Jum il-Karità 2021
17/04/2021Għada l‑Ħadd, 18 ta’ April 2021, il‑Knisja f’Malta se tfakkar Jum il‑Karità. L‑għan ta’ dan il‑jum hu li jikber l‑għarfien dwar il‑ħidma li jwettqu fis‑soċjetà l-entitajiet tal‑Knisja mal‑persuni vulnerabbli. Permezz ta’ diversi djar residenzjali u ħidmiet ta’ karità minn professjonisti u voluntiera, il‑Knisja f’Malta tilqa’ u taqdi lil ħutna fil‑bżonn, irrispettivament mir‑razza, kulur tal‑ġilda jew twemmin. Fuq xewqa tal-Arċisqof Charles Scicluna, għada fid-9:30am, il-Quddiesa tal-Ħadd ser tixxandar mill-kappella tas-Sorijiet Missjunarji tal-Karità (magħrufa bħala s-Sorijiet ta’ Madre Tereża) f’Bormla… Kompli aqra »