Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Il-Knisja għandha omm – L-Isqof Galea-Curmi

Photo by Bennet P Biju L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kien il-Papa Franġisku li ried li l-għada ta’ Għid il-Ħamsin tiġi ċċelebrata t-tifkira ta’ Marija Omm il-Knisja u Xbieha tal-Knisja. Għaliex proprju l-għada ta’ Għid il-Ħamsin? Għax ilbieraħ aħna ċċelebrajna t-twelid tal-Knisja, u llum l-Papa jrid li niftakru li din il-Knisja għandha omm – Marija. Marija hija Omm il-Knisja u xbieha tal-Knisja. 

Kienu diversi qaddisin tul is-snin li sejħu lil Marija “Omm il-Knisja”, u kien il-Papa Pawlu VI, waqt il-Konċilju Vatikan II, li ried li hi jkollha dan it-titlu speċjali: Marija Omm il-Knisja… Kompli aqra »

Djalogu ta’ mħabba – L-Isqof Galea-Curmi

Photo by Jasmine Carter L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għandna fl-Evanġelju llum dan id-djalogu sabiħ bejn Ġesù u Xmun Pietru. Hawnhekk qegħdin fejn il-baħar ta’ Tiberija, meta Ġesù deher għat-tielet darba, wara l-qawmien tiegħu mill-mewt, lid-dixxipli tiegħu. Dawn kienu għamlu lejl sħiħ jistadu u ma qabdu xejn, u Ġesù qalilhom: “waddbu x-xibka n-naħa tal-lemin tad-dgħajsa, u ssibu” (Ġw 21:6). U għamlu hekk u qabdu ħafna ħut… Kompli aqra »

Lejn is-sema pajjiżna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Kongregazzjoni tal-Ulied tal-Qalb ta’ Ġesù, L-Imrieħel

Photo by Magda Ehlers L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Huma u jħarsu lejh, kien meħud ’il fuq, u sħaba ħadithulhom minn quddiem għajnejhom” (Atti 1:9). Dan hu li naqraw fl-Atti tal-Appostli, l-ispjega ta’ din il-ġrajja ta’ Tlugħ il-Mulej fis-Sema. Meta naraw ir-rakkont ta’ din il-ġrajja, u anke kultant pitturi li jġibu din il-ġrajja, qisu l-ewwel sensazzjoni li nħossu hija ta’ firda: Ġesù qiegħed mad-dixxipli, ikellimhom, jgħidilhom x’għandhom jagħmlu, u mbagħad jinfired minn magħhom, jitla’ ’l fuq u d-dixxipli jibqgħu  jħarsu ’l fuq. 

Imma, fil-fatt, aktar ma naqraw ’il quddiem l-Atti tal-Appostli stess, insibu li din il-firda kienet għal ftit mumenti… Kompli aqra »

Min-niket għall-ferħ – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena” (Ġw 16:20) Dan hu l-kliem li Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu fl-Evanġelju llum. Dan huwa parti mid-diskors tal-Aħħar Ċena, meta Ġesù qed jitkellem kemm fuq it-tbatija tiegħu, il-passjoni u l-mewt – meta jgħid “intom għad tibku u tingħu” u “iġġarrbu n-niket” –  kif ukoll fuq il-qawmien tiegħu – meta jgħid: “in-niket tagħkom għad jinbidel f’hena”… Kompli aqra »

Kif ħabbna hu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Photo by Pixabay L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kif ħabbejtkom jien.” Dan huwa l-kliem li jgħid Ġesù lid-dixxipli tiegħu fl-Evanġelju llum, meta kien qed ifissrilhom il-kmandament tal-imħabba. Qalilhom: “Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien” (Ġw 15:12). Hawnhekk Ġesù qed jgħid lid-dixxipli tiegħu li hu jrid li l-imħabba tkun il-qalba tal-ħajja tagħhom, anke tal-ħajja tagħhom flimkien. Imma mbagħad jispjegalhom x’qed ifisser bl-imħabba… Kompli aqra »

Il-kejl ta’ kemm veru nħobbuh – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Photo by Jasmine Carter L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għal darbtejn f’din is-silta qasira fl-Evanġelju llum, Ġesù jirrepeti l-istess ħaġa. Jgħid: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi” (Ġw 14:15); u ftit wara: “Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni” (Ġw 14:21).

