fil-ħajja tal-Knisja, u dak li jgħallimna għall-ħajja tagħna llum. 

Aħna nafu li r-raġuni kienet li meta Marija saret tqila bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu, Ġużeppi ma setax jifhem x’qed jiġri, imma ddeċieda li flok jgħid, flok ixandarha din, jibgħat lil Marija bil-moħbi tan-nies, għaliex kien jaf li kellha riskju kbir għal ħajjitha jekk in-nies isiru jafu… Kompli aqra »

Ħanin u twajjeb il-Mulej – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Beda jikteb b’sebgħu fit-trab” (Ġw 8:6). Dan hu li naqraw fuq Ġesù li kien qiegħed it-tempju, u l-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li nqabdet fl-adulterju. Staqsewh x’jagħmlu, jekk jimxux mal-liġi ta’ Mosè li kienet tgħid li nies bħal dawn iħaġġruhom. Dil-mistoqsija ma għamluhiex lil Ġesù għax kellhom xi dubju, jew biex jiċċaraw l-affarijiet, imma, kif jgħid l-Evanġelju, “biex iġarrbuh” (Ġw 8:6)… Kompli aqra »

Bħal ħabba tal-qamħ – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Nixtiequ naraw lil Ġesù” (Ġw 12:21).  Din kienet it-talba li xi Griegi għamlu lil Filippu, wieħed mid-dixxipli ta’ Ġesù, għax xtaqu jaraw lil Ġesù. Kellhom din il-kurżità, u tkellmu ma’ Filippu, li mbagħad mar isib lil Indrì, dixxiplu ieħor, u t-tnejn li huma marru jgħidu lil Ġesù.

Tolqotna ħafna r-reazzjoni ta’ Ġesù.  Jgħid: “Waslet is-siegħa li fiha Bin il-bniedem ikun igglorifikat” (Ġw 12:23)… Kompli aqra »