Stqarrijiet għall-Istampa

Ir-residenti f’Dar Saura se jiġu rilokati f’residenzi aħjar

Residenti f’waħda mid‑djar tal‑anzjani tal‑Knisja, Dar Saura fir‑Rabat, se jiġu rilokati f’residenzi aktar moderni biex ikollhom ambjent aħjar ta’ kura u iżjed dinjituż.

Is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi, Michael Pace Ross qal: “F’dawn l‑aħħar snin kien qed jidher biċ‑ċar li jekk ma jsirx ristrutturar maġġuri, Dar Saura mhux se tkun tista’ toffri l‑kwalità tal‑ħajja li tixraq lill‑45 resident tagħha, u għalhekk, il‑Knisja se tkun qed tipprovdi alternattivi aħjar għalihom… Kompli aqra »

Il-Papa jġedded il-kariga tal-Arċisqof Scicluna bħala Segretarju Aġġunt tad-Dikasteru għad-Duttrina tal-Fidi

Il‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku kkonferma lill‑Arċisqof Charles Scicluna bħala s‑Segretarju Aġġunt tad‑Dikasteru għad‑Duttrina tal‑Fidi għal ħames snin oħra.

Minn meta l‑Arċisqof Scicluna beda jokkupa din il‑kariga f’Novembru 2018, il‑Papa Franġisku fdah b’missjonijiet pastorali f’diversi pajjiżi fosthom iċ‑Ċilì u, reċentement, il‑Perù. L‑Arċisqof Scicluna huwa wkoll il‑President tal‑Kulleġġ tar‑Rikorsi, li jiddeċiedi każijiet ta’ appell fi ħdan id‑Dikasteru.

Id‑Dikasteru għad‑Duttrina tal‑Fidi huwa responsabbli biex jippromwovi u jħares id‑duttrina tal‑fidi u l‑morali fil‑Knisja, inkluż każijiet ta’ dixxiplina u każijiet ta’ abbuż minn saċerdoti… Kompli aqra »

Imut l-Isqof Robert Camilleri Azzopardi O.F.M.

L‑Arċisqof Charles Scicluna, l‑Isqof Anton Teuma u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi sellmu l‑ħajja ddedikata fl‑art tal‑missjoni tal‑Isqof Robert Camilleri Azzopardi O.F.M., Isqof tad‑Djoċesi ta’ Comayagua fil‑Honduras u President tal‑Konferenza Episkopali tal‑Honduras.

L‑Isqof Camilleri Azzopardi miet illum it‑Tlieta, 17 ta’ Ottubru 2023, fl‑età ta’ 72 sena.

L‑Isqof Robert Camilleri Azzopardi twieled il‑Ħamrun fl‑24 ta’ April 1951. Hu ngħaqad mal‑Ordni tal‑Franġiskani Minuri u ġie ordnat saċerdot fl‑1975 mill‑Papa Pawlu VI f’Ruma… Kompli aqra »

Talb għall-paċi, il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni

Stqarrija mill-Isqfjiet ta' Malta u Għawdex

Aħna l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed nissieħbu mal‑Patrijarka ta’ Ġerusalemm, il‑Kardinal Pierbattista Pizzaballa, li f’isem l‑Ordinarjati tal‑Art Imqaddsa għamel appell għat‑talb għal dawk kollha li qed ibatu fil‑baħar ta’ vjolenza, qerda u mibegħda fl‑Art Imqaddsa – li diġà ħalla tant vittmi.

B’mod partikolari, il‑Patrijarka ta’ Ġerusalemm għamel sejħa biex nhar it‑Tlieta, 17 ta’ Ottubru 2023, tkun ġurnata ta’ talb u sawm għall‑paċi, il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni… Kompli aqra »

Il-formazzjoni tal-Insara għad-dinja tal-lum

Korsijiet mill-Istitut ta' Formazzjoni Pastorali

Award in Creating and Animating Prayer Spaces hu wieħed mill-korsijiet offruti mill-Istitut għall-Formazzjoni Pastorali

Fl-ewwel semestru tas-sena akkademika, li jibda f’Ottubru 2023, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali ser joffri ’l fuq minn 30 kors. Dawn il-korsijiet ser jiġu offruti b’modi differenti: in-person, hybrid u online. 

