Yearly Archives: 2011

Il-Vanġelu tal-Jum – 19 ta’ Awwissu

Mattew 22,34-40

Il-Fariżej, meta semgħu kif lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, nġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?” Qallu Ġesù: “Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu.’ Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 18 ta’ Awwissu

Matthew 221-14

Ġesù raġa’ qabad ikellimhom bil-parabboli u qalilhom: “Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu. U reġa’ bagħat qaddejja oħra, u qalilhom, ‘Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa.’ Iżda dawk ma tawx kas; min mar l-għalqa, min għan-negozju tiegħu, u l-bqija qabdu lill-qaddejja tas-sultan, żebilħuhom u qatluhom… Kompli aqra »

IL-POŻIZZJONI TAL-ISQFIJIET FL-2003 DWAR ALLEGAZZJONIJIET TA’ ABBUŻI SESSWALI

B’referenza għal ċerti mistoqsijiet li saru u kummenti li qed isiru dwar il-pożizzjoni tal-Arċisqof Ġuzeppi Mercieca fl-2003, fiż-żmien meta feġġew l-allegazzjonijiet ta’ abbużi sesswali fuq tfal fl-Istitut ta’ San Ġużepp, l-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof irid ifakkar li fit-8 ta’ Ottubru 2003, l-Arċisqof Mercieca u l-Isqof Nikol Ġ. Cauchi kienu ħarġu din id-dikjarazzjoni:

“L-abbuż sesswali jikkaġuna ħafna tbatija u ħsara lill-vittmi. Il-Knisja tikkundanna bl-iktar mod qawwi kull abbuż sesswali, speċjalment dak fuq it-tfal… Kompli aqra »

RAPPORT JGĦID LI AKTAR NIES MADWAR ID-DINJA QED JIFFAĊĊJAW RESTRIZZJONIJIET FUQ IR-RELIĠJON

Kważi terz taċ-ċittadini tad-dinja iffaċċjaw żjieda fir-restrizzjonijiet dwar il-prattika tar-reliġjon u l-espressjoni tat-twemmin tagħhom imposti fuqhom mill-Gvernijiet rispettivi tagħhom. Dan irriżulta minn studju ppubblikat fil-jiem li għaddew mill-Forum dwar il-ħajja pubblika fi ħdan iċ-Ċentru ta’ Riċerka Pew.Ir-rapport intitolat “Rising Restrictionson Religion” jinnota li dawn ir-restrizzjonijiet li qed jiżdiedu f’madwar 23 mill-198 pajjiż fid-dinja, u li ħafna minn dawk il-pajjiżi  huma fost l-iktar popolati u b’pass imgħaġġel ta’ tkabbir tal-popolazzjoni, fattur li hu mifhum li jaffettwa persentaġġ għoli tar-residenti fid-dinja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 17 ta’ Awwissu

Matthew 20,1-16

“I-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ fil-għodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kull jum u bagħathom l-għalqa. Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom, ‘Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom.’ U marru… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 16 ta’ Awwissu

Mattew 19,23-30

Mbagħad Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew ngħidilkom li l-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet!  Iva, nerġa’ ngħidilkom, eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet!” Id-dixxipli stagħġbu ħafna meta semgħu dan, u qalu: “Mela min jista’ jsalva?” Ġesù ħares lejhom u qalilhom: “Għall-bnedmin dan ma jistax ikun; għal Alla kollox jista’ jkun.” Mbagħad qabeż Pietru u qallu: “Tajjeb! … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 15 ta’ Awwissu

Is-Solennita tal-Assunzjoni ta’ Marija

Luqa 1,39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost  in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-VĠILI TAS-SOLENNITA TA’ SIDTNA MARIJA MTELLGĦA S-SEMA

Knisja Parrokkjali, ħ’Attard

14/08/011

Ħuti,

aħna llum qegħdin niċċelebraw is-solennita tat-tlugħ fis-sema ta’ Sidtna Marija. Aħna bħala bnedmin nemmnu f’dak il-misteru li meta mmutu hija r-ruħ tagħna li titla’ għand Alla l-Imbierek imma fl’aħħar taż-żminijiet il-ġisem tagħna li kien trab, dak il-ġisem li ġo fih hemm iż-żerriegħa tad-dnub, jerġa jsir ġisem glorjuż.  Fil-każ ta’ Sidtna Marija dan ma seħħx… Kompli aqra »

15-21 ta’ Awwissu

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Katidral tal-Imdina fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Marija.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma 200 pellegrin minn Guam fi triqtom lejn Madrid għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, fil-Katekumenju l-Mosta.

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm fuq Radju Marija.

L-Erbgħa

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-Monasteru ta’ Santa Skolastika fil-Birgu fejn jiltaqa’ mas-sorijiet individwali bi tħejjija għall-kapitlu tal-komunita… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja – 14 ta’ Awwissu

Agħfas fuq l-istampa li tidher hawn taħt biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


Mattew 15,21-28

Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David; binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna !” Iżda hu ma weġibhiex kelma… Kompli aqra »