Stqarrijiet għall-Istampa

Il-festa ta’ San Ġorġ Preca u Jum l-Omm

L-Arċisqof jitlob ukoll fil-Knisja tal Madonna ta’ Pompei

  Marsaxlokk, Blata l-Bajda, il-Mellieħa

Ix-xbieha tal-Madonna tal-Mellieħa fis-Santwarju tal-Mellieħa

Illum, il‑Ġimgħa 8 ta’ Mejju 2020, festa tal‑Madonna ta’ Pompei, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali u Santwarju tal‑Madonna ta’ Pompei f’Marsaxlokk u jitlob is‑Supplika lill‑Madonna ta’ Pompei u r‑Rużarju. Din ser tixxandar fuq TVM2 fil‑5:30 p.m. u fuq il‑website tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

Għada, is‑Sibt 9 ta’ Mejju, festa ta’ San Ġorġ Preca, l‑Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa mill‑Kappella ta’ Sidtna Marija tal‑Midalja Mirakoluża, il‑Blata l‑Bajda, fejn jinsabu meqjuma l‑fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca… Kompli aqra »

Jum il-Vokazzjonijiet 2020

Għada, il‑Ħadd 3 ta’ Mejju 2020, huwa il‑Jum Dinji ta’ Talb għall‑Vokazzjonijiet. Għal din l‑okkażjoni l‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra Quddiesa bil‑Malti fid‑9:30am u Quddiesa bl‑Ingliż fis‑6:30pm, mill‑Kappella taċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet fis‑Seminarju, Tal‑Virtù.  Il‑Quddies jixxandar fuq TVM2 u Knisja.mt. Illejla wkoll, fis‑7pm se tixxandar Quddiesa għaż‑żgħażagħ bis‑sehem ta’ wieħed mis‑seminaristi li bħalissa qed jirċievu l‑formazzjoni tagħhom fis‑Seminarju tal‑Arċisqof.

Għal dan il‑jum, iċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet tas‑Seminarju pprepara filmat bit‑titlu ‘Rooted’… Kompli aqra »

Xandiriet taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Scicluna f’Mejju 2020

Matul ix‑xahar ta’ Mejju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll kull nhar ta’ Ħadd. Minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑COVID‑19 dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30am mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Ruzarju…
  • Kompli aqra »

Ħadd ma jweġġa’ f’inċident f’Dar Saura

  Dar Saura, ir-Rabat

L-amministrazzjoni tad-Djar tal-Knisja għall-anzjani tikkonferma li ħadd ma weġġa’ wara li llejla żviluppa nar żgħir f’kamra f’Dar Saura, ir-Rabat. Filwaqt li ġew imsejħa l-membri tal-protezzjoni ċivili, in-nar kien laħaq intefa minn ħaddiema tal-istess dar. Fuq il-post ġew imsejħa wkoll il-pulizija u team mediku mill-isptar Mater Dei li taw l-għajnuna meħtieġa u ċċertifikaw li ħadd ma weġġa’. Żewġ residenti, nurse u carer kellhom jingħataw l-ossiġnu minħabba d-dħaħen li belgħu.  

F’Dar Saura bħalissa jgħixu 61 resident… Kompli aqra »

Il-Bibbja bil-Malti issa fuq il-Bible app ‘YouVersion’

L‑Għaqda Biblika Maltija, li għadha kif lestiet il‑ħames edizzjoni tat‑traduzzjoni tal‑Bibbja mil‑lingwi oriġinali għall‑Malti, tħabbar li t‑test se jkun parti mill‑app tal‑Bibbja popolari YouVersion għall‑iOS u Android.

Bħala parti mis‑servizzi tagħha, YouVersion toffri mhux biss it‑traduzzjoni l‑iktar riċenti tal‑Għaqda Biblika Maltija, imma wkoll l‑opportunità ta’ talb kuljum mill‑Iskrittura, u riżorsi oħra għat‑tfal, żgħażagħ u kbar.

Il‑Bible App tal‑YouVersion, li tintuża fuq iktar minn 415 miljun smartphone, tablet u laptop, tista’ titniżżel b’xejn… Kompli aqra »

Dati ġodda għall-għażla ta’ Skola tal-Knisja

Is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija qed iħabbar dati ġodda għall‑għażla ta’ skola tal‑Knisja għas‑sena akkademika li tibda f’Settembru li ġej. L‑għażla ta’ skola se tixxandar live fuq il‑website tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta www.knisja.mt, minn ġo studio mingħajr il‑preżenza tal‑ġenituri u bl‑inqas nies possibbli, minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑coronavirus. Matul il‑proċess kollu ser ikun preżenti nutar.

