Arkivji mensili: Frar 2012

LAQGĦA DWAR L-ATTWALITA’ TAR-REGOLA TA’ SAN BENEDITTU FIL-ĦAJJA TAN-NISRANI

Nhar it-Tlieta 28 ta’ Frar 2012, is-Segretarjat għal-Lajċi fil-Monasteru Benedittin tal-Imdina ser torganiżża laqgħa dwar l-attwalità tar-regola ta’ San Benedittu fil-ħajja tan-nisrani llum.

Miktuba qabel kollox għal-lajċi, f’din ir-regola wieħed għadu jista’ jsib diversi prinċipji li jistgħu jitħaddmu mhux biss fil-monasteru, imma wkoll mill-insara kollha, kemm jekk individwi jew familji, kemm jekk fl-għaqdiet jew fil-parroċċi.

It-tema tkun preżentata minn Fr Keith Bonnici, Kappillan tal-Iklin u wara jkun hemm diskussjoni minn numru ta’ lajċi midħla tar-regola benedittina… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IL-KUMMISSJONIJIET U L-KUNSILLI TAL-PARROĊĊA TA’ SAN ĠILJAN

Nhar it-Tnejn 20 ta’ Frar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni  Implimentazzjoni Sinodu u mal-Kunsill Parrokkjali Ekonomiku ta’ San Ġiljan, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’ San Ġiljan.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IL-KLARISSI U L-KUMMISSJONI FAMILJI U KOPPJI MEXXEJJA TA’ SAN ĠILJAN

Nhar it-Tnejn 20 ta’ Frar 2012, l-Arċisqof  Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-komunita’ tas-Sorijiet tal-Klarissi ta’ San Ġiljan, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa. Aktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u mal-Koppji Mexxejja tal-istess parroċċa.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’ San Ġiljan.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

ŻEWĠ KANDIDATI ĠODDA GĦAS-SAĊERDOZJU

Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Frar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jiċċelebra Quddiesa li fiha żewġ seminaristi ser jitolbu lill-Knisja biex tilqagħhom uffiċjalment bħala kandidati għall-Ordni tad-Djaknonat u tal-Presbiterat. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir fil-Parroċċa ta’ Marija Assunta, Ħal Għaxaq, fis-6.30 p.m.

Iż-żewġ seminaristi, li bħalissa jinsabu fil-ħames sena tal-formazzjoni, huma Luke Cutajar mill-Parroċċa San Pawl, ir-Rabat, u Brian Gialanzè mill-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa… Kompli aqra »

IL-PAPA: “IR-RANDAN HU Ż-ŻMIEN LI FIH WIEĦED JGĦIN LILL-OĦRAJN, MATERJALMENT U SPIRITWALMENT”

L-Erbgħa 22 ta’ Frar huwa Ras ir-Randan. F’dan il-jum, il-Knisja Kattolika tidħol fiż-żmien liturġiku tar-Randan, li jikkonsisti f’erbgħin jum ta’ talb, sawm u karita li jwasslu għall-ikbar festa tal-Knisja Kattolika, l-Għid il-Kbir. Fil-messaġġ tiegħu, il-Papa Benedittu XVI, dis-sena qed jappella lil dawk kollha li jemmnu sabiex jieħdu kura fraterna tal-oħrajn – f’termini aktar sempliċi, appella biex kulħadd jieħu ħsieb xulxin. Dan l-appell tal-Papa, ħareġ ukoll fis-sejħa tal-Patrijarka tal-Art Imqaddsa, Faud Twal, li appella biex ħadd ma jinsa lill-familji li qed jissieltu biex iżommu ħajja l-preżenza nisranija fl-art fejn Ġesu Kristu għex il-passjoni tiegħu, inqatel u qam mill-mewt… Kompli aqra »

ŻMIEN IR-RANDAN

Għada, l-Erbgħa 22 ta’ Frar, il-Knisja tagħti bidu għar-Randan Imqaddes: erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Matul ir-Randan, il-Knisja tħeġġeġ lill-membri tagħha biex, fost affarjiet oħra, jaqraw il-Kelma ta’ Alla, jieħdu sehem fis-sagramenti, u jattendu l-Eżerċizzi Spiritwali.

Bħala gwida dwar ċaħda personali u ta’ karita’, l-Isqfijiet iqiegħdu quddiem il-membri tal-Knisja għadd ta’ opri tajba biex jagħżlu minn fosthom dawk li l-iktar jiswewlhom sagrifiċċju… Kompli aqra »

20 – 26 Frar

It-Tnejn

1.30 p.m. L-Arċisqof jasal lura Malta minn Ruma.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tas-Sorijiet tal-Klarissi ta’ San Ġiljan, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u Koppji Mexxejja ta’ San Ġiljan.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u mal-Kunsill Parrokkjali Ekonomiku ta’ San Ġiljan.

It-Tlieta

9.30 a.m… Kompli aqra »

ISIR IL-KONĊISTORJU BIL-ĦATRA TA’ 22 KARDINAL ĠDID, INKLUŻ WIEĦED MALTI

Cardinal Prospero Grech

Fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, matul l-għodwa tas-Sibt, il-Papa Benedittu XVI ċċelebra r-raba’ Konċistorju Ordinarju Pubbliku tal-Pontifikat tiegħu, li matulu ħatar 22 Kardinal ġdid, inkluż fosthom il-Malti, Mons Prospero Grech – li huwa t-tieni Kardinal Malti fl-istorja tal-Knisja Kattolika. Wara t-talba tad-dħul u l-Liturġija tal-Kelma, il-Papa agħmel l-omelija li matulha beda biex spjega l-kliem ‘effikaċi’ li ntuża fid-daħla għar-ritwal sollenni, kliem li bih Ġesu ħatar lill-Pietru ‘il-blata li fuqha jiena nibni l-Knisja tiegħi’… Kompli aqra »

L-Eżilju – Randan 2012

Għeżież ħutna,

Wasalna għaż-żmien tar-Randan. Iż-żmien tar-Randan irid iwassalna għall-ġrajjiet kbar tat-tbatija, mewt u Qawmien ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Dawn il-ġrajjiet huma tant importanti fil-ħajja tagħna li hemm bżonn nirriflettu fuqhom u nħejju għalihom tul dawn l-erbgħin jum li ġejjin. Dawn l-erbgħin jum iridu jdaħħluna fl-atmosfera ta’ dawn il-ġrajjiet billi nitolbu, iżda woll billi nirriflettu xi jfissru għalina… Kompli aqra »

ITTRA PASTORALI GĦAR-RANDAN 2012 – TFAL

Għeżież tfal,

Wasalna għaż-żmien tar-Randan.  Dan huwa żmien li jfakkarna fit-tbatija, il-mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu.  Dawn il-ġrajjiet huma tant importanti fil-ħajja tagħna li hemm bżonn naħsbu ftit aktar fuqhom u nippreparaw għalihom tul dawn l-erbgħin jum li ġejjin.  Dawn l-erbgħin jum iridu jgħinuna biex inġibu quddiem għajnejna dawn il-ġrajjiet billi nitolbu, iżda wkoll billi naraw kif jistgħu jgħinuna fil-ħajja tagħna… Kompli aqra »