Arkivji mensili: Mejju 2010

SEMINAR MIS-SEGRETARJAT ĦAJJA U ĦIDMA FIL-PARROĊĊI

Nhar is-Sibt, 29 ta’ Mejju, 2010, is-Segretarjat Ħajja u Ħidma fil-Parroċċa flimkien mal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. organizzaw Seminar ta’ Formazzjoni għall-Moderaturi tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali tas-sebgħin Parroċċa f’Malta kif ukoll għall-Moderaturi tal-Unitajiet Parrokkjali.  Dan is-Seminar sar fir-residenza tal-Arċisqof, Ħ’Attard.

Matul din is-sena, dan is-Segretarjat qed jitfa’ l-attenzjoni tiegħu b’mod partikulari fuq il-ħidma tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, kif ukoll fuq ir-rwol importanti li għandu kull Moderatur fil-ħidma pastorali tal-Parroċċa… Kompli aqra »

31 ta’ Mejju – 6 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’recording ta’ programm tar-radju, fuq l-istazzjon Radju Malta.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi kors ta’ Aġġornament għall-Kleru fis-Seminarju f’Tal Virtu’.

4.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fi programm tar-radju fuq l-istazzjoni RTK .

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Festa tal-Qalb ta’ Ġesu, u f’għeluq l-ewwel ċentinarju tal-kappella fir-residenza San Vincenz de Paule… Kompli aqra »

IL-PAPA JEŻORTA DWAR IL-ĦIDMA TAL-KNISJA F’ISEM ALLA TRINITA

Pope Benedict XVI

62/A, 627). Invocando la Beata Vergine Maria, prima creatura pienamente inabitata dalla Santissima Trinità, domandiamo la sua protezione per proseguire bene il nostro pellegrinaggio terreno.

Il-Papa Benedittu XVI qal li fis-sinjal tas-salib u f’isem Alla l-Ħaj wieħed isib il-mezz biex jikber fil-fidi tiegħu u jsib ukoll ispirazzjoni għall-ħajja tiegħu tat-talb. Fil-messaġġ qabel it-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, Benedittu XVI eżorta lill-insara sabiex ikunu fidili lejn il-kuxjenza tagħhom… Kompli aqra »

SEMINAR: L-EFFETTI TAL-FAQAR FUQ IL-FAMILJA

L-Arċisqof Pawlu Cremona qal li l-Arċidjoċesi ta’ Malta għandha sehem importanti fil-proċess li jħares mill-qrib u jaġixxi quddiem l-uġigħ ta’ min qed ibati, inkluż mill-faqar. Fi kliemu, la f’Malta jeżisti l-faqar, jeżistu l-fqar. Fl-okkażjoni tas-Sena Ewropea ddedikata għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, kien organizzat seminar mill-Aġenzija Caritas flimkien mal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tad-djoċesi u l-Provinċja Agostinjana f’Malta. Is-seminar iffoka fuq l-effetti tal-faqar fuq il-familja, anki bħala parti mill-kampanja ILQA’ L-ISFIDA…ĠIB IL-FAQAR FIX-XEJN… Kompli aqra »

L-ARĊIDJOĊESI TA’ SYDNEY TINGĦAQAD MAL-ISQFIJIET INGLIŻI FI KRITIKA KONTRA REKLAM TELEVIŻIV GĦALL-ABORT

Abortion

L-Arċidjoċesi ta’ Sydney fl-Awstralja qed tappoġġja lill-Isqfijiet Ingliżi fi kritika iebsa għal riklam televiżiv minn kumpanija li tipprovdi l-abort, riklam li kien trasmess dil-ġimgħa fir-Renju Unit. L-avviz kummerċjali, produzzjoni ta’ Marie Stopes International, li hi waħda mill-ikbar kumpaniji li tipprovdi l-abort fir-Renju Unit, qed tistaqsi l-mistoqsija…”Tinsab tard? – Jekk il-period għadu ma ġiekx, jista’ jkun li tqila. Jekk tqila u ma tafx x’se tagħmel, Marie Stopes International tista’ tgħinek”… Kompli aqra »

ĊENTRU TA’ TEOLOĠIJA KATTOLIKA SE JIFTAĦ F’HAMBURG

Hamburg University

Rapporti tal-Vatikan qalu li l-Universita ta’ Hamburg qed tħejji għat-tnedija ta’ ċentru ġdid ta’ Teoloġija Kattolika u pedagoġija tar-reliġjon. L-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan irrapporta li fit-18 ta’ dax-xahar, is-Santa Sede u l-belt ta’ Hamburg fil-Ġermanja “ffirmaw ftehim dwar il-ħolqien ta’ dan iċ-Ċentru”. L-Universita ta’ Hamburg għandha Ċentru simili għat-teoloġija protestanta fuq il-kampus.

