Arkivji mensili: Marzu 2010

IL-KUNGRESS EWKARISTIKU LI JMISS GĦAL LIMA FIL-PERU

L-Arċisqof ta’ Lima ħabbar Konferenza Ewkaristika u Marjana biex tiċċelebra s-Sena ddedikata lis-Saċerdoti u l-vokazzjoni ewkaristika fis-saċerdozju. Il-Kardinal Juan Luis Cipriani Thorne, Arċisqof ta’ Lima, ħabbar l-avveniment għad-29 ta’ Mejju li ġej, li mistenni jtul sas-6 ta’ Ġunju. Huwa tkellem dwar din il-konferenza fil-kuntest tal-missjoni kontinentali imsejħa fl-2007 f’Aperecida.

“Qaddisin magħqudin fl-imħabba ma’ Kristu, xhieda ta’ Kristu, huma meħtieġa”, qal il-Kardinal waqt li ta l-aħbar… Kompli aqra »

IL-KATEKIŻMU TAL-KNISJA BIĊ-ĊINIŻ FUQ IS-SIT INTERNET TAL-VATIKAN

Is-Santa Sede żiedet fuq is-sit internet tal-Vatikan il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika biċ-Ċiniż.

Il-gazzetta semi uffiċjali tal-Vatikan, L’Osservatore Romano, irrappurtat fl-edizzjoni tagħha bit-Taljan,  li l-verżjoni online bil-lingwa Ċiniża hi issa aċċessibbli. Intqal ukoll li fix-xhur li ġejjin se jkunu aċċessibbli wkoll il-kodiċi tal-Liġi Kanonika u t-testi tal-Konċilju Vatikan II. Is-Santa Sede nidiet is-sezzjoni Ċiniża fis-sit tal-Vatikan sena ilu.

VATICAN CITY, (Zenit.org) Kompli aqra »

IĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET LITURĠIĊI TAL-ĠIMGĦA MQADDSA PRESEDUTI MILL-PAPA, ONLINE

Pope Benedict XVI

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid preseduti mill-Papa Benedittu XVI se jkunu aċċessibbli online direttament fuq l-internet. Ix-xandiriet se jingħataw fuq is-sit www.Pope2You.net sponsorjat mill-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali, bil-għan li dawk kollha li jiffrekwentaw u jippreferu li jużaw l-internet, isegwu minn madwar id-dinja kollha dak li se jkun qed isir fil-Ġimgħa Mqaddsa.

Kummentarji tul ix-xandiriet se jingħataw bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan u bl-Ispanjol… Kompli aqra »

FOLLOL KBAR JATTENDU L-PELLEGRINAĠĠ TAL-MADONNA TAD-DULURI

Nhar il-Ġimgħa, 26 ta’ Marzu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP mexxa il-pellegrinaġġ penitenzjali tar-Randan bl-istatwa tad-Duluri fil-Belt, Valletta. Il-Madonna tad-Duluri tgawdi minn devozzjoni kbira, kif jixhdu l-follol ta’ nies li attendew għal dan il-pellegriunaġġ.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

29 ta’ Marzu – 4 ta’ April

It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

6.00 p.m. L-Arċisqof imexxi il-pellegrinaġġ penitenzjali tar-Randan bl-istatwa ta’ Ġesu’  Redentur u wara jiċċelebra Quddiesa fil-Paroċċa ta’ San Gejtanu l-Hamrun.

L-Erbgħa

8.00 p.m. L-Arċisqof imexxi it-talb tal-Via Sagra, mill-Paroċċa ta’ Santa Marija sad-Dar tal-Kleru, Birkirkara… Kompli aqra »

IKTAR MINN 91 FIL-MIJA TAŻ-ŻWIĠIJIET BEJN MALTIN HUMA RELIĠJUŻI

F’kull sena mill-aħħar ħames snin, iktar minn 90 fil-mija taż-żwiġijiet fejn kemm il-mara kif ukoll ir-raġel li ssieħbu fiż-żwieġ kienu Maltin, dawn għażlu r-rit reliġjuż għaż-żwieġ tagħhom. U dan meta ma jiġux ikkunsidrati ċifri relattivi għal żwiġijiet f’Għawdex!