Il-korsijiet offruti huma dawn: 

Nieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħna u ta’ xulxin

Stqarrija mill-Isqfjiet ta' Malta u Għawdex għall-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali 2023

Fl‑okkażjoni tal‑Jum Dinji għas‑Saħħa Mentali 2023, bit‑tema ‘Is‑saħħa mentali hija dritt universali tal‑bniedem’, aħna l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex nixtiequ nenfasizzaw kemm hu importanti li lkoll kemm aħna nieħdu ħsieb is‑saħħa mentali tagħna u tal‑oħrajn.

Niftakru, b’mod speċjali, f’dawk li għaddejjin minn problemi fis‑saħħa mentali tagħhom. Inħeġġukom bil‑ħerqa: fittxu l‑għajnuna li teħtieġu.

Nirringrazzjaw lil dawk kollha, fosthom NGOs, li qed jiddedikaw ruħhom b’impenn kbir biex joffru terapija u jagħtu risposta dinjituża fejn hemm problemi ta’ saħħa mentali… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ San Girgor f’Tas-Sliema

L‑Arċisqof Charles Scicluna qed jafda il‑ħidma pastorali tal‑parroċċa ta’ San Girgor il‑Kbir f’Tas‑Sliema, f’idejn Mons. Etienne Sciberras. Monsinjur Arċisqof jirringrazzja lil Dun Victor Scicluna tal‑ħidma tiegħu bħala kappillan f’din il‑parroċċa għal dawn l‑aħħar 12‑il sena.

Dun Etienne twieled f’Tas‑Sliema fil‑21 ta’ Frar 1969. Irċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola Immaculate Conception f’Ħal Tarxien, fis‑Seminarju Minuri f’Tal‑Virtù fir‑Rabat, u fis‑Sixth Form tal‑Kulleġġ Stella Maris fil‑Gżira. Kompla l‑istudji terzjarji fil‑Filosofija u t‑Teoloġija u ggradwa fit‑Teoloġija Pastorali mill‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta… Kompli aqra »

Open Day 2023: Skopri l-qalb tal-Knisja

Wirja awdjo-viżiva li tispjega l-episodji bibliċi mpittra fis-seklu 18 fir-Refettorju, fil-kuntest ta’ temi importanti għas-soċjetà tal-lum. Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

Nhar il‑Ħadd li ġej, 8 ta’ Ottubru 2023, il‑pubbliku huwa mistieden iżur il‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana waqt l‑attività Ġenna ta’ Ġonna. It‑tema magħżula għall‑open day ta’ din is‑sena hi “Knisja li taqdi” fejn il‑viżitaturi se jkunu jistgħu jesperjenzaw x’tagħmel il‑Knisja fil‑qasam tad‑djakonija, jiġifieri l‑ħidma tagħha mal‑persuni fil‑bżonn fis‑soċjetà tagħna… Kompli aqra »

Inawgurat il-proġett Church Trails of Malta

Ġie inawgurat iċ-Church Trails of Malta, proġett li permezz tiegħu knejjes li jinsabu f’26 lokalità madwar Malta, inġabru ġeografikament biex titjib l‑esperjenza tal‑Maltin u t‑turisti li jżurhom u jiġi apprezzat aktar il‑patrimonju kulturali Malti. Il‑knejjes u l-kappelli magħżula huma l‑istess li f’dawn l‑aħħar ħames snin għaddew minn xogħol ta’ konservazzjoni u restawr permezz ta’ fondi Ewropej, b’ħafna miż-żoni huma ddedikati lill‑Madonna u lil San Pawl… Kompli aqra »

Ħatriet ġodda: kappillan għal Pembroke, chaplain għall-Junior College u Direttur Nazzjonali tal-Abbatini

Dun Aayrton Muscat Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Pembroke

L-Arċisqof Charles Scicluna qed jafda il-ħidma pastorali tal-parroċċa ta’ Kristu Rxoxt f’Pembroke f’idejn Dun Aayrton Muscat biex ikun il-kappillan il-ġdid tagħha.

Dun Aayrton Muscat twieled fis-26 ta’ Novembru 1992. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Imtarfa, fil-Kulleġġ San Elija f’Santa Venera, fil-Junior College u l-Higher Secondary. Huwa kompla l-istudji terzjarji fil-Filosofija u t-Teoloġija fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta… Kompli aqra »