L-Arċidjoċesi ta’ Hamburg irrappurtat li l-inizjattiva għandha bħala għan li tiżviluppa t-Teoloġija Kattolika fi djalogu ma’ xjenzi oħra, u aspett partikolari taċ-Ċentru se jkun li jippromwovi id-djalogu bejn il-Knisja u l-Istat dwar it-tagħlim tar-Reliġjon u x-Xjenza… Kompli aqra »

KOMPETIZZJONI GĦAT-TFAL DWAR IŻ-ŻJARA TAL-PAPA: AKTAR MINN 500 PARTEĊIPANT

It-Tlieta, 25 ta’ Mejju, 2010, il-Kummissjoni Djoċesana Tfal organizzat attivita’ li fiha l-Arċisqof ta’ Malta, Pawlu Cremona, qassam numru ta’ rigali lir-rebbieħa ta’ kompetizzjoni li kienet marbuta maż-żjara f’Malta tal-Papa Benedittu XVI.  Tfal minn 6 sa 12-il sena pparteċipaw f’din il-kompetizzjoni ta’ tpinġija, e-cards u kitba.  Waqt din l-attivita’ ntweriet preżentazzjoni awdjo-viziva li fiha qsamna ħsibijiet u mumenti sbiħ mill-merħba li taw it-tfal lill-Papa Benedittu XVI fi Pjazza San Ġorġ… Kompli aqra »

IR-RELAZZJONIJIET BEJN IS-SANTA SEDE U ISRAEL FIT-TRIQ IT-TAJBA

Israel

Ir-relazzjonijiet bejn is-Santa Sede u Israel ikomplu jieħdu xejra pożittiva fl-aħħar jiem wara laqgħa oħra tal-kummissjoni bilaterali deskritta bħala suċċess.

Il-Kummissjoni bilaterali ta’ ħidma permanenti bejn is-Sanata Sede u l-Istat ta’ Israel iltaqgħet il-Ħamis li għadda “sabiex tkompli negozjati marbuta ma’ Artiklu 10 § 2 tal-Ftehim Fundamentali”, qal komunikat tal-Vatikan.

Il-Ftehim Fundamentali kien iffirmat fit-30 ta’ Diċembru 1993 u kien jistabbilixxi relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ entitajiet… Kompli aqra »

INAWGURATA L-ISTATWA ‘MATER DEI’

It-Tlieta, 25 ta’ Mejju, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. bierek l-istatwa ta’ ‘Omm Alla’, li tinsab quddiem id-daħla prinċipali tal-Isptar Mater Dei. L-istatwa ġiet inawgurata mill-Ministru tas-Saħħa, Joe Cassar. L-istatwa tirrappreżenta lill-Madonna b’espressjoni ta’ dieqa f’wiċċa, b’turija li qeda taqsam kompassjoni mal-marid waqt li b’ideja qeda tbierek lill-ħaddiema, il-morda u l-familjari tagħom huma u deħlin fl-isptar. Filwaqt li binha Ġesu b’idejh miftuha qiegħed jilqa’ fi ħdanu lil dawk kollha batuti, fid-daħla ta’ l-isptar… Kompli aqra »

AZZJONI KATTOLIKA BI TĦEJJIJA GĦALL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

WYD 2011

Wara l-festa ta’ Pentekoste l-Ħadd li għadda, iż-żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika bdew tħejjija spiritwali fi tliet stadji għall-Jum Dinji taż-żgħażagħ f’ Madrid fl-2011.

“Huwa l-mument li nibdew pellegrinaġġ spiritwali bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Madrid, billi nippreparaw qalbna u moħħna”, qalet Chiara Finocchietti, Viċi President tal-fergħa Taljana taż-żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika. “Fiċ-ċentru ta’ din il-mixja inpoġġu t-talb u l-appoġġ lill-qaddisin”.

Mexxejja tal-Azzjoni Kattolika qed jipproponu pellegrinagg spiritwali lejn dawk il-pajjiżi fejn il-grupp huwa attiv… Kompli aqra »