Stqarrijiet għall-Istampa

Jinfetaħ iċ-ċentru Id f’Id li se jipprovdi għajnuna materjali lil nisa tqal u familji żgħażagħ fil-bżonn

L‑Arċisqof Charles Scicluna inawgura ċ‑ċentru l‑ġdid tal‑Life Network Foundation bl‑isem ta’ Id f’Id nhar il-Ħamis 14 ta’ Settembru 2023. Dan se jipprovdi għajnuna materjali lil nisa li qed jistennew tarbija u familji żgħażagħ li qed irabbu tfal żgħar, li bħalissa għaddejjin minn ċerti diffikultajiet tal‑ħajja.

Il‑ftuħ ta’ Id f’Id ikompli jsaħħaħ is‑servizzi ħolistiċi ta’ sapport offruti mil‑Life Network Foundation lil nisa tqal fil‑bżonn… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Settembru 2023

Matul ix-xahar ta’ Settembru, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l-quddies ta’ matul il-ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il-quddies organizzat mill-Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit-Tnejn sas-Sibt fid-9:30am, tiġi ċċelebrata quddiesa li tixxandar fuq TVM, mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Wara l-quddiesa tingħad it-talba tar-rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

Rettur ġdid għaż-Żona Pastorali tax‑Xgħajra

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Keith Scicluna bħala r‑Rettur tal‑Knisja ta’ San Ġakbu u ż‑Żona Pastorali tax‑Xgħajra. Monsinjur Arċisqof irringrazzja lil Dun Colin Apap għal tant snin ta’ ħidma pastorali bħala rettur ta’ din il‑komunità.

Dun Keith Scicluna twieled fit‑12 ta’ April 1979. Huwa ggradwa fil‑Filosofija u t‑Teoloġija mill‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fit‑3 ta’ Lulju 2009.

Huwa beda l‑ħidma pastorali tiegħu fil‑parroċċa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid… Kompli aqra »

L-Arċisqof jaħtar Vigarju Episkopali għal-Liturġija

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Mons. Jesmond Manicaro bħala Vigarju Episkopali għal‑Liturġija.

Mons. Jesmond Manicaro twieled Raħal Ġdid nhar is‑27 ta’ Awwissu 1964. Studja fl‑Università ta’ Malta mnejn kiseb Baċellerat fit‑Teoloġija u Liċenzjat fit‑Teoloġija Pastorali. Kompla l‑istudji tiegħu fl‑Istitut Pontifiċju Liturġiku ta’ San Anselmo f’Ruma mnejn kiseb il‑Liċenzja u d‑Dottorat fil‑Liturġija. Hu ġie ordnat saċerdot nhar il‑5 ta’ Lulju 1991. Serva fil‑parroċċi ta’ Ħaż‑Żebbuġ, Santa Luċija, u Bormla… Kompli aqra »

Il-Knisja tirdoppja l-għajnuna lill-persuni fil-bżonn minkejja sfidi finanzjarji

Ir-Rapport Finanzjarju tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għas-sena 2022

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Fl‑2022, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta żiedet aktar mid-doppju d‑donazzjonijiet tagħha lill‑persuni fil‑bżonn u s‑sussidji lill‑entitajiet b’20%. Dan minkejja li rreġistrat defiċit ta’ €8.8 miljuni, l‑aktar minħabba telf fl‑investimenti tagħha kawża tal‑isfidi kbar preżenti fis‑swieq finanzjarji.

Waqt konferenza tal‑aħbarijiet dwar ir‑rapport finanzjarju annwali tal‑Knisja f’Malta, is‑Segretarju Amministrattiv Michael Pace Ross spjega li l‑effett tal‑gwerra fl‑Ukrajna, iż‑żieda fir‑rati tal‑imgħax, u l‑inflazzjoni affettwaw ħażin id‑dħul tal‑Arċidjoċesi, li tiġbor fiha aktar minn 100 entità u timpjega 1,300 persuna… Kompli aqra »

Inawgurat ir-restawr tal-faċċata tal-Knisja ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun

Tlesta l-proġett ta’ restawr fuq il-faċċata tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun, proġett li sar b’investiment ta’ €200,000, b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Il-proġett ġie inawgurat illum mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi u mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett. Preżenti wkoll is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross u l-Arċipriet Dun Walter Cauchi.