Waqt il‑proċess tal‑għażla tal‑iskola, il‑ġenituri ser jiġu kkuntattjati bit‑telefown u jintalbu jagħmlu l‑għażla tagħhom… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd bl-Ingliż

Minn għada 19 ta’ April, il-Ħadd tal-Ħniena Divina, l-Arċidjoċesi ta’ Malta se tibda xxandar Quddiesa bl-Ingliż. Din l-inizjattiva qed issir b’kollaborazzjoni mal-PBS.

Il-Quddiesa se tixxandar fuq il-website tal-Arċidjoċesi ta’ Malta www.knisja.mt fl-10:30am u fuq TVM2 fis-6:30pm. L-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l-Quddiesa mill-knisja tal-Patrijiet Franġiskani, li hi dedikata lil San Franġisk, fil-Ħamrun. Il-knisja hi ċentru ta’ devozzjoni lill-Madonna tas-Sokkors.

Fil-preżent, Quddies qed jixxandar kuljum (mit-Tnejn sal-Ħadd) fid-9:30am fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mtKompli aqra »

Talba mill-Isqfijiet Maltin lill-Vatikan biex jintervjeni fir-rilokazzjoni ta’ migranti li jiġu salvati mill-baħar

Il-Konferenza Episkopali Maltija bagħtet ittra lill-Vatikan indirizzata lill-Kardinal Pietro Parolin, is-Segretarju tas-Sanata Sede, sabiex jintervjeni mal-istati l-oħra membri tal-Unjoni Ewropea u jitlobhom jappoġġjaw lil Malta billi jaċċettaw rilokament tal-migranti kollha abbord jew uħud minnhom.

Waħda mir-raġunijiet li ssemmiet kienet li l-pajjiż għadu kif daħħal 64 migrant minn fuq il-baħar bit-total għal din is-sena jitla’ għal 1,200 ruħ. Minkejja li matul is-snin sar rilokament ta’ migranti li jiddaħħlu f’Malta mill-baħar, xorta l-biċċa l-kbir jibqgħu f’pajjiżna… Kompli aqra »

Is-Seba’ Waqfiet ma’ Ġesù f’Ħamis ix-Xirka

Mument ta’ talb u riflessjoni mill-Arċisqof Charles Scicluna

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

7 Waqfiet ma' Ġesù – Ħamis ix-Xirka 2020

7 Waqfiet ma' Ġesù f'Ħamis ix-Xirka 2020, 8:30 p.m. fuq TVM2, ONE u NET TV.

Posted by Archdiocese of Malta on Wednesday, April 8, 2020

L‑Arċisqof Charles Scicluna ser imexxi mument ta’ talb u riflessjoni mill‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, bit‑tema ‘Seba’ Waqfiet ma’ Ġesù’. Dan ser jixxandar fuq l‑istazzjonijiet ewlenin tat‑televixin u fuq mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali oħra, għada, 9 ta’ April, Ħamis ix‑Xirka, fit‑8:30 p.m… Kompli aqra »

Jum id-Duluri

  Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il-Belt Valletta

Il-Kurċifiss mirakoluż

Illum, 3 ta’ April 2020, Jum id‑Duluri, fuq talba tal‑Arċisqof il‑quddies ser jixxandar mill‑Knisja ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta, fejn jinsabu meqjuma x‑xbihat devoti tal‑Kurċifiss mirakoluż u tad‑Duluri li s‑soltu toħroġ f’pellegrinaġġ mat‑toroq tal‑Belt.

Il‑Quddiesa tad‑9:30am, segwita mit‑talba tar‑Rużarju, se titmexxa mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi. Il‑Quddiesa tal‑5:30pm, li wkoll se tkun segwita mit‑talba tar‑Rużarju, se titmexxa mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna,.

L‑Insara huma mistiedna jingħaqdu fit‑talb mal‑Isqfijiet waqt il‑Quddies li ser jixxandar fuq TVM2, NET, ONE, Xejk, Knisja.mt u Newsbook.com.mtKompli aqra »