Stqarrijiet għall-Istampa

Fondi Ewropej għar-restawr tal-koppla tal-knisja taż-Żurrieq

Fil‑ġimgħat li ġejjin se jibda r‑restawr minn barra tal‑koppla tal‑knisja arċipretali ta’ Santa Katarina fiż‑Żurrieq. Dan il‑proġett, li ser isir b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea, ser jiswa €70,000. Id‑dettalji tal‑proġett tħabbru dalgħodu mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, mis‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross u mill‑Arċipriet taż‑Żurrieq Dun Karm Mercieca.

Waqt il‑konferenza tal‑aħbarijiet ġie spjegat li matul ix‑xogħol ta’ restawr se titnaddaf il‑ġebla tal‑koppla u jinbidel il‑ġebel li ġarrab l‑akbar ħsara, se jitneħħa l‑membrane u jiġi rrestawrat id‑deffun, u se jiġu rrestawrati wkoll l‑aperturi tal‑injam… Kompli aqra »

L-Arċisqof juri apprezzament għall-ħidma ta’ Infrastructure Malta mal-Knisja

 L-Arċisqof Charles Jude Scicluna apprezza l-ħidma li qed issir minn Infrastructure Malta mal-Arċidjoċesi ta’ Malta permezz ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ, fosthom bit-tħawwil ta’ siġar, fi spazji oħrajn miftuħa mmexxija mill-Knisja f’diversi lokalitajiet. 

Waqt żjara fil-ġonna tad-Dar tal-Kleru f’Birkirkara, fejn qed jitħawlu 1,400 siġra minn Infrastructure Malta, l-Arċisqof sostna li s-siġar imħawlin huma pulmun ta’ arja nadifa mhux biss għas-saċerdoti anzjani residenti fid-Dar tal-Kleru iżda wkoll għar-residenti ta’ Birkirkara… Kompli aqra »

Titnieda l-ħames edizzjoni tal-Bibbja bil-Malti

L‑Għaqda Biblika Maltija nediet il‑ħames edizzjoni tal‑Bibbja bil‑Malti riveduta skont l‑aħħar studji mill‑Biblisti Maltin. Il‑Bibbja, li għandha sservi ta’ gwida għall‑formazzjoni ta’ kull Nisrani, qed tiġi ppublikata fis‑60 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Għaqda Biblika Maltija.

It‑tnedija tal‑Bibbja bil‑Malti ġiet ippreżentata lill‑Isqfijiet waqt laqgħa tal‑Konferenza Episkopali Maltija fil‑Kurja tal‑Arċisqof il‑Furjana.

Fil‑messaġġ tiegħu, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna qal li minkejja l‑messaġġ tal‑Bibbja ma jinbidilx, huwa essenzjali li minn żmien għal żmien jiġi aġġornat il‑lingwaġġ li bih tkun inkitbet sabiex nifhmu u nersqu aktar lejn il‑Kelma tal‑Mulej… Kompli aqra »

L-Iskejjel tal-Knisja jissalvagwardjaw id-dritt tal-edukazzjoni għal kulħadd

With reference to the aggressive stance taken today by the Malta Union of Teachers (MUT) against Church Schools, Church authorities: 

1. will continue to ensure that the health and safety of educators, students and staff in all Church schools remains paramount, in adherence to the guidelines issued by Public Health Authorities. 

2. remain committed to continue providing over 17,000 students with the right to their education, despite the challenging situations being faced. 

3… Kompli aqra »

Triq li se tagħmel ħerba lill-wirt naturali, tipperikola patrimonju arkitettoniku u thedded l-għajxien tal-bdiewa

Stqarrija konġunta mill-Kummissjoni Patrimonju Kulturali Kattoliku u l-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

Il‑Kummissjoni Patrimonju Kulturali Kattoliku (KPKK) u l‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) huma mħassba serjament dwar il‑proposta ta’ bini ta’ triq f’Ħad Dingli li tgħaqqad Daħla tas‑Sienja ma’ Sqaq il‑MUSEUM.

