Arkivji mensili: Mejju 2011

GĦAJN T’EVANĠELIZZAZZJONI: IL-VJAĠĠ TAL-PAPA LEJN IL-KROAZJA JENFASIZZA L-FAMILJA

Families in Croatia

Il-vjaġġ tal-Papa Benedittu XVI lejn Zagreb fil-Kroazja bejn l-4 u l-5 ta’ Ġunju li ġej se tkun qed tiffoka fuq il-familja, lejn binja ta’ komunita b’valuri nsara. F’dan id-dsatax il-vjaġġ Papali, it-tlettax-il wieħed fl-Ewropa, Benedittu XVI, li għandu 84 sena, se jkun qed jissottolinea l-importanza li dejjem jaċċenna għaliha għall-għarfien tal-għeruq insara tal-Ewropa. Anki jekk il-Kroazja hi pajjiż fil-maġġoranza tiegħu kattoliku, hija għaddiet minn esperjenzi li kienu ta’ test għall-fidi tan-nazzjon, fost l-oħrajn iż-żewġ gwerer dinjija, l-invażjoni tan-Nażi u t-tmexxija komunista tar-Repubblika Federali Soċjalista tal-Yugoslavja… Kompli aqra »

ERBA’ PARROĊĊI JFAKKRU S-SENA TAL-VOLONTARJAT FID-DAR TAL-PROVIDENZA

Il-parroċċi tal-Għargħur, Mġarr, Mosta u Naxxar, iktar kmieni dan ix-xahar fakkru s-Sena tal-Volontarjat permezz ta’ ċelebrazzjoni fid-Dar tal-Providenza u ħadu din l-okkażjoni biex jagħtu donazzjoni lil din l-opra karitattevoli tal-Knisja f’Malta.

F’kummenti lil IL-ĠENSillum online, Victor Formosa, il-kelliemi għal din id-Dar, fisser li f’attività sempliċi imma “sinjifikattiva”, madwar 200 ruħ minn dawn l-erba’ parroċċi li jiffurmaw l-Unità numru 7 ngħaqdu mal-Arċiprieti u l-Kappillani tagħhom fid-Dar tal-Providenza biex ifakkru s-Sena Ewropea tal-Volontarjat… Kompli aqra »

PROGRAMMI SOĊJO-RELIĠJUŻI

SEJJAĦTLI – IL-ĦAMIS 2 TA’ ĠUNJU – FID 9.00PM  fuq FAVOURITE TV –  b’REPETIZZJONI L-ĦADD FL-4.00PM

Tema: Il-Ġurnaliżmu u l-Media

Preżentazzjoni: Joyce Cassar bil-parteċipazzjoni ta’ Fr Rene’ Camilleri, il-mistieden residenti ta’ kull ġimgħa.

Infomazzjoni:  Din il-ġimgħa ser jiddiskutu r-risponsabbilta’ tal-ġurnalist, tax-xandar li jwassal l-aħbar kif inhi, bil-verita kollha meħtieġa biex ikun hemm ġustizzja lejn il-persuni li jkunu qed jissemmew.   … Kompli aqra »

30 ta’ Mejju – 5 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fil-kors tal-Aġġornament għall-kleru li se jsir fis-Seminarju.

L-Erbgħa

8.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’programm televiżiv fuq TVM.

9.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fit-tieni sessjoni tal-kors tal-Aġġornament għall-kleru li se jsir fis-Seminarju.

6.00 p.m… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ISQFIJIET WARA R-REFERENDUM DWAR ID-DIVORZJU

Għadna kemm għaddejna mir-Referendum Konsultattiv dwar id-dħul tad-Divorzju f’pajjiżna. Aħna qed nippubblikaw din in-nota qabel ma sirna nafu r-riżultat tar-referendum. Xtaqna li din ir-riflessjoni tagħna tkun indipendenti mir-riżultat. Din id-darba, dan ir-riżultat tar-Referendum mhux il-għan li rridu nilħqu, iżda l-punt ta’ tluq ta’ sforz kbir u nvestiment tal-Knisja u tal-pajjiż tagħna favur iż-żwieġ u l-familja.

Dak li għaddejna minnu f’dawn il-ġimgħat kien mument fil-proċess demokratiku, li fih rajna ġustament idejat differenti fuq dak li wieħed jaħseb li hu l-aħjar għall-familja f’pajjiżna… Kompli aqra »

Sinjal Divin ta’ Kontradizzjoni

It was Our Lady, along with St Joseph, who first heard the words uttered by Simeon the prophet when they went to present the child Jesus at the Temple. Simeon told them that the child Jesus was “destined to be a sign of contradiction” (Lk 2, 35).

This is already an indication of the burden that the child Jesus had to carry… Kompli aqra »

KAPPILLAN ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TAS-SLIEMA

Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. innomina lil Patri Richard Stanely Grech ofm bħala Kappillan tal-Parroċċa Madonna tas-Sacro Cuor, Sliema.

Patri Richard twieled nhar it-28 ta’ Ottubru 1955 minn Pawlu u Mary nee Vella. Daħal mal-Patrijiet Franġiskani Minuri u beda n-novizzjat fit-22 t’Ottubru 1972 fil-kunvent ta’ Sant’Antnin ġewwa Għawdex. Għamel l-istudji tiegħu fl-Istitut Filosofiku u Teoloġiku tal-Patrijiet Franġiskani Minuri ġewwa r-Rabat u fl-Istitut Internazzjonali San Salvatur f’Ġerusalemm.  … Kompli aqra »

LAQGĦA DINJIJA TAL-FAMILJI 2012 SE TĦARES MILL-QRIB LEJN IL-FAMILJA, IX-XOGĦOL U L-ĦIN ĦIELES

“Il-Kattoliċi, bħal kulħadd, jiffaċċjaw ta’ sikwit l-isfida biex jibbilanċjaw il-ħtiġijiet tal-familja, l-esiġenzi tax-xogħol u l-ħin ħieles. Fl-istess waqt għandhom l-obbligu li  juru lil ħaddieħor l-ispirtu nisrani lejn it-tliet elementi.”

Dan qalu il-Kardinal Dionigi Tettamanzi ta’ Milan f’konferenza tal-aħbarijiet fil-Vatikan b’diskussjoni tal-pjani għal-Laqgħa Dinjija tal-Familja 2012.

“Il-fatt li aħna kattoliċi jagħti mod uniku u oriġinali ta’ kif wieħed jgħix l-isfidi li qed tiffaċċja  kull familja”, kompla… Kompli aqra »

PROGRAMMI SOĊJO-RELIĠJUŻI

SEJJAĦTLI – fuq Favourite TV nhar il-Ħamis 26 ta’ Mejju 2011 fid-9.00pm b’repetizzjoni l- repetizzjoni l-Ħadd fl-4.00pm

Tema: Il-Proġett ta’ Envanġelizzazzjoni Ġdida

Preżentazzjoni: Joyce Cassar bil-parteċipazzjoni ta’ Fr Rene’ Camilleri, il-mistieden residenti ta’ kull ġimgħa.

Infomazzjoni:  din il-ġimgħa ser jiddiskutu “l-Proġett ta’ Evanġelizzazzjoni Ġdida” li tant jitkellem dwarha il-Papa Benedittu XVI.  … Kompli aqra »