Permezz ta’ dan il-proġett, li għalih ikkontribwixxew ukoll il-parruċċani tal-Ħamrun, tnaddfet il-ġebla tal-faċċata li kienet esposta għat-tniġġis tal-arja u tbiddel il-ġebel immermer, li kien espost għall-elementi naturali… Kompli aqra »

Ittra ta’ San Injazju ta’ Loyola rrestawrata u ppreżentata lill-Mużew tal-Katidral tal-Imdina

Il‑Laboratorju tal‑Konservazzjoni tal‑Arkivju tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta rrestawra b’reqqa ittra attribwita lil San Injazju ta’ Loyola, fundatur tal‑Ġiżwiti, u ppreżentaha lill‑Mużew tal‑Katidral fl‑Imdina. L‑ittra, li nkitbet bejn l‑1548‑1549, hija marbuta mat‑twaqqif tal‑kulleġġ u l‑università tal‑Ġiżwiti f’Messina.

Il‑Ġiżwiti f’Malta rċevew din l‑ittra imprezzabbli flimkien ma’ dokumenti oħrajn li jiddokumentaw it-tixrid ta’ din l-ittra, mingħand il‑Provinċja Ġiżwita ta’ Sqallija. Dawn ġew issiġġillati f’relikwarju u mpoġġija fil‑qalba tal‑knisja tagħhom fil‑Collegium Melitense fil‑Belt Valletta… Kompli aqra »

Dettalji tal-funeral tal-Isqof Emeritu Paul Darmanin OFM Cap

Għada l‑Erbgħa, 2 ta’ Awwissu 2023, se jiġi ċċelebrat l‑Għasar tal‑Mejtin għar‑ruħ Mons. Paul Darmanin OFM Cap., Isqof Emeritu tad‑Djoċesi ta’ Garissa fil‑Kenja, li mar jiltaqa’ mal‑Mulej it‑Tlieta, 25 ta’ Lulju. Dan il‑mument ta’ talb se jitmexxa mill‑Isqof Joseph Alessandro OFM Cap, fil‑Knisja tas‑Salib Imqaddes fil‑Furjana, magħrufa bħala ‘Tal‑Kapuċċini’, fis‑7pm.

Il‑Ħamis, 3 ta’ Awwissu 2023, fis‑7:30am, il‑ġisem ta’ Mons. Darmanin se jkun espost fil‑kappella tal‑Lunzjata f’Ħaż‑Żabbar… Kompli aqra »

Żgħażagħ Maltin jieħdu sehem fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Lisbona

565 żgħażagħ Maltin u Għawdxin ħallew Malta sabiex flimkien ma’ eluf ta’ żgħażagħ oħra minn madwar id‑dinja u mal‑Papa Franġisku jipparteċipaw fil‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ f’Lisbona l‑Portugall. Il‑grupp Malti se jkun immexxi milll‑Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma. Il‑Papa xtaq li t‑tema għal din is‑sena tkun “Marija qamet u marret tħaffef” (Lq 1:39) sabiex iħeġġeġ liż‑żgħażagħ jimxu fuq l‑eżempju ta’ Marija u ma jibżgħux ixandru l‑Bxara t‑Tajba… Kompli aqra »

Inawgurat l-ewwel thrift shop tal-Knisja f’Malta

Ħanut li jħaddan is-solidarjetà u l-ħarsien ambjentali

Il‑Knisja f’Malta, permezz tat‑Taqsima Djakonija, fetħet l‑ewwel thrift shop bl‑isem ta’ LOOP. L‑għan tal‑proġett hu li jagħti dinjità lill‑persuni li għaddejjin minn żmien diffiċli filwaqt li tinħoloq kuxjenza ambjentali u solidarjetà mal‑proxxmu.

Il‑ħanut, li jinsab fi Triq Melita fil‑Belt Valletta, kantuniera mal‑Knisja ta’ San Franġisk t’Assisi fi Triq ir-Repubblika, joffri għażla vasta ta’ ħwejjeġ u aċċessorji second‑hand bi prezz imraħħas. Il‑ħwejjeġ, li jingħataw b’donazzjoni, jiġu ċċekkjati mill‑voluntiera qabel ma jintbagħtu fil‑faċilità tal‑ħasil ta’ ħwejjeġ li LOOP għandha fil‑Kalkara biex imbagħad jitpoġġew fuq l‑ixkafef tal‑ħanut.   

Waqt l‑inawgurazzjoni u t‑tberik ta’ dan il‑proġett, il‑Vigarju Episkopali għad‑Djakonija, Mons… Kompli aqra »