Arkivji mensili: Jannar 2010

TĦEJJIJIET GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA F’MALTA

The Interdiocesan Committee organizing Pope Benedict XVI’s visit to Malta invites expressions of interest for the supply of the following services:

Any correspondence should be addressed by not later then the 16th January, 2010, to:

Kumitat Interdjocesan Zjara tal-Papa

Expression of Interest

c/o Dun Anton Portelli

Kurja tal-Arcisqof

Floriana

or: [email protected]

The area of interest should be clearly shown on any correspondence… Kompli aqra »

L-2010 GĦALL-PAPA

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI se jkun qed jiftaħ l-iskeda ta’ vjaġġi tiegħu tul l-2010 b’Malta bejn is-17 u t-18 t’April li ġej. Iż-żjara se tkun qed tfakkar l-1950 anniversarju min-nawfraġju ta’ San Pawl f’dil-gżira, li skont it-tradizzjoni,jingħad li saret fis-sena 60 wara Kristu. San Pawl kien fi triqtu lejn Ruma meta seħħ in-nawfraġju. Huwa kien milqugħ min-nies lokali u jingħad li qatta’ mat-tliet xhur jevanġelizza f’Malta, li għadha fil-maġġoranza tagħha kattolika… Kompli aqra »

APPLIKAZZJONIJIET GĦAD-DĦUL FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA

L-Applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta fil-klassijiet Kindergarten One, Kindergarten Two (Pregrade), u Year One fis-sena 2010 jistgħu jinġabru mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni, Kurja tal-Arċisqof, Floriana. Il-kriterji tal-għażla se jibqgħu kif kienu fl-aħħar snin, jiġifieri: aħwa fl-istess skola, tfal mid-Djar tal-Knisja, tlett itfal f’kull klassi fuq kriterju ta’ familja bi bżonnijiet speċjali, u l-bqija bil-polza.

Skont is-sistema li ġiet introdotta fl-1995, għal kull tifel u tifla se ssir applikazzjoni waħda biss… Kompli aqra »

SENA INTENSIVA GĦALL-PAPA BENEDITTU XVI

Pope Benedict XVI

Is-sena 2010 għandha tkun waħda mill-iktar intensivi għall-Papa Benedittu XVI, ta’ 82 sena, imbassra bħala l-iktar waħda attiva għall-Kap tal-Knisja Kattolika fl-aħħar 5 snin. Is-sena għandha tinkludi erba’ vjaġġi internazzjonali u Sinodu dwar il-Lvant Nofsani. Il-Papa se jkun qed iżur Malta, il-Portugall, Ċipru u r-Renju Unit. Huwa se jkun qed jippresiedi wkoll l-ewwel Sinodu dwar il-Lovant Nofsani. Id-diversi pellegrinaġġi fl-Italja se jkunu jinkludu wkoll ċelebrazzjonijiet li ma jkunux organizzati fit-tul… Kompli aqra »

4 – 10 ta’ Jannar

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kumitat Organizattiv tal-Festi Ċentinarji tal-Parroċċa Kristu Re, Raħal il-Ġdid.

8.00 p.m. L-Arċisqof imexxi laqgħa ta’ formazzjoni għall-membri tal-Alpha Course, l-Ibraġġ.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lill-Ġeneral tal-Karmelitani Skalzi, fil-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’programm ‘live’ fuq radju RTK… Kompli aqra »

€617,585 MIĠBURA GĦAD-DAR TAL-PROVIDENZA

€617,585 inġabru l-bieraħ waqt l-Open Day fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi organizzata minn Radju RTK biex jinġabru fondi għad-Dar. Din kienet l-ogħla somma li qatt inġabret fl-erbatax-il sena li RTK ilu jagħmel din l-Open Day, f’dawn l-ahhar snin permezz ta’ maratona televiżiva.  Minn filgħodu sa tard bil-lejl, folol kbar ta’ Maltin imlew it-tinda kbira mtella’ apposta fil-parkeġġ tad-Dar. Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, irringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem fl-organizzazzjoni ta’ l-Open Day minn Radju RTK imma l-aktar lill-poplu Malti u Għawdxi, inklużi l-emigranti Maltin li taw għotjiet permezz tal-internet, li għal darb’ohra reġa’ kien tant ġeneruż u solidali mad-Dar tal-Providenza… Kompli aqra »

L-ISQFIJIET JAGĦTU U JIRĊIEVU L-AWGURI TA’ L-EWWEL TAS-SENA

Fl-okkażjoni tal-bidu tas-Sena l-Ġdida, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, l-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca u l-Isqof Annetto Depasquale, fl-1 jum tas-sena l-ġdida 2010, laqgħu lill-awtoritajiet tal-Istat ċivili u lill-korpi kostitwiti għall-bdil tal-awguri, fil-Palazz tal-Arċisqof il-Belt.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

ECPAT EUROPE U SPOTS TELEVIŻIVI U FUQ IR-RADJU KONTRA L-ISFRUTTAR TAT-TFAL

“It-tfal mhumiex attrazzjoni turistika” – dikjarazzjoni tan-network tal-Italja, il-Ġermanja, l-Olanda, l-Awstrija u l-Estonja kontra t-turiżmu sesswali għad-detriment tal-minuri. Dan sar permezz ta’ appell imnedi minn spot pubbliċitarju trasmess u mxandar fuq għadd ta’ stazzjonijiet televiżivi u tar-radju rispettivament fl-Italja kollha.

“Hemm ħafna raġunijiet għalxiex wieħed għandu jivjaġġa lejn ir-Repubblika Domenikana, il-Kenya, Costa Rica, l-Afrika t’Isfel, l-Indja u l-Filippini”, qal l-attur Arnoldo Foa fl-ispot… Kompli aqra »

FIL-VATIKAN U LIL HINN MINNU, L-2009 KIENET SENA MILL-IKTAR IMPENJATTIVA GĦALL-PAPA

Ħarsa lura lejn l-2009, hu ferm diffiċli wieħed jimmaġina sena iktar impenjattiva għall-Papa Benedittu XVI, ta’ 82 sena. Is-sena ta’ San Pawl; is-Sena ddedikata lis-Saċerdoti; is-sena li fiha ħareġ bl-enċiklika soċjali tiegħu; is-sena li rat vjaġġ ferm importanti lejn l-Art Imqaddsa; sena li rat l-ewwel laqgħa tal-Papa mal-President Amerikan Barack Obama; sena li rat għaxar qaddisin ġodda; vjaġġ lejn l-Afrika; Sinodu Afrikan; il-Knisja fuq FACEBOOK; konċessjoni kontroversjali mogħtija lit-tradizzjonalisti kattoliċi; sena li matulha sar ukoll pass biex Anglikani jiġu integrati fi ħdan il-Knisja Kattolika…

Li tkun Papa huma ministeru vast li jingħex jum b’jum, li pero jkun programmat fit-tul… Kompli aqra »