Arkivji mensili: Marzu 2010

IL-KUNGRESS EWKARISTIKU LI JMISS GĦAL LIMA FIL-PERU

L-Arċisqof ta’ Lima ħabbar Konferenza Ewkaristika u Marjana biex tiċċelebra s-Sena ddedikata lis-Saċerdoti u l-vokazzjoni ewkaristika fis-saċerdozju. Il-Kardinal Juan Luis Cipriani Thorne, Arċisqof ta’ Lima, ħabbar l-avveniment għad-29 ta’ Mejju li ġej, li mistenni jtul sas-6 ta’ Ġunju. Huwa tkellem dwar din il-konferenza fil-kuntest tal-missjoni kontinentali imsejħa fl-2007 f’Aperecida.

“Qaddisin magħqudin fl-imħabba ma’ Kristu, xhieda ta’ Kristu, huma meħtieġa”, qal il-Kardinal waqt li ta l-aħbar… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 31 ta’ Marzu

Mattew 26,14-25

Mbagħad wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom: “Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?” U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas. Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f’idejhom. Fl-ewwel jum ta’ l-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: “Fejn tridna nħejjulek l-ikla ta’ l-Għid?” U hu qalilhom: “Morru l-belt għand it-tali, u għidulu, ‘Qallek l-Imgħallem: Is-siegħa tiegħi waslet; jien se nagħmel l-ikla ta’ l-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi.’ ” Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla ta’ l-Għid… Kompli aqra »

IL-KATEKIŻMU TAL-KNISJA BIĊ-ĊINIŻ FUQ IS-SIT INTERNET TAL-VATIKAN

Is-Santa Sede żiedet fuq is-sit internet tal-Vatikan il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika biċ-Ċiniż.

Il-gazzetta semi uffiċjali tal-Vatikan, L’Osservatore Romano, irrappurtat fl-edizzjoni tagħha bit-Taljan,  li l-verżjoni online bil-lingwa Ċiniża hi issa aċċessibbli. Intqal ukoll li fix-xhur li ġejjin se jkunu aċċessibbli wkoll il-kodiċi tal-Liġi Kanonika u t-testi tal-Konċilju Vatikan II. Is-Santa Sede nidiet is-sezzjoni Ċiniża fis-sit tal-Vatikan sena ilu.

VATICAN CITY, (Zenit.org) Kompli aqra »

L’Evanġelu tal-Jum- 30 ta’ Marzu

Ġwanni 13, 21-33, 36-38

Wara li qal dan, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: “Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini?” Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk. Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b’rasu ma’ sider Ġesù. Xmun Pietru għamillu sinjal u staqsieh: “Għal min qiegħed jgħid?” Dak, kif kien mimdud hekk fuq sider Ġesù, staqsieh: “Min hu, Mulej?” Wieġbu Ġesù: “Dak li għalih se nbill din il-loqma ħobż fil-platt u nagħtihielu.” Mbagħad bill biċċa ħobż, u qabad u taha lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota… Kompli aqra »

IĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET LITURĠIĊI TAL-ĠIMGĦA MQADDSA PRESEDUTI MILL-PAPA, ONLINE

Pope Benedict XVI

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid preseduti mill-Papa Benedittu XVI se jkunu aċċessibbli online direttament fuq l-internet. Ix-xandiriet se jingħataw fuq is-sit www.Pope2You.net sponsorjat mill-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali, bil-għan li dawk kollha li jiffrekwentaw u jippreferu li jużaw l-internet, isegwu minn madwar id-dinja kollha dak li se jkun qed isir fil-Ġimgħa Mqaddsa.

Kummentarji tul ix-xandiriet se jingħataw bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan u bl-Ispanjol… Kompli aqra »

L’Evanġelu tal-Jum- 29 ta’ Marzu

Ġwanni 12,1-11

Sitt ijiem qabel il-festa ta’ l-Għid Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet. Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma’ Ġesù. Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur, tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, mbagħad ixxuttathomlu b’xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ. Ġuda l-Iskarjota, wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li kien se jittradih, qal:”Din il-fwieħa għax ma nbigħetx tliet mitt dinar biex jingħataw lill-foqra?” Issa dan qalu mhux għax kien jimpurtah mill-foqra, imma għax kien ħalliel, u, billi hu kien il-kaxxier, kien jisraq kull ma kienu jaqilgħu… Kompli aqra »

FOLLOL KBAR JATTENDU L-PELLEGRINAĠĠ TAL-MADONNA TAD-DULURI

Nhar il-Ġimgħa, 26 ta’ Marzu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP mexxa il-pellegrinaġġ penitenzjali tar-Randan bl-istatwa tad-Duluri fil-Belt, Valletta. Il-Madonna tad-Duluri tgawdi minn devozzjoni kbira, kif jixhdu l-follol ta’ nies li attendew għal dan il-pellegriunaġġ.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

29 ta’ Marzu – 4 ta’ April

It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

6.00 p.m. L-Arċisqof imexxi il-pellegrinaġġ penitenzjali tar-Randan bl-istatwa ta’ Ġesu’  Redentur u wara jiċċelebra Quddiesa fil-Paroċċa ta’ San Gejtanu l-Hamrun.

L-Erbgħa

8.00 p.m. L-Arċisqof imexxi it-talb tal-Via Sagra, mill-Paroċċa ta’ Santa Marija sad-Dar tal-Kleru, Birkirkara… Kompli aqra »

IKTAR MINN 91 FIL-MIJA TAŻ-ŻWIĠIJIET BEJN MALTIN HUMA RELIĠJUŻI

F’kull sena mill-aħħar ħames snin, iktar minn 90 fil-mija taż-żwiġijiet fejn kemm il-mara kif ukoll ir-raġel li ssieħbu fiż-żwieġ kienu Maltin, dawn għażlu r-rit reliġjuż għaż-żwieġ tagħhom. U dan meta ma jiġux ikkunsidrati ċifri relattivi għal żwiġijiet f’Għawdex!

Dan joħroġ minn ċifri mgħoddijin lil IL-ĠENSILLUM online mir-Reġistru Pubbliku dan l-aħħar dwar żwiġijiet f’Malta fl-aħħar ħames snin.

B’kollox, fl-aħħar ħames snin f’Malta biss ġew iċċelebrati 6,613-il żwieġ b’rit reliġjuż, fejn iż-żewġ partijiet kienu Maltin, 421 żwieġ b’rit reliġjuż bejn partijiet barranin u 303 bejn parti Maltija u parti barranija… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum-28 ta’ Marzu

Luqa 22,14-23,56

Meta sar il-ħin, qagħad fuq il-mejda flimkien ma’ l-appostli. U Ġesù qalilhom: “Kelli xewqa kbira li nagħmel din l-ikla ta’ l-Għid magħkom qabel ma nbati! Għaliex, ngħidilkom, din l-ikla m’iniex se nagħmilha iżjed sa ma tkun seħħet għalkollox fis-Saltna ta’ Alla.” U qabad kalċi, radd il-ħajr u qal: “Ħudu dan il-kalċi u aqsmuh bejnietkom. Għaliex, ngħidilkom, minn issa  ‘l quddiem ma nixrobx iżjed mill-frott tad-dielja sa ma tiġi s-Saltna ta’ Alla.” Mbagħad ħa l-ħobż, radd il-ħajr, qasmu, newwilhulhom u qal: “Dan hu ġismi li jingħata għalikom; agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” Hekk ukoll wara l-ikla ħa l-kalċi u qal: “Dan il-kalċi huwa l-Patt il-Ġdid b’demmi, id-demm li jixxerred għalikom… Kompli aqra »