Iż‑żewġ kummissjonijiet jarawha stramba li Infrastructure Malta daħlet għal dan ix‑xogħol ftit żmien biss wara li ntemm l‑eżerċizzju ta’ konsultazzjoni pubblika dwar ir‑Rural Policy and Design Guidance 2020, li suppost hija intiża biex tgħin lill‑bdiewa fl‑attivitajiet agrikoli tagħhom… Kompli aqra »

Inħarsu l-wirt rurali tagħna u nipproteġu l-komunità tal-biedja

Sottomissjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

In its submission as part of a consultation exercise related to the draft Rural Policy and Design Guidance 2020 the Interdiocesan Environment Commission (KA) insists that the draft policy on its own is not enough to protect the countryside from undesirable development and to safeguard a thriving farming community.

In the submissions, it put forward during the 2019 consultation exercise related to the same subject[i], the KA had called for the publication of data which would help assess the outcomes of present policies that would inform in a public manner amendments to such policies… Kompli aqra »

Kappillani ġodda għall-parroċċi tal-Gżira u Ħal Għaxaq

Kappillan ġdid għall-parroċċa tal-Gżira

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Gordon Refalo bħala kappillan tal‑parroċċa tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Gżira.

Dun Gordon Refalo twieled tas‑Sliema fit‑30 ta’ Novembru 1961. Huwa rċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola ta’ St Joseph, ir‑Rabat, u fil‑Kulleġġ San Alwiġi, Birkirkara. Kompla bl‑edukazzjoni terzjarja fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta u ġie ordnat saċerdot fil‑5 ta’ Lulju 1991.

Dun Gordon serva bħala viċi kappillan fil‑parroċċa ta’ San Gejtanu, il‑Ħamrun, u wettaq ħidma pastorali fil‑parroċċa tan‑Naxxar… Kompli aqra »

Appoġġ lill-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali

Stqarrija mill-Isqfijiet ta' Malta u Għawdex għall-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali

Il‑Jum Dinji tas‑Saħħa Mentali, li jitfakkar fl‑10 ta’ Ottubru, huwa jum internazzjonali li għandu l‑għan iqajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet ta’ saħħa mentali u jixpruna sforzi li jappoġġaw is‑saħħa mentali.

Persuni li jaffaċċjaw sfidi ta’ saħħa mentali, u qrabathom, jistgħu jsibuha diffiċli ħafna. Dawn l-isfidi għadhom iġorru stigma kbira. Nies bi problemi ta’ saħħa mentali jistgħu jitqiesu bħala ta’ rieda dgħajfa, u jistgħu jaslu biex jemmnu dan huma stess… Kompli aqra »

Tisbiħ tal-ġonna fid-Dar tal-Kleru bi tħawwil ta’ 1,400 siġra

  Birkirkara

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed tikkollabora ma’ Infrastructure Malta fir‑riġenerazzjoni tal‑ġonna tad‑Dar tal‑Kleru f’Birkirkara b’xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ, u tħawwil ta’ siġar. Il‑ġonna ta’ din id‑dar, li huma mifruxa fuq 20,000 metru kwadru ta’ art, huma fost il‑ftit żoni mhux mittiefsa mill‑bini f’din il‑lokalità.

Fil‑bidu ta’ din is‑sena tħawlu 700 siġra taċ‑ċipress li se joffru kenn lil 700 siġra oħra li Infrastructure Malta qed tħawwel fuq in‑naħa ta’ ġewwa tal‑ġonna… Kompli aqra »

Ippublikata l-Ħames Edizzjoni tal-Bibbja

Edizzjoni Standard u Kompatta

L-Għaqda Biblika Maltija tixtieq tavża li l-Ħames Edizzjoni tal-Bibbja bil-Malti riveduta skont l-aħħar studji mill-Biblisti Maltin, tinsab għall-bejgħ. Il-Bibbja, li għandha sservi ta’ gwida għall-formazzjoni ta’ kull Nisrani, qed tiġi ppublikata fis-60 anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda Biblika Maltija.

Din il-ħames edizzjoni ġiet stampata fi tliet formati differenti: edizzjoni standard (€38), edizzjoni kompatta (€30) u edizzjoni speċjali (€45). Dawn jistgħu jinxtraw mill-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u t-3:30pm, bl-eċċezjoni tal-Ħamis… Kompli aqra »