Barka għalina lkoll – L-Isqof Galea-Curmi
11/07/2023 Il-Monasteru ta’ Santa Skolastika, il-BirguL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Issa x’se jmissna?” (Mt 19:27) Dan huwa l-kliem li smajna lil Pietru jgħid lil Ġesù fl-Evanġelju llum: x’se jmissna, issa li aħna mxejna warajk? F’moħħu dak iż-żmien kellu x’se jakkwista. U din hija fil-fatt mentalità mifruxa fis-soċjetà: jien x’se nieħu, x’se nakkwista, x’se jkolli jien f’idejja?
Qegħdin nagħmlu llum il-Festa ta’ San Benedittu li f’ħajtu ma kinitx din il-mistoqsija li staqsa – “x’se jmissna?” – anzi hu ra mhux x’se jieħu, imma x’se jkun kif irid Alla, imbagħad x’se jagħti… Kompli aqra »