Stqarrijiet għall-Istampa

Ma nistgħux nagħlqu widnejna għall-karba ta’ min jitlef ħajtu fil-Mediterran – L-Isqfijiet Maltin

  • Għal darb’oħra qed nassistu, kważi bla saħħa u mingħajr wisq interess ġenerali, għal traġedja oħra ta’ persuni li mill‑kontinent Afrikan jaqsmu l‑Mediterran, ifittxu t‑tama ta’ ħajja aħjar għalihom u għall‑familji tagħhom. Din id‑darba, minkejja l‑oppożizzjoni li ltaqgħu magħha, it‑traġedja ma kinitx akbar grazzi għall‑intervent f’waqtu ta’ organizzazzjonijiet volontarji li jiddedikaw il‑mezzi u l‑ħiliet tagħhom biex jgħinu lill‑ifqar fost il‑fqar.[1] It‑traġedji tal‑foqra tad‑dinja qed isiru biss aħbar ta’ mument, li tintrema malajr fl‑iskart! …

  • Kompli aqra »

Vigarju Ġudizzjali ġdid għat-Tribunal Metropolitan ta’ Malta

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Brendan Gatt bħala Vigarju Ġudizzjali tat‑Tribunal Ekkleżjastiku tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, bid‑data effettiva tas‑7 ta’ Jannar 2018, festa ta’ San Rajmondu ta’ Peñafort, il‑qaddis patrun ta’ dawk li jagħtu servizz fil-qrati tal-Knisja.

    Dun Brendan Mark Gatt twieled fil‑25 ta’ Marzu 1978. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja u sekondarja fil‑Kulleġġ De La Salle, il‑Birgu. F’Settembru 1997 daħal is‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù, filwaqt li studja l‑Filosofija u t‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta…

  • Kompli aqra »

Ħtieġa ta’ masterplan għall-Marsa u ż-żona tal-Port il-Kbir

Stqarrija mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

  • Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tagħraf l‑opportunitajiet u, fl‑istess ħin, l‑isfidi li qed tiffaċċja ż‑żona tal‑port, l‑aktar il‑Marsa. Għaldaqstant, tissuġġerixxi li tiġi adottata viżjoni aġġornata u li jsir masterplan ibbażat fuq proċess serju ta’ konsultazzjoni pubblika għal din iż‑żona. Dan għandu jwassal lil dawn l‑inħawi biex jilħqu l‑potenzjal tagħhom b’mezzi li jkunu sostenibbli mill‑aspetti ambjentali, soċjali u ekonomiku, fl‑aħjar interess ta’ kulħadd…

  • Kompli aqra »

Malta tintagħżel biex tieħu ħsieb il-Ġimgħa Ekumenika 2020

  • Is‑Santa Sede u l‑Kunsill Ekumeniku tal‑Knejjes f’Ġinevra għażlu lil Malta biex fis‑sena 2020 tkun il‑Kapitali tal‑Ekumeniżmu, bir‑responsabbiltà li tħejji t‑tema u r‑riflessjoni għall‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara.

    Il‑President tal‑Kummissjoni Ekumenika Maltija, Dun Hector Scerri, qal li dan huwa privileġġ kif ukoll responsabbiltà kbira għaliex l‑Insara f’Malta u Għawdex ser jaqsmu l‑esperjenza tal‑vjaġġ ekumeniku tagħhom mhux biss mal‑Ewropa imma mal‑pajjiżi kollha tad‑dinja…

  • Kompli aqra »

Il-mewt ta’ tifla ta’ tmien snin f’Ħaż-Żabbar

Stqarrija mill-Kummissjoni Emigranti

  • B’referenza għal rapporti fil‑midja dwar il‑każ ta’ tifla Niġerjana ta’ tmien snin li mietet matul il‑lejl tal‑Ħadd li għadda, il‑Kummissjoni Emigranti tixtieq tiċċara li r‑residenza privata li fiha kienu jgħixu b’mod indipendenti l‑familja Niġerjana kienet mislufa lilhom mis‑Sorijiet Dumnikani fuq talba li saret fl‑2016 mill‑Aġenzija tal‑Gvern għal Ħarsien ta’ Persuni li qed Ifittxu l‑Asil (AWAS). Il‑familja Nigerjana ma kinitx taħt il‑kura ta’ entità tal‑Knisja. 