Għaliex Ġesù jenfasizza daqshekk l-imħabba lejh u kif għandha tintwera din l-imħabba lejh? L-ewwel nett, dan hu kliem li qed jgħid fl-Aħħar Ċena, ftit qabel il-passjoni u l-mewt tiegħu, fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu… Kompli aqra »

L-imħabba nuruha b’dak li nagħmlu – L-Isqof Galea-Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni” (Ġw 14:21). Hekk jgħid Ġesù llum, fl-Evanġelju skont San Ġwann, lid-dixxipli tiegħu; u f’din is-silta qasira jenfasizza ħafna l-imħabba – isemmiha seba’ darbiet. Imma mhux hawn biss. Anke ftit qabel, f’dan l-istess diskors tal-Aħħar Ċena, Ġesù kien tkellem fuq l-imħabba u qal lid-dixxipli: “Nagħtikom kmandament ġdid: li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin” (Ġw 13:34)… Kompli aqra »

Jiltaqa’ magħna fil-bżonnijiet profondi ta’ ħajjitna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Arċipretali, Il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm karatteristika speċjali li ssibha dejjem fil-kliem ta’ Ġesù mad-dixxipli tiegħu: il-kliem tiegħu hu kliem ta’ inkoraġġiment, kliem li jagħmlilhom il-qalb, u jgħinhom ħalli qatt ma jaqtgħu qalbhom fost it-taħwid u l-biżgħat li ġieli jkollhom. Fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù hekk jibda l-kliem tiegħu lid-dixxipli: “Tħallux qalbkom titħawwad!” (Ġw 14:1)

Nixtieqkom tinnutaw li Ġesù jitkellem fuq il-qalb – jgħid “qalbkom”. Mhux qed jgħid biss fuq ħsibijiet li joħolqu konfużjoni fil-moħħ, imma iktar minn hekk, għax il-qalb tfisser il-ħajja tal-bniedem fil-profondità tagħha… Kompli aqra »

Kif nistgħu nafu t-triq? – L-Isqof Galea-Curmi

Photo by Pixabay L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer. Kif nistgħu nafu t-triq?” (Ġw 14:5) Dan huwa l-kliem ta’  Tumas l-appostlu, li qalu lil Ġesù meta kienu miġburin fl-Aħħar Ċena. Dan huwa l-kuntest ta’ dan il-kliem. Ġesù kien diġà lid-dixxipli ħaslilhom saqajhom, u qalilhom li hekk għandhom jagħmlu huma wkoll – “jien tajtkom eżempju biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll” (Ġw 13:15) – u kien enfasizza ħafna l-kmandament tal-imħabba… Kompli aqra »

Bejn familja u xogħol – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Irxoxt, Pembroke

Photo by Emma Bauso L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fl-Eżortazzjoni Appostolika tiegħu Patris corde (B’qalb ta’ Missier), fuq San Ġużepp, il-
Papa Franġisku fl-aħħar paragrafu (n. 30) jikkwota dak li jgħid Ġesù: “Tgħallmu minni għax jiena ta’ qalb ħelwa u umli” (Mt 11:29), u dak li jgħid San Pawl: “Ixbhu lili” (1 Kor 4:16). Jgħid li Ġużeppi seta jgħid l-istess kliem “bis-skiet elokwenti tiegħu”.

Ħa nħarsu ftit, qabel xejn, lejn l-għażla li għamel Alla f’Ġużeppi… Kompli aqra »