Arkivji mensili: Lulju 2011

TFITTEX LIL WIĊĊ ĠESU’ BILLI JKOLLOK RELAZZJONI INTIMA MIEGĦU

Fil-programm ta din il-gimgħa ser jiġi diskuss kif nistaw nibnu relazzjoni intima ma Ġesu’.Naraw kemm iħobbna u kemm insibu għajnuna meta aħna nafdaw kompletament fiH. Fr Nichalas ser jiddiskuti ma’ Ian fuq id-dixxerniment… kelma tqila li forsi mhux kullħadd jifhem x’hini.  L-Arċisqof flimkien ma Paul Jnr u żagħżagħ oħra, ser iwiegeb għal xi mistoqsijiet li jittrattaw fuq il-Vanġelu tal-Ħadd… Kompli aqra »

KDZ tippreżenta Memorandum lill-President Abela

Il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju – Il-President George Abela ġie ppreżentat bil-Memorandum Uffiċjali tal-Young People’s Forum 2010/2011. Id-dokument jiġbor l-opinjonijiet immeddjati taż-żgħażagħ dwar is-social media u l-impatt li qiegħed ikollhom fuq l-individwi u fuq is-soċjetà. Il-Memorandum kien, aktar kmieni f’Lulju, ippreżentat ukoll lill-Arċisqof Paul Cremona.

Il-Forum huwa eżerċizzju ta’ diskussjoni li jwassal il-vuċijiet taż-żgħażagħ lill-persuni b’responsabbiltajiet ewlenin kemm fil-Knisja kif ukoll fis-socjetà… Kompli aqra »

“WARRBU L-MIBGĦEDA” – IL-PAPA

Pope Benedict XVI

Wara t-talba tal-Angelus fir-residenza tiegħu tas-sajf Castel Gandolfo, il-Papa Benedittu XVI rrefera direttament għall-attakk terroristiku fin-Norveġja, li ħa l-ħajja ta’ kważi mitt ruħ, u qal, “Sfortunatament, reġgħet tfaċċat aħbar ta’ vjolenza u mewt”. Huwa esprima kliem ta’sogħba u wassal l-appell tiegħu lil kulħadd sabiex “jitwarrab għal dejjem is-sens ta’ mibgħeda u wieħed jaħrab mil-loġika tal-ħażen”.

Qabel l-Angelus,il-Papa Benedittu XVI irrifletta fuq l-importanza tal-kuxjenza li tevita l-ħażin u tagħmel it-tajjeb… Kompli aqra »

25 – 31 ta’ Ġunju

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

5.10 a.m. L-Arċisqof jasal lura Malta minn pellegrinaġġ f’Lourdes.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-10 Anniversarju tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-KonKatidral, il-Belt Valletta.

Il-Ħamis

10.30 a.m. L-Arċisqof iżur id-Day Centre ta’ tas-Sliema.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kumitat Finanzjarju Djoċesan.

Il-Ġimgħa

10.00 a.m… Kompli aqra »

JIBDA X-XOGĦOL FUQ L-EWWEL FAŻI TAL-MUŻEW TAL-MIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Emigranti nkarigat lill-Grupp Exalta biex fil-ġimgħat li ġejjin jibda x-xogħol fuq l-ewwel fażi tal-Mużew Diġitali tal-Migrazzjoni, li se jsir f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta.

Il-ftehim kien ffirmat f’Dar l-Emigrant minn Mons Philip Calleja u Dun Alfred Vella għall-Kummissjoni Emigranti, u Ryan Mallia f’isem l-Exalta.

L-ewwel fażi tal-proġett se tiffoka fuq is-Sala Ċentrali tal-Mużew. Fil-bidu se jsir ix-xogħol strutturali meħtieġ biex is-sala tiġi mħejjija għall-iskop il-ġdid fl-użu tagħha… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IMEXXI PELLEGRINAĠĠ F’LOURDES

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħalla Malta l-Ħamis filgħaxija,  21 ta’ Lulju 2011,  għal Lourdes fejn qiegħed imexxi pellegrinaġġ għall-morda organiżżat mill-Għaqda għat-Trasport tal-Morda. L-Arċisqof jinsab akkumpanjat minn Mons. Annetto Depasquale, Vigarju Ġenerali u mill-Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieca. Għal dan il-pellegrinaġġ qed jattendu 130 ruħ bejn morda, voluntiera u pellegrini. Huma jaslu lura Malta nhar l-Erbgha 27 ta’ Lulju, 2011. Kompli aqra »

IL-JIEM TA’ ĊELEBRAZZJONI DINJIJA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ – BIDLA FIL-ĦAJJA

WYD2011

Disgħa minn kull għaxar persuni intervistati minn Istitut Spanjol tar-Riċerka, jikkunsidraw il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ bħala “esperjenza li ġġib bidla f’ħajjithom”.  Il- Gabinete de Análisis Demoscópico,jew l-Uffiċċju li janalizza l-opinjoni pubblika, magħruf bħala l-GAD, intervista mal-1800 persuna żagħżugħa minn madwar id-dinja kollha, li lkoll isegwu l-aħbarijiet marbuta mal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-proġett hu mmexxi mis-Soċjologu Gonzalo  González Sanz. Ir-riżultati huma ta’ żewġ nature…fuq naħa waħda, analiżi ir-raġunijiet taż-żgħażagħ li jagħżlu li jipparteċipaw fiċ-ċelebrazzjonijiettal-Jum Dinji ddedikat lilhom; u fuq in-naħa l-oħra, l-aspettattivi li l-istess parteċipazzjonitagħhom tiġġenera… Kompli aqra »

AĠĠORNAMENT: TISLIMA LIL TEKLEAB HAILE

It-Taqsima Refuġjati tal-Kummissjoni Emigranti ssellem mill-qalb lil Ashih TEKLEAB HAILE, refuġjat mill-Eritrea li ħarab minn artu biex isalva ħajtu u li miet Malta l-bieraħ, 20 ta’ Lulju 2011, wara li salva wieħed Franciz mill-għarqa.

Tekleab ta’ 32 sena hu miżżewweġ lil Selemawit Hagus Belay. Huma ltaqgħu u żżewwġu s-Sudan fl-2006 u waslu Malta bil-baħar f’Ottubru 2009… Kompli aqra »

ŻJARAT PASTORALI TAL-ARĊISQOF FL-2011

This year, Archbishop Paul Cremona O.P. visited six parishes between January and March. His first Pastoral Visit was held in Zabbar parish followed by Marsascala, Fgura, Fleur de Lys, Swatar and Birkirkara. To date, the Archbishop visited 36 out of 70 parishes. Four years ago, at the start of his episcopate Mgr Paul Cremona O.P. had clearly expressed his wish to visit all parishes in Malta… Kompli aqra »