  • Kompli aqra »

Arċipriet u Kappillan ġdid għall-Parroċċi tal-Gudja u San Sebastjan f’Ħal Qormi

  • Arċipriet ġdid għall-Parroċċa tal-Gudja
  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Norman Zammit bħala l-Arċipriet tal‑Parroċċa ta’ Santa Marija, il-Gudja. 

    Dun Norman Zammit twieled fit-3 ta’ Awwissu 1973. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja taż-Żurrieq u fl-iskejjel sekondarji San Mikiel u l-Kulleġġ Monte Karmeli, Santa Venera.  Kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta…

  • Kompli aqra »

Dettalji tal-Quddiesa tal-funeral tal-Isqof Sylvester Carmel Magro O.F.M.

  • Il‑Quddiesa praesente cadavere tal‑Isqof Sylvester Carmel Magro O.F.M., ser issir nhar it‑Tnejn, 22 ta’ Jannar 2018, fl‑10:00 a.m., fil‑Katidral tal‑Imdina. Jippresiedi l‑Quddiesa l‑Arċisqof Charles J. Scicluna.

    Għada, il‑Ħadd, 21 ta’ Jannar, fit‑8:30 a.m., korteo funebri ser jitlaq mill‑Isptar Mater Dei sas‑Saqqajja, ir‑Rabat, fejn il‑Banda L’Isle Adam u l‑Banda Sliema ser jakkumpanjaw il‑korteo sal‑Kunvent tal‑Patrijiet Franġiskani Minuri, fi Triq San Pawl, ir‑Rabat…

  • Kompli aqra »

Dettalji tal-Quddiesa tal-funeral tal-Isqof Emanuel Barbara O.F.M. Cap.

  • Il‑Quddiesa presente cadavere tal‑Isqof Emanuel Barbara O.F.M. Cap., ser issir nhar is‑Sibt, 27 ta’ Jannar 2018, fis‑2:00 p.m., fil‑Katidral tal‑Imdina. Jippresiedi l-Quddiesa l-Arċisqof Charles J. Scicluna.

    Lejlet il‑funeral, il‑Ġimgħa, 26 ta’ Jannar, fis‑7:00 p.m. ser jiġi ċċelebrat l‑Għasar tal‑Mejtin fil‑Knisja tas‑Salib Imqaddes (tal‑Kapuċċini), il‑Furjana.

    L‑Isqof Emanuel Barbara, Isqof ta’ Malindi, il‑Kenja, miet fil‑5 ta’ Jannar li għadda fir‑residenza tiegħu f’Malindi…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Sylvester Carmel Magro jgħaddi għall-ħajja ta’ dejjem

  • Tħabbret il‑mewt ta’ Mons. Sylvester Carmel Magro, O.F.M., Isqof ta’ Salde u Vigarju Appostoliku ta’ Bengażi, il‑Libja, bejn l‑1997 u l‑2016. L‑Isqof Magro li huwa mir‑Rabat miet illum, is‑Sibt, 20 ta’ Jannar 2018, fis‑2:20 a.m., fl‑età ta’ 76 sena.

    Il‑Quddiesa praesente cadavere tal‑Isqof Magro ser issir nhar it‑Tnejn, 22 ta’ Jannar 2018, fil‑Katidral tal‑Imdina. Id‑dettalji tal‑funeral jitħabbru fil‑ħin li ġej…

  • Kompli aqra »

L-ewwel inawgurazzjoni tas-Sena Ġudizzjali tat-Tribunali Ekkleżjastiċi tal-Provinċja Maltija

  • It‑Tribunali tal‑Knisja tal‑Provinċja Ekkleżjastika Maltija laqgħu bil‑qalb l‑istedina tal‑Papa Franġisku sabiex ikunu dejjem iktar miftuħa għal dawk il‑membri tal‑Knisja li jixtiequ jdawlu l‑kuxjenza tagħhom imma spiss jinżammu lura mill‑istrutturi ġudizzjali tal‑Knisja minħabba bogħod fiżiku jew morali. Għal dan il‑għan, it‑Tribunali ta’ Malta u Għawdex jixtiequ jfakkru li l‑imħabba u l‑ħniena jitolbu li l‑Knisja — bħala omm twajba — trid tkun qrib dawk uliedha li jħossuhom imbegħdin minnha…

  • Kompli aqra »