Stqarrijiet għall-Istampa

L-Airmalta torganizza titjira edukattiva għal tfal minn djar tal-Knisja

Mistiedna tfal minn Fondazzjoni Sebħ u St Patrick's Home

Madwar 40 tifel u tifla minn diversi djar ta’ Fondazzjoni Sebħ u d‑Dar ta’ San Patrizju kienu mistiedna għal titjira edukattiva ta’ 75 minuta. It‑titjira tal‑Air Malta, KM1952, li ttajret f’altitudni ta’ 20,000 pied lejn Sqallija u lura, inkludiet flyby tal‑Muntanja Etna fejn it‑tfal setgħu jaraw il‑quċċata miksija bil‑borra tal‑akbar vulkan fl‑Ewropa. It‑titjira kienet operata b’Airbus 320NEO, wieħed mill‑aktar ajruplani effiċjenti u ambjentalment nodfa li qed joperaw bħalissa… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’April 2022

Matul ix-xahar ta’ April, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il-ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il-quddies organizzat mill-Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fid-9:30am mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Wara l-quddiesa tingħad it-talba tar-rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

Opportunità unika biex il-poplu Malti jagħti merħba mill-isbaħ lill-qdusija tiegħu l-Papa Franġisku

Stqarrija mill-kumitat organizzattiv tal-Knisja u mill-kumitat organizzattiv tal-Istat

(lemin) L-Isqof Joseph Galea-Curmi u s-Sur Aaron Zahra

Jumejn qabel tibda ż‑żjara uffiċjali tal‑Papa Franġisku f’pajjiżna bit‑tema “Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” meħuda mill‑Atti tal‑Appostli, l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi flimkien maċ‑Chairman tal‑Kumitat Organizzattiv tal‑Istat Aaron Zahra indirizzaw konferenza tal‑aħbarijiet biex jingħataw dettalji dwar dan il‑Vjaġġ Appostoliku.

L‑Isqof Galea‑Curmi qal li huwa b’ferħ kbir għalina l‑Maltin u l‑Għawdxin li wara sentejn li kien tħabbar dan il‑vjaġġ, nhar is‑Sibt li ġej nilqgħu fostna l‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku… Kompli aqra »

Ikomplu t-tħejjijiet għaż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta

Il‑Knisja f’Malta nediet diversi inizjattivi bħala parti mit‑tħejjija għall‑Vjaġġ Appostoliku tal‑Papa Franġisku f’Malta. 

Pope Francis in Malta

Għall‑Vjaġġ Appostoliku tal‑Papa Franġisku nħolqot il‑paġna fuq Facebook ‘Pope Francis in Malta’ fejn qed jittellgħu dettalji relatati mal‑preparamenti u maż‑żjara nnifisha. Matul il‑jumejn li l‑Papa Franġisku jkun Malta, din il‑paġna se tkun qed tiġi kontinwament aġġornata b’ritratti u filmati mil‑lokalitajiet u l‑parroċċi minn fejn ikun għadda l‑Papa… Kompli aqra »

Wirja ta’ ritratti f’Bieb il-Belt dwar iż-żjarat tal-Papiet f’Malta

Fid‑daħla tal‑Belt Valletta bħalissa għaddejja wirja b’ritratti tal-vjaġġi appostoliċi f’Malta mill‑Papiet fis-snin li għaddew. Din qed issir bi tħejjija għaż‑żjara fostna ta’ jumejn mill‑Papa Franġisku nhar is‑Sibt u l‑Ħadd li ġej.

Ir‑ritratti, li jmorru lura għall‑1990 meta l‑Papa San Ġwann Pawlu II qal li “l‑Ewropa teħtieġ ix‑xhieda fidila ta’ Malta”, huma akkumpanjati minn frażijiet ewlenin li l‑Papiet qalu matul iż‑żjarat tagħhom f’Malta.

