Stqarrijiet għall-Istampa

Żmien ir-Randan 2024

Għada l‑Erbgħa, 14 ta’ Frar 2024, il‑Knisja Kattolika tagħti bidu għar‑Randan Imqaddes: 40 jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑Passjoni, il‑Mewt u l‑Qawmien mill‑mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l‑quddiesa ta’ Ras ir‑Randan fil‑Knisja tal‑Immakulata Kunċizzjoni (Sarria) fil‑Furjana, li tinkludi t‑tberik u t‑tqegħid tal‑irmied. Il‑quddiesa tibda fid‑9:30am u tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, u Newsbook.com.mtKompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Scicluna fi Frar 2024

Matul ix‑xahar ta’ Frar, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑ġranet:

Il-Ħamis 1 ta’ Frar, lejlet Jum il‑Ħajja Kkonsagrata, fis‑6pm, Mons… Kompli aqra »

Applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex

Sena skolastika 2024-2025

Nhar il‑Ħamis, l‑1 ta’ Frar, se jiftħu l‑applikazzjonijiet online għal ‘Applikanti Oħra’ għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta u f’Għawdex għas‑sena skolastika l‑ġdida li tibda f’Settembru li ġej. In‑numru totali ta’ postijiet vakanti huwa ta’ 884 (794 f’Malta u 90 f’Għawdex). L‑applikazzjonijiet għall‑iskejjel f’Malta u Għawdex se jintlaqgħu bejn
l‑1 u l‑14 ta’ Frar u l‑20 u d‑29 ta’ Frar 2024.  L‑applikazzjonijiet għal każijiet ta’ ażil jiftħu f’Marzu… Kompli aqra »

Irrestawrata l-faċċata tal-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt Valletta

Wara snin ta’ xogħol metikoluż ta’ restawr, ġiet inawgurata l‑faċċata tal‑Palazz tal‑Arċisqof fil‑Belt Valletta. Dan sar b’investiment ta’ €225,000, b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑kumplament tal‑proġett sar b’fondi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Dan ix-xogħol ġie inawgurat illum mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, li huwa responsabbli mill-fondi Ewropej. Preżenti wkoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, kif ukoll ir-restawraturi u l-kuraturi tal-palazz… Kompli aqra »

Tmien rakkomandazzjonijiet għal prattiċi aktar siguri u ġusti fis-settur tal-kostruzzjoni f’Malta

The ‘Ejja Ejja’ Culture: Riċerka mill Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

  Il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi qed tipproponi tmien rakkomandazzjonijiet lill‑awtoritajiet u l‑partijiet kollha involuti fl‑industrija tal‑kostruzzjoni f’Malta sabiex dan il‑qasam ikun iktar sigur u ġust għall‑ħaddiema kollha. Il‑Kummissjoni qed tappella sabiex jittieħdu immedjatament azzjoni fuqhom għall‑ġid tal‑ħaddiem u tas‑soċjetà. Ir‑rakkomandazzjonijiet huma riżultat ta’ riċerka xjentifika li saret mill‑istess Kummissjoni dwar is‑saħħa u s‑sigurtà fl‑industrija tal‑kostruzzjoni f’Malta.

Dan il‑proġett beda aktar minn sena ilu b’reazzjoni għaż‑żieda fl‑inċidenti serji li rriżultaw fil‑mewt ta’ 25 ħaddiem tal‑kostruzzjoni bejn l‑2019 u l‑2022… Kompli aqra »

Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2024

Mill‑Ħamis 18 ta’ Jannar 2024, l‑Insara kollha madwar id‑dinja se jiċċelebraw il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara li se tintemm il-Ħamis 25 ta’ Jannar. Matul din il‑ġimgħa, il‑Knejjes differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku biex isseħħ l‑għaqda fost l‑Insara. It‑tema ta’ din is‑sena hi meħuda mill‑Evanġelju ta’ San Luqa: “Għandek tħobb il-Mulej Alla tiegħek … u lil għajrek bħalek innifsek” (10:27). Din is‑sena, it‑tema u l‑materjal ta’ talb tħejja minn grupp ekumeniku fil-Burkina Faso, pajjiż fil-qalba tal-Afrika… Kompli aqra »

Saċerdot Malti jinħatar membru ta’ kummissjoni ekumenika internazzjonali

Is-Santa Sede ħatret lil Mons. Professur Hector Scerri bħala membru tal-Kummissjoni Internazzjonali Konġunta għad-Djalogu Teoloġiku bejn il-Knisja Kattolika u l-Knisja Ortodossa. 

Mons. Hector Scerri, li għandu 58 sena, ilu Konsultur tad-Dikasteru għall-Promozzjoni tal-Għaqda fost l-Insara mill-2014. Huwa professur tat-teoloġija dommatika u tal-ekumeniżmu fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, u l-President tal-Kummissjoni Ekumenika tal-Arċidjoċesi ta’ Malta u tal-Kummissjoni Dottrinali tal-Konferenza Episkopali Maltija.

Il-Kummissjoni Internazzjonali Konġunta ilha tiltaqa’ mill-1980 sabiex iġġib ’il quddiem id-djalogu teoloġiku bejn il-Knisja Kattolika u l-Knisja Ortodossa… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Scicluna f’Jannar 2024

Koppja tingħata tifkira mill-Arċisqof Charles Scicluna wara l-quddiesa għall‑koppji li żżewġu fl‑2022 fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta

Matul ix‑xahar ta’ Jannar, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Il-ħames teżori li jfasslu s-soċjetà Maltija

Il-messaġġ tal-Milied tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-lejl qaddis tal-Milied infakkru messaġġ sabiħ li wasslu l-anġli lir-ragħajja ta’ Betlehem: “Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet, u paċi fl-art” (Lq 2:14). Paċi fl-art lill-bnedmin li Alla jħobb tassew; paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba. 

Din is-sena, aħna u nħarsu lejn l-Art Imqaddsa, nitolbu b’talba ħerqana għall-paċi u nibku eluf u eluf ta’ vittmi tal-ħruxija tal-bniedem. Donnu Erodi għadu magħna fil-qalb ta’ kull bniedem… Kompli aqra »

Inawgurat mużew ekkleżjastiku ġdid fil-Mellieħa

Illum ġie inawgurat il‑Pilgrim’s Lodge, mużew ekkleżjastiku ġdid biswit is‑Santwarju Nazzjonali tal‑Madonna tal‑Mellieħa. Dan sar b’investiment konġunt ta’ €643,000 mill‑Fondazzjoni għall‑Patrimonju Kulturali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, l‑Awtorità Maltija għat‑Turiżmu u fondi Ewropej.

Dan il‑mużew, li l‑binja tiegħu hi waħda mill‑eqdem fil‑Mellieħa, joffri tagħrif dwar l‑istorja tas‑Santwarju tal‑Mellieħa kif ukoll oġġetti devozzjonali użati mis‑santwarju matul is‑snin. Permezz ta’ dawn l‑oġġetti, kull min se jżur il‑post se jkun jista’ jesperjenza dak li għexu l‑pellegrini li matul is‑snin żaru l‑Madonna tal‑Mellieħa sabiex tinterċedi għalihom fil‑bżonnijiet tagħhom… Kompli aqra »