Stqarrijiet għall-Istampa

Quddiesa fl-10 anniversarju mill-elezzjoni tal-Papa Franġisku

Nhar is-Sibt 18 ta’ Marzu 2023, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr f’għeluq l-10 snin mill-elezzjoni tal-Papa Franġisku fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, fid-9:30am.

Il-Papa Franġisku ġie elett fit-13 ta’ Marzu 2013 u beda uffiċjalment il-ministeru pastorali tiegħu bħala Isqof ta’ Ruma u Ragħaj tal-Knisja Universali fid-19 ta’ Marzu 2013, fis-Solennità ta’ San Ġużepp.

Kulħadd mistieden jattendi għal din iċ-ċelebrazzjoni u jirringrazzja lil Alla ta’ dan id-don kbir li ta lill-Knisja tiegħu, u tal-ġid kbir li għamel il-Papa Franġisku tul dawn is-snin… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Marzu 2023

Matul ix-xahar ta’ Marzu, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l-quddies ta’ matul il-ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. 

Il-quddies organizzat mill-Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar: 

  • Mit-Tnejn sas-Sibt fid-9:30 a.m., mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Wara l-quddiesa tingħad it-talba tar-rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. 
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid-9:30 a.m., tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. 

F’dawn il-ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l-quddies f’dawn il-knejjes: 

L-Erbgħa 1 ta’ Marzu, 6:30 p.m… Kompli aqra »

Żmien ir-Randan 2023

Għada l‑Erbgħa, 22 ta’ Frar 2023, il‑Knisja tagħti bidu għar‑Randan Imqaddes: 40 jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑Passjoni, il‑Mewt u l‑Qawmien mill‑mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.

L Arċisqof Charles Jude Scicluna ser jiċċelebra l‑quddiesa ta’ Ras ir‑Randan fil‑Knisja tal‑Immakulata Kunċizzjoni (Sarria) fil‑Furjana, li tinkludi t‑tberik u t‑tqegħid tal‑irmied. Il‑quddiesa tibda fid‑9:30am u tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook.com.mt u Radju 103… Kompli aqra »

843 kaxxa affarijiet essenzjali mill-parroċċi f’Malta għat-Turkija u s-Sirja

Voluntiera fil-parroċċa tal-Gżira

Nhar il-Ħadd 12 ta’ Frar 2023, inġabru 843 kaxxa affarijiet bażiċi u essenzjali mill-parroċċi f’Malta għall-popli tat-Turkija u s-Sirja. L-oġġetti kienu jinkludu 97 kutra u 12-il heater. L-affarijiet inġarru fi 17-il vjaġġ fil-vannijiet sabiex ingħataw lill-Protezzjoni Ċivili. L-inizjattiva kienet koordinata mill-Arċidjoċesi ta’ Malta permezz tal-Fondazzjoni Opri Soċjali u l-ħidma ta’ aktar minn 100 voluntier.

L-affarijiet inġabru fiċ-ċentri tal-parroċċi tal-Qawra, l-Iklin, il-Mosta, Birżebbuġa, il-Gżira u Ħal Għaxaq… Kompli aqra »

Jinġabru oġġetti essenzjali fil-parroċċi għat-Turkija u s-Sirja

Is-Sirja (Ritratt: Pexels)

Nhar il-Ħadd li ġej, 12 ta’ Frar 2023 għadd ta’ parroċċi f’Malta se jiġbru affarijiet bażiċi u essenzjali li għandhom bżonn bħalissa l-popli tat-Turkija u s-Sirja. Din l-inizjattiva qed tiġi koordinata mill-Arċidjoċesi ta’ Malta permezz tal-Fondazzjoni Opri Soċjali.

Il-prodotti meħtieġa jinkludu: ikel f’bottijiet u pakketti magħluqin, prodotti sanitarji, tined, saqqijiet tat-tined, sleeping bags, torches, batteriji u power banks.

Il-lista sħiħa tal-affarijiet li se jinġabru tista’ tinkiseb minn djakonija.org/turkijasirja flimkien ma’ dettalji oħra dwar minn fejn ser jinġabru d-donazzjonijiet… Kompli aqra »

Ġbir ta’ fondi għat-Turkija u s-Sirja

Caritas Malta b’sejħa ta’ emerġenza

Is-Sirja (Ritratt: Caritas Internationalis)

Fuq talba tal-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, Caritas Malta f’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis, qed tappella għal donazzjonijiet ta’ flus b’risq il-poplu tat-Turkija u s-Sirja li bħalissa għaddej minn tbatija kbira minħabba t-terrimoti qawwija li laqtu lil dawn iż-żewġ pajjiżi maġenb xulxin. Din hi waħda mill-inizjattivi li l-Knisja f’Malta qed tieħu biex tgħin lill-poplu Sirjan u Tork.

Is-Sirja ntlaqtet mit-terremot, bl-iktar wieħed b’saħħtu mill-1995, fejn l-aktar li ntlaqat hu t-Tramuntana tal-pajjiż… Kompli aqra »

Il-ħajja ma għandhiex prezz

Quddiesa f'Jum il-Ħajja

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fit‑18 ta’ Jannar li għadda, mara ta’ 30 sena, Pelin Kaya, kienet maqtula proprju fil‑ġurnata li ċċelebrat għeluq sninha. Kienet miexja u spiċċat vittma b’karozza misjuqa għal ġo fiha. Il‑qtil tagħha bir‑raġun ġab reazzjoni qawwija fost ħafna nies. Kif jista’ jkun tkun miexja għall‑kwiet u f’daqqa waħda ssib min itemmlek ħajtek?

Aħna u niċċelebraw illum, ftit ġranet wara, Jum il‑Ħajja, ma nistgħux ma nfissrux in‑niket kbir tagħna għal dan il‑qtil u nuru s‑solidarjetà sħiħa mal‑familja tal‑vittma… Kompli aqra »

Delegazzjoni Maltija u Għawdxija tieħu sehem fl-Assemblea Kontinentali Ewropea tas-Sinodu

L-Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi delegazzjoni Maltija u Għawdxija fl-Assemblea Kontinentali Ewropea tas-Sinodu fil-jiem li ġejjin fejn 200 parteċipant se jiltaqgħu fi Praga, fir-Repubblika Ċeka, biex jiddiskutu s-sinodalità. L-Arċisqof, li hu l-President tal-Konferenza Episkopali Maltija, se jkun akkumpanjat minn Sor Natalie Abela soc, Dun Daniel Sultana u Francesco Pio Attard. Se jkun hemm ukoll 10 persuni oħra minn Malta u Għawdex li se jieħdu sehem online matul il-konferenza… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Scicluna fi Frar 2023

Matul ix‑xahar ta’ Frar, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l‑quddies ta’ matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

L-applikazzjonijiet għal ‘applikanti oħra’ għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex

Għada l-Erbgħa, 1 ta’ Frar, se jiftħu l‑applikazzjonijiet għal ‘Applikanti Oħra’ għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta u f’Għawdex għas‑sena skolastika li tibda f’Settembru li ġej.  In‑numru ta’ postijiet vakanti huwa ta’ 933 (858 f’Malta u 75 f’Għawdex). Fir‑regolamenti li ġew ippubblikati f’Novembru li għadda hemm informazzjoni dettaljata tal‑postijiet offruti u tal‑kriterji kif ukoll il‑lista tad‑dokumenti meħtieġa, il‑ġranet meta wieħed għandu japplika u dettalji oħra… Kompli aqra »