Il‑Papa Franġisku se jkun it‑tielet Papa li jżur Malta… Kompli aqra »

Żewġ kotba ta’ studenti Maltin u Għawdxin se jiġu ppreżentati lill-Papa Franġisku

Bi tħejjija għall‑miġja tal‑Papa Franġisku f’Malta u Għawdex nhar is‑Sibt u l‑Ħadd li ġej, studenti minn 81 skola tal‑Istat, tal‑Knisja u Indipendenti fl‑aħħar ġimgħat ġew mistiedna jesprimu ruħhom b’mod artistiku dwar it‑tema ‘Ilkoll Aħwa’. Dan permezz ta’ tpinġijiet, filmati, żfin, collages, intervisti, kitbiet, poeżiji u mudelli maħduma bl‑idejn. Ix‑xogħol li ħolqu l‑istudenti nġabar f’żewġ kotba li l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex se jippreżentaw lill‑Papa Franġisku meta se jkellmuh dwar il‑ħidma tal‑Knisja f’Malta… Kompli aqra »

Talba ta’ konsagrazzjoni tar-Russja u l-Ukrajna lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Nhar il‑Ġimgħa li ġej, 25 ta’ Marzu 2022, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta se tingħaqad mal‑Papa Franġisku fit-talba ta’ konsagrazzjoni tal-umanità, b’mod partikulari tar‑Russja u l‑Ukrajna, lill‑Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija. Il‑Papa stieden lill‑isqfijiet, is‑saċerdoti u l‑lajċi jissieħbu miegħu fit‑talb għall‑paċi permezz ta’ din il‑konsagrazzjoni. Din se ssir waqt ċelebrazzjoni penitenzjali fil‑Bażilka ta’ San Pietru, il‑Vatikan, li tibda fil‑5pm.

Dakinhar, fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta, il‑quddiesa tad‑9:30am li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt se tkun offruta għal din l‑intenzjoni tal‑Papa… Kompli aqra »

Eluf għall-quddiesa mal-Papa Franġisku fuq il-Fosos

Ġimagħtejn mill-vjaġġ appostoliku tal-Papa f'Malta

Il‑Kumitat Organizzattiv Djoċesan għaż‑żjara tal‑Papa qed jippubblika impressjoni artistika tat‑tribuna li se tinbena fuq il‑Fosos u li minnha l‑Papa Franġisku se jiċċelebra l‑quddiesa tal‑Ħadd, 3 ta’ April 2022, fl‑10:15am. Din ġiet iddisinjata mid‑direttur artistiku Carlo Schembri bil‑kollaborazzjoni tal‑Perit Joe Bondin li qed jieħu ħsieb l‑istruttura tagħha u s-Sur Anton Attard li qed jieħu ħsieb il-loġistika.

Id‑disinn tat‑tribuna hu ispirat mill‑forma tal‑kurċifiss, biċ‑ċirku u r‑raġġi ħerġin minnu jirrappreżentaw l‑Ewkaristija… Kompli aqra »

Live: Quddiesa għall-Kattoliċi kollha li jgħixu f’Malta

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Bi preparazzjoni għaż‑żjara tal‑Papa Franġisku f’Malta fit-2 u t-3 ta’ April li ġej, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna qed jistieden lill‑Kattoliċi minn pajjiżi differenti li bħalissa qed jgħixu Malta biex nhar is-Sibt li ġej, 19 ta’ Marzu, jingħaqdu miegħu għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa bl‑Ingliż fil‑Katidral ta’ San Pawl l‑Imdina. Il-quddiesa tibda fis-6pm u se tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Nhar il‑festa ta’ San Ġużepp, patrun tal‑Knisja Universali, niftakru fi kliem il‑Papa Frangisku li dan il‑qaddis hu “l‑patrun speċjali ta’ dawk kollha mġiegħla biex iħallu art twelidhom minħabba gwerer, mibegħda, persekuzzjoni u faqar” (Patris Corde, 5)… Kompli aqra »

Kampanja ta’ elezzjoni ġenerali fid-dell ta’ gwerra fl-Ewropa

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent tappellalill‑amministrazzjoni li se tmexxi l‑pajjiż mill‑aħħar ta’ Marzu ’l quddiem sabiex tagħmel l‑isforzi kollha, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali, biex Malta, l‑Ewropa u d‑dinja kollha jħallu warajhom b’mod deċiżiv l‑użu ta’ sorsi ta’ enerġija li ġejjin mill‑karburanti fossili (fossil fuels) u impjanti nukleari. Dan fid-dawl tal‑invażjoni traġika u insensata tal‑Ukrajna min‑naħa tar‑Russja, fejn il-gwerra ġabet fuq quddiem nett ukoll kwistjoni ambjentali fundamentali marbuta mas‑sorsi tal‑enerġija… Kompli aqra »