X’tgħidilna ras maqtugħa – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa b'tifkira ta’ Sant’Agata
05/02/2021 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Hi paġna ta’ niket u makabra din li għadna kif qrajna, dan ir-rakkont tal-qtil ta’ Ġwanni l-Battista. Mhux biss għax inqatel, imma l-mod vili li bih inqatel; u anke l-idea li taqta’ rasu u ġġibha fuq platt tqabbdek il-bard! Meta tiftakar li dan kollu sar biex tikkuntenta mara li kienet tobogħdu, għax kien jgħid il-verità, u din ġagħlet lit-tifla; u lir-raġel tagħha, li kif smajna fl-Evanġelju kien jaf “x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni”, ma riedx li joħroġ ta’ ħmar għall-kelma li ta – meta tiftakar dan kollu, titkexkex… Kompli aqra »