Arkivji mensili: Ottubru 2011

ARĊIPRIET ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TA’ SAN PAWL NAWFRAGU, VALLETTA

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Mario Tong bħala arċipriet tal-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, Valletta.

Dun Mario twieled il-Hamrun nhar id-29 ta’ April 1953 u trabba f’Raħal Ġdid. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid, is-Seminarju minuri u dak Magguri.

Ġie ordnat saċerdot fid-19 ta’ Gunju 1977 u mill-ewwel mar jagħti servizz fid-Djoċesi ta’ Ġibilta, fejn f’Mejju 1978 ġie maħtur Kappillan tal-Parroċċa St Joseph the WorkerKompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-FUNERAL TA’ MISSIERU

KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, Vallettta

26 ta’ Ottubru, 2011

Ħuti,

Hemm diversi modi kif tibda tħares lejn dan il-mument, iżda jien nixtieq li nħarsu lejh fid-dawl tal-kliem li nsibu fil-ktieb ta’ Ġob: “Il-Mulej tani, il-Mulej ħadli: ikun imbierek isem il-Mulej” (1,21). Nixtieq li nagħmlu tagħna it-tagħlima ta’ Ġob għaliex hija l-unika triq lejn Alla: ta’ umilta’ u fiduċja quddiem il-kobor ta’ Alla, aktar milli ta’ pretensjoni quddiemu.  … Kompli aqra »

Seminar għall-mużiċisti nsara

Nhar is-Sibt 29 ta’ Ottubru 2011 – il-mużiċisti nsara se jiltaqgħu għall-seminar ta’ fomrazzjoni ġewwa Dar Frate Jacoba f’Marsascala, bi preparazzjoni għall-Konkors Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Il-konferenza, bit-tema ‘MoreVolume’, se tkun imqassma fuq sessjonijiet ta’ diskussjoni kif ukoll eżerċizzji prattiċi li jiffukaw fuq l-irwol uniku tal-mużiċisti bħala ministri.

‘MoreVolume’ se jkun immexxi mill-band taljana Nuova Civiltà li ġiet mistiedna apposta… Kompli aqra »

DOKUMENT TAL-VATIKAN JAPPELLA GĦAL REGOLAMENTAZZJONI TAS-SWIEQ

Financial Markets

Dokument tal-Vatikan appella għall-ħolqien gradwali ta’ awtorita politika dinjija b’poter wiesgħa biex tirregola s-swieq finanzjarji u tirrenja fl-inugwaljanzi u t-tfixkil fl-izvilupp kapitalista”. Id-dokument jgħid li l-krizi finanzjarja globali kurrenti qed turi “l-egoizmu kollettiv”. Zied li awtorita iktar minn nazzjonali hi meħtieġa sabiex il-ġid komuni jitpoġġa fil-qalba tal-attivita ekonomika internazzjonali.

It-test ta’ 41 paġna iġorr it-titlu “Toward Reforming the International Financial and Monetary Systems in the Context of Global Public Authority” jew “Lejn Riforma tas-Sistemi Finanzjarji u Monetarji Internazzjonali fil-Kuntest tal-Awtorita Pubblika Globali”… Kompli aqra »

SEMINAR MILL-KUMMISSJONI PASTORALI FID-DINJA TAX-XOGĦOL

Il-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-xogħol se torganizza nofs ta’ nhar seminar f’Dar l-Ewropa, Valletta, nhar l-Erbgħa 26 ta’ Ottubru 2011. Peress li din is-sena hija ddedikata lil volontarjat, dan is-seminar ser jiffoka fuq kif din it-tema torbot mad-dinja tax-xogħol.

Il-Kummissjoni, f’Lulju li għadda, ħarġet paper fuq ‘Min iħaddem u x-xogħol volontarju (Employers and Voluntary Work) li titkellem fuq kif il-Knisja tħares lejn ix-xogħol volontarju fid-dinja tax-xogħol, u anke xi suġġerimenti ta’ kif min iħaddem jista’ jippromwovi l-ħidma volontarja… Kompli aqra »

TITĦABBAR IL-MEWT TAS-SUR JOSEPH CREMONA, MISSIER L-ARĊISQOF

Illum il-Ħadd, 23 ta’ Ottubru 2011 fis-7.10 p.m., fid-Dar Santa Katarina, Ħ’Attard, fejn kien rikoverat, is-Sur Joseph M. Cremona, missier l-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona O.P., irritorna lejn il-Ħallieq fl-eta’ ta’ 95 sena. Gawduh f’ħajtu: martu Josephine nee’ Cauchi, ibnu l-ieħor Carmel (k/a Lino) u martu Mary Helen u bintu Marie Louise, in-neputijiet Marco u martu Joanne, Stefano u martu Nicolette u Johann, kif ukoll il-pro-neputijiet Luigi, Gianluca, Lara u Sam… Kompli aqra »

IS-SANTA SEDE U L-LIBJA WARA L-MEWT TA’ GADDAFI

Wara l-mewt tal-Kurunell Moammar Gaddafi fil-Libja, is-Santa Sede ħarġet stqarrija li fiha ddikjarat li “l-aħbar tal-mewt ta’ Gaddafi ġġib fi tmiemha fazi traġika ta’ ġlieda brutali biex jitwaqqa’ r-reġim oppressiv ta’ Gaddafi. Dan kollu jressaq quddiemna l-obbligu għal riflessjoni dwar it-tbatija umana u l-kollass ta’ kwalunkwe sistema ta’ tmexxija li ma tkunx ibbazata fuq ir-rispett u d-dinjita umana, imma biss il-kilba għall-poter. Hu ttamat issa li l-awtoritajiet fil-Libja jfittxu li jimpenjaw irwieħhom fi sforzi għall-paċi u binja mill-ġdid ta’ spirtu ta’ solidarjeta… Kompli aqra »

AKTAR MINN 300 SAĊERDOT MALTI U 90 LAJK F’ĦIDMA MISSJUNARJA

Minn stħarriġ li għamlet Il-ĠENSillum online jirriżulta li bħalissa f’għadd ta’ pajjiżi fid-dinja, 318 saċerdot Malti u Għawdxi u 90 lajk huma impenjati f’ħidma pastorali, soċjali, edukattiva u ta’ karità. Fost dawn hemm tmien Isqfijiet Maltin, tnejn fil-Brażil, tnejn oħra fil-Ħonduras, u oħrajn fil-Kenja, l-Albanija, l-Libja u s-Sri Lanka.

Malta għandha wkoll ħames saċerdoti li qegħdin iwettqu ħidma għas-Santa Sede. Barra dawn is-saċerdoti u lajċi Maltin impenjati barra minn pajjiżna, għadd ta’ sorijiet Maltin qed iwettqu ħidma diversa f’artijiet tal-missjoni… Kompli aqra »

24-30 ta’ Ottubru

It-Tnejn

9.15 p.m.L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru tal-Katekeżi San Duminku, r-Rabat bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu l-katekeżi fil-qasam tal-MUSEUM tas-subien, ir-Rabat.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ fil-MUSEUM (subien) mal-katekisti tat-tfal, ir-Rabat.

It-Tlieta

12.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fuq il-programm ‘Sellili’ fuq TVM… Kompli aqra »