Dan joħroġ minn ċifri mgħoddijin lil IL-ĠENSILLUM online mir-Reġistru Pubbliku dan l-aħħar dwar żwiġijiet f’Malta fl-aħħar ħames snin.

B’kollox, fl-aħħar ħames snin f’Malta biss ġew iċċelebrati 6,613-il żwieġ b’rit reliġjuż, fejn iż-żewġ partijiet kienu Maltin, 421 żwieġ b’rit reliġjuż bejn partijiet barranin u 303 bejn parti Maltija u parti barranija… Kompli aqra »

MĦABBRA L-BANDS U L-ARTISTI LI SE JIEĦDU SEHEM FIL-LAQGĦA TAL-PAPA MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Nhar il-Ġimgħa, 26 ta’ Marzu, 2010, waqt konferenza stampa li ġiet mogħtija ġewwa l-MCAST, Raħal Ġdid, tħabbru l-bands, kantanti u żeffiena li se jieħdu sehem fil-laqgħa tal-Papa Benedittu XVI maż–żgħażagħ, nhar it-18 ta’ April. Il-kunċert mal-Papa jibda’ fis 2.15pm u dawk li ġew magħżula se jkollhom l-opportunita’ juru t-talenti tagħhom fuq skala internazzjonali.

Mit-18-il band li applikaw mal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) sabiex jieħdu sehem, ġew magħżula 10… Kompli aqra »

Riflessjoni għal Jum id-Duluri

O Marija, Omm wisq maħbuba tagħna,

int li toqgħod qrib is-slaleb tagħna

bħalma bqajt ħdejn is-salib ta’ Ġesù,

qawwi l-fidi tagħna sabiex, anki jekk mifluġa bid-dulur,

inżommu fissa l-ħarsa tagħna fuq il-wiċċ ta’ Kristu

li fih, fit-tbatija estrema tas-salib,

dehret l-imħabba kbira u safja ta’ Alla.

Omm tat-tama tagħna, agħtina l-għajnejn tiegħek biex,

lil hinn mit-tbatija u l-mewt, naraw id-dawl tal-qawmien;

agħtina l-qalb tiegħek biex inkomplu,

anki fil-mument tal-prova, inħobbu u naqdu… Kompli aqra »

CARITAS MALTA TIĠBOR €270,391 GĦALL-VITTMI TA’ ĦAITI

L-ammont miġbur minn Caritas Malta għal dawk milquta mit-terremot f’Haiti laħaq €270,391. Dwar din is-somma, Caritas Malta qalet li l-poplu Malti qatt ma jieqaf jissorprendi fil-ġenerożita tiegħu. Il-ġabra għall-fondi issa ngħalqet b’dan l-ammont jiġi trasferit  lill-Caritas Internationalis. Aktar informazzjoni dwar il-missjoni ta’ din l-organizzazzjoni ġewwa Haiti jinstab fuq is-sit www.caritas.org

Il-ġbir ta’ fondi beda fl-14 ta’ Jannar, 2010, wara t-terremoti li seħħ fit-12 ta’ Jannar… Kompli aqra »

IL-PRESIDENT TA’ MALTA F’INTERVISTA MAL-AĠENZIJA TAL-AĦBARIJIET ZENIT

Dr George Abela

Il-President ta’ Malta George Abela qal li ż-żjara tal-Papa Benedittu XVI bejn is-17 u t-18 ta’ April li ġej f’Malta qed tispira ħafna tamiet fost il-poplu Malti. Il-President Abela qal dan f’intervista mal-Aġenzija tal-Aħbarijiet Kattolika ZENIT. Huwa tkellem dwar il-vjaġġ li l-Papa se jagħmel f’Malta biex ifakkar l-1950 anniversarju min-nawfraġju ta’ San Pawl. Fl-intervista huwa ddiskuta wkoll l-għeruq insara ta’ Malta u l-Ewropa in ġenerali, il-problema tal-Immigrazzjoni, is-sentenza tal-Qorti dwar il-kurċifisi fl-iskejjel u kwistjonijiet oħra li ffaċċjat Malta, pajjiż b’maġġoranza kattolika… Kompli aqra »