Messaġġi tal-Arċisqof Emeritu Mons Pawlu Cremona O.P.

Messaġġ tal-Arċisqof waqt il-Vġili ta’ Pentekoste

  • Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid
    7 ta’ Ġunju 2014

    Ħuti, naħseb li lkoll tafu li l-Papa qalilna biex f’Pentekoste nitolbu ħafna għalih għaliex għada se jiltaqgħu dawk li jmexxu f’Israel u dawk li jmexxu fil-Palestina biex jitolbu mal-Papa quddiem il-Mulej. U jiena naħseb li din hija diġa forma ta’ miraklu min-naħa tal-Ispirtu s-Santu. Minn qatt, anke minna, basar li wara ħamsin sena li kienu ilhom bi ġlied bejniethom jiġi l-Papa Franġisku u jgħidilhom: ‘isma’ imma intom ma uzajtux kollox biex ikollkom il-paċi…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju mit-twaqqif tal-grupp Belong

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju mit-twaqqif tal-grupp Belong
  • Baħar  iċ-Ċagħaq
    16 ta’ Mejju 2014

    Ħuti, jiena dejjem kont nistagħġeb bl-importanza kbira li tingħata liż-żwieġ u l-familja fil-kelma t’Alla. Bir-raġuni nistgħu nistg]u naslu biex nifhmu din l-importanza, għaliex il-ġenerazzjoni trid tkompli u l-imħabba trid titkompla.

    Illum xtaqt li naqsam magħkom riflessjoni oħra: Alla l-Imbierek ħalaq lil bniedem xbieha tiegħu, raġel u mara…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Jum Dinji iddedikat lill-Infermiera

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Jum Dinji iddedikat lill-Infermiera
  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    17 ta’ Mejju 2014

    Ħuti l-ewwel nirringrazzjakom talli stedintuni biex nagħmel din  il-quddiesa, li għalija hija   okkażjoni biex nirringrazzjakom u nuri l-apprezzament tiegħi u tal-poplu Malti għal dak li intom tagħmlu. U f’dan il-jum internazzjonali tan-nursing aħna rridu bilfors niftakru fi Florence Nightingale li kienet hi li waqqfet dan il-jum internazzjonali…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof waqt l-għoti tal-Lettorat lil Ħames Żgħażagħ

  • Messaġġ tal-Arċisqof waqt l-għoti tal-Lettorat lil Ħames Żgħażagħ
  • Paroċċa tan-Naxxar
    2 ta’ Mejju 2014

    Ħuti, aħna ġejna flimkien biex illum nifirħu ma’ dawn iż-żgħażagħ u nirringrazzjaw lill-Mulej talli għażilhom biex jaqduh. Din il-mixja tagħhom trid twassal għas-saċerdozju ministerjali, għall-presbiterat. U dan jagħmluha forma ta’ mixja. L-ewwel jissieħbu mal-kelma, il-lettorat dak li qed nagħmlu llum, imbagħad jingħataw biex iservu l-Ewkaristija, l-akkolitat, imbagħad jidħlu fis-sagrament tal-Ordni Sagri, l-ewwel mid-Djakonat, ħalli jservu fuq l-artal imbagħad fl-aħħar hija l-ordinazzjoni saċerdotali, tal-presbiterat…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof waqt konċelebrazzjoni b’radd il-ħajr għall-Kanonizazzjoni tal-Papiet San Ġwanni XXIII u San Ġwanni Pawlu II

  • Messaġġ tal-Arċisqof waqt konċelebrazzjoni b’radd il-ħajr għall-Kanonizazzjoni tal-Papiet San Ġwanni XXIII u San Ġwanni Pawlu II
  • Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Elena, Birkirkara
    4 ta’ Mejju 2014

    Ħuti, ġejna hawnhekk illum biex inkomplu l-ferħ li kellha l-Knisja tagħna meta żewġ Papiet: Ġwanni XXIII u Ġwanni Pawlu II ġew dikjarati qaddisin mill-Knisja tagħna. Jiġifieri mill-lum il-quddiem aħna nistgħu nsejħulhom San Ġwanni XXIII u San Ġwanni Pawlu II. 

    U għalfejn issir din il-kanonizazzjoni? …

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem
  • Bini tal-Qorti, il-Belt Valletta
    30 ta’ April 2014

    Peress li llum huwa lejliet l-ewwel ta’ Mejju, tajjeb li nagħmlu riflessjoni fuq ix-xogħol għax l-ewwel ta’ Mejju hu Jum il-Ħaddiem, u fil-Knisja Kattolika niċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp ħaddiem, li kien mastrudaxxa.

    Ħa nagħmel xi riflessjonjiet nsara biex min ikun irid jgħix bħala nisrani fix-xogħol tiegħu…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-ftuħ tal-Kapitlu tal-MUSEUM Femminili

  • Messaġġ tal-Arċisqof fil-ftuħ tal-Kapitlu tal-MUSEUM Femminili
  • Is-Seminarju, Tal-Virtu, Rabat
    21 ta’ April 2014

    Bħalma għidtilkom, illum ħa naqsam daqxsejn ta’ riflessjonijiet fuq it-tifsira ta’ Kapitlu. Jiena ma ngħoddx kemm mort Kapitli u għalehh l-esperjenza li jiena ħadt nista’ naqsamha magħkom.

    L-ewwel ħaġa importanti hija r-rwol tal-fundatur. Intom fortunati għaliex għandkomn ħafna u ħafna kitbiet ta’ San Ġorġ Preca…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof f’Sibt il-Għid

  • Messaġġ tal-Arċisqof f’Sibt il-Għid
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta
    19 ta’ April 2014

    Ħuti, aħna fl-ewwel lezzjoni rajna fil-Ġenesi r-rakkont tal-ħolqien tal-bniedem, raġel u mara, xbieha tiegħu. Fl-ewwel żewġ kapitli li rajna llum tissemma biss dik li hi l-siġra tal-għarfien tat-tajjeb u l-ħażin. Imma fil-kapitlu tlieta tissemma siġra oħra u din is-siġra kien fiha frott ta’ l-immortalita, jiġifieri li l-bniedem ma jmutx…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-Ġimgħa l-Kbira

  • Messaġġ tal-Arċisqof fil-Ġimgħa l-Kbira
  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    18 ta’ April 2014

    Aħna smajna il-kant tal-Passjoni tal-Mulej. Fir-rakkont Ġesu kien iċ-ċentru, imma rridu niftakru li fiċ-ċentru ta’ din  il-ġrajja hemm il-bniedem: il-bniedem fil-bidu, u l-bniedem, jiena u intom, li qegħdin ngħixu illum.

    Ir-raġuni hija ċara. Kieku l-bniedem ma dinibx Ġesu ma kienx jgħaddi minn dan kollu għax ma kienx ikollu bżonn…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka

  • Messaġġ tal-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka
  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    17 ta’ April 2014

    Ħuti, aħna naqraw fil-Vanġelu  li qabel ma Sidna Ġesu Kristu ġie imsallab kien hemm żewġ għemejjel li hu ried jagħmel. L-ewwel għemil kien li hu jagħmel l-aħħar ikla mad-dixxipli tiegħu. U aħna llum se niċċelebraw din l-ikla. It-tieni ħaġa li għamel kien li mar quddiem Alla l-Missier u beda jitolbu u ġedded ix-xewqa tiegħu li hu,  Sidna Ġesu Kristu,  ried li jobdi lil Alla l-Missier…

  • Kompli aqra »