Stqarrijiet għall-Istampa

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Ottubru 2020

Matul ix‑xahar ta’ Ottubru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m…
  • Kompli aqra »

Karatteristiċi ta’ skola Kattolika

Il-messaġġ tal-Isqof Joseph Galea-Curmi lill-edukaturi l-ġodda fl-iskejjel tal-Knisja

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Bi tħejjija għall‑ftuħ tas‑sena skolastika 2020‑2021, l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi ltaqa’ mal‑edukaturi l‑ġodda fl‑iskejjel tal‑Knisja waqt seminar online organizzat mis‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija. Aktar minn 150 edukatur ġdid bdew jaħdmu fl‑iskejjel tal‑Knisja f’din is‑sena skolastika l‑ġdida.

Fil-messaġġ tiegħu l-Isqof irringrazzja lill-edukaturi talli għażlu li jgħallmu fi skola tal-Knisja u stedinhom biex jieħdu dejjem bis-serjetà l-formazzjoni kontinwa (ongoing education), b’mod partikolari f’dak kollu li jiddistingwi l-iskola Kattolika u l-etos tagħha… Kompli aqra »

Regolamenti tal-2020 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi

  Sottomissjoni tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

Il-kummenti tal‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) bħala parti mill‑proċess ta’ konsultazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex, dwar il-qafas li jippermetti deroga għal riċerka fuq seba’ speċi tal-għasafar tal-għana sabiex tiġi stabbilità l-popolazzjoni ta’ referenza ta’ Malta.

Il‑kunċett wara l‑proposta

Il‑KA taqbel mal‑kunċett li n‑nassaba jkunu direttament involuti fi proġetti xjentifiċi li jkabbru l‑għarfien dwar l‑għasafar u l‑imġiba tagħhom. Jekk ippjanat u maħdum sew, dan jista’ jkun pass fid‑direzzjoni t‑tajba sabiex tinstab soluzzjoni dejjiema u sostenibbli għall‑kwistjoni tal‑insib f’pajjiżna… Kompli aqra »

Pospost il-ftuħ tal-iskejjel tal-Knisja

Stqarrija mis-Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija

Il‑Ministeru għall‑Edukazzjoni u x-Xogħol illum ħabbar li fl‑iskejjel tal‑istat, l‑edukaturi se jirritornaw fit-28 ta’ Settembru u li l‑istudenti tal‑età obbligatorja, jiġifieri studenti tal‑iskejjel primarji u sekondarji, se jirritornaw mis‑7 sal‑14 ta’ Ottubru. Is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija rċieva wkoll talba mill‑Malta Union of Teachers biex isegwi l‑istess direzzjoni.

Ġie deċiż li l‑edukaturi tal‑iskejjel tal‑Knisja jirritornaw fl‑iskola tagħhom mid‑data li diġà kienet stabbilixxiet l‑iskola. Fiż‑żmien sakemm l‑istudenti jirritornaw l‑iskola, l‑edukaturi għandhom jiffamiljariżaw ruħħom mal‑protokolli li se jintużaw u jkomplu bil preparazzjoni u t‑taħriġ tagħhom għas‑sena skolastika… Kompli aqra »

Inawgurata residenza għal ommijiet refuġjati li qed irabbu weħidhom lil uliedhom

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna inawgura r‑residenza Blessed Gerard li bdiet tilqa’ ommijiet refuġjati li qed irabbu weħidhom lil uliedhom. Il‑proġett twettaq mill‑Maltese Cross Corps u l-Malteser International tal-Ġermanja b’ħidma mal‑Kummissjoni Emigranti.

Ir‑residenza, li tinsab fi Gwardamanġa, tilqa’ fiha tliet familji li għandhom kmamar individwali u faċilitajiet oħra komuni fosthom kamra tal‑ikel, kċina u play area. L‑għan tal‑proġett hu li jipprovdi akkomodazzjoni u ħtiġijiet bażiċi oħra, u jgħinhom jintegraw u jkunu indipendenti… Kompli aqra »

Indipendenza 2020: Seba’ prinċipji għall-fejqan

Quddiesa Pontifikali f'Jum l-Indipendenza

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u niċċelebraw Jum l-Indipendenza din is-sena nifhmu Ii qegħdin niċċelebraw pass importanti fl-istorja kostituzzjonali ta’ pajjiżna – it-twelid ta’ Malta bħala pajjiż sovran immexxi mill-Maltin. Imma ma nistgħux ninsew ukoll li qegħdin niċċelebraw dan il-jum fil-kuntest tal-pandemija li laqtet lid-dinja u laqtet lilna wkoll.

Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, fil-5 ta’ Awwissu 2020, beda serje ta’ katekeżi bit-tema ‘Infejqu lid-Dinja’… Kompli aqra »

Inawgurat ir-restawr tal-knisja parrokkjali ta’ Ħal Balzan

Tlesta xogħol ta’ restawr tal‑Knisja Parrokkjali ta’ Marija Annunzjata f’Ħal Balzan, xogħol li sar b’investiment ta’ ftit aktar minn €122,000 b’kofinanzjament minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Dan il‑proġett ġie inawgurat dalgħodu mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll għall‑konferenza tal‑aħbarijiet kien hemm is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross.

Permezz ta’ dan il‑proġett li għalih ikkontribwixxa wkoll il‑poplu ta’ Ħal Balzan, twettaq xogħol ta’ restawr fuq il‑kappelluntal‑Kurċifiss, il‑ħitan tas‑sagristija minn barra, u l‑kampnar… Kompli aqra »

Clean-up tal-ambjent u tal-kuxjenza biex tassew inħarsu l-ħolqien

Stqarrija mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

Waqt attività ta’ tindif li saret dalgħodu fuq il‑Bajja tal‑Għadira, il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) qalet li ħadd ma jieħu gost jiġbor skart li ħalla ħaddieħor, u għalhekk il‑Kummissjoni tħoss li attivitajiet bħal dawn għandhom iħeġġuna biex nagħmlu eżami tal‑kuxjenza fuq il‑ħarsien tal‑ħolqien.

Iċ‑Chairperson tal‑Kummissjoni Ambjent, Mario Camenzuli, wera x‑xewqa li bis‑sehem ta’ kulħadd naslu f’sitwazzjoni fejn dawn il‑clean‑ups ma jkunx hemm għalfejn isiru… Kompli aqra »

Is-saħħa u s-sigurtà fl-iskejjel jibqgħu prijorità ewlenija

Stqarrija mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija

L‑iskejjel tal‑Knisja qed jaħdmu qatigħ sabiex jiftħu u jilqgħu lill‑istudenti u l-edukaturi f’ambjent kemm jista’ jkun sigur. Qed isir ħafna xogħol u saru ħafna spejjeż biex jinħoloq dan l‑ambjent. Barra minn hekk, l‑iskejjel tal‑Knisja għaddejjin b’diskussjonijiet kontinwi mal‑Ministeru tal‑Edukazzjoni u x‑Xogħol, u mal‑Malta Union of Teachers.

Is‑saħħa u s-sigurtà tal‑istudenti, tal‑istaff kollu u tal‑familji tagħhom, u tal‑komunità inġenerali, jibqgħu prijorità ewlenija għall‑iskejjel tal‑Knisja… Kompli aqra »

Rispett sħiħ lejn l-ugwaljanza fid-diversità

Stqarrija mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex dwar l-abbozz ta’ liġi dwar l-Ugwaljanza

Fil‑Parlament bħalissa qed jiġu diskussi żewġ abbozzi ta’ liġijiet li l‑għanijiet tagħhom huma li  pajjiżna jippromovi l‑ugwaljanza u li jaħdem biex tinqered kull forma ta’ diskriminazzjoni fis‑setturi kollha tas‑soċjetà.

Favur l‑ugwaljanza u kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni

Il‑Knisja ma tistax ma tisseħibx mal‑isforzi kollha li qed isiru biex f’pajjiżna jkun hawn ugwaljanza u tinqered kull forma ta’ diskriminazzjoni. L‑ebda persuna m’għandha tiġi diskriminata minħabba l‑kulur tal‑ġilda, in‑nazzjonalità, l‑orjentazzjoni sesswali, id‑diżabbiltà, ir‑reliġjon, l‑età, l‑opinjoni politika jew karatteristiċi oħra li jagħmluha persuna unika… Kompli aqra »