Arkivji mensili: Marzu 2012

L-ARĊISQOF IŻUR IĊ-ĊENTRU TAL-KATEKEŻI TA’ PEMBROKE U JILTAQA’ MA’ KUMMISSJONIJIET U KUNSILLI DIFFERENTI

Nhar it-Tlieta 20 ta’ Marzu 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar iċ-ċentru tal-Katekeżi ta Pembroke, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa. Aktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika, mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, Kummissjoni Ekonomiku Parrokkjali u mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu ta’ Pembroke.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’ Pembroke.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

JIKBRU T-TAMIET GĦALL-BEATIFIKAZZJONI TAL-KARDINAL VAN THUAN

Cardinal Van Thuan

Il-Knisja fil-Vjetnam esprimiet it-tamiet tagħha li titħaffef il-kawża ta’ beatifikazzjoni tal-Kardinal Van Thuan. “L-Isqfijiet, dawk li jemmnu, il-Knisja kollha fil-Vjetnamm, għandhom ilkoll tama kbira fis-suċċess tal-proċess ta’ beatifikazzjoni tal-Kardinal Xavier Van Thuan. Kien persuna speċjali li għex il-Vanġelu bħala l-kriterju ewlieni ta’ ħajtu”, qal l-Isqof Paul Nguyen Thai Hop, Isqof Dumnikan ta’ Vinh u President tal-Kummissjoni Paċi u Ġustizzja fi ħdan il-Konferenza Episkopali Vjetnamiża… Kompli aqra »

DIRETTORJU ĠDID TAL-KNISJA F’MALTA

Ġie ppublikat id-direttorju tal-Knisja għas-sena 2012 b’aktar minn 500 paġna ta’ tagħrif aġġornat, bil-Malti u bl-Ingliż, dwar l-istrutturi, l-oqsma u l-entitajiet kollha tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Id-direttorju Ekkleżjastiku jinkludi tagħrif dettaljat dwar il-Kurja ta’ Malta, is-Segretarjat u l-Kummisjonijiet tal-Knisja, il-parroċċi, l-Ordnijiet Reliġjużi, l-Istituzzjonijiet, l-Għaqdiet u  l-Movimenti, id-Djar tal-Anzjani u Skejjel tal-Knisja.

It-taqsima dwar il-parroċċi fiha tagħrif dwar l-għadd ta’ parruċċani u ta’ familji; Quddies matul il-ġimgħa, fil-Ħdud u l-Festi; purċissjonijiet; lista ta’ l-għaqdiet u movimenti reliġjużi rappreżentanti fil-parroċċa; in-numru ta’ Magħmudijiet, l-Ewwel Tqarbina, Griżma tal-Isqof, Żwiġijiet u Funerali tas-sena ta’ qabel f’kull parroċċa; u l-knejjes u kappelli fejn jistgħu jiġu ċċelebrati ż-żwiġijiet… Kompli aqra »

IL-CARITAS TITLOB LI JKUN HEMM BAĠIT MINIMU GĦAL ĦAJJA DIĊENTI

Il-Caritas Malta għadha kemm ippubblikat studju dwar ‘Baġit minimu għal ħajja diċenti’, li jkompli jistħarreġ ir-realtà soċjali f’pajjiżna, wara l-pubblikazzjoni ta’ riċerka li kienet għamlet l-istess Caritas f’Mejju 2010.

Waqt li f’dak l-istudju kien tqies il-prezz ta’ basket ta’ oġġetti u servizzi essenzjali fuq bażi tal-infiq medju tad-djar kollha Maltin, fl-istudju preżenti l-prezz kien meqjus fuq kemm kull oġġett jiswa fis-suq… Kompli aqra »

LAQGĦA TA’ DISCERN

On Thursday 22nd March 2012, DISCERN is organising it’s annual public lecture. This year, the theme is ‘Pray, Pay and Obey: The Laity before and After Vatican II?’. The main speaker is Dr Oonagh O’Brien, Principal of the Margaret Beaufort Institute of Theology at the University of Cambridge. The lecture will take place at Palazzo de Piro in Mdina at 6.30 p.m. Kompli aqra »

RAPPORT JIKXEF ŻJIEDA FIL-PREĠUDIZZJI KONTRA L-INSARA FL-EWROPA

Rapport li sab l-appoġġ tal-Knisja, iddokumenta żjieda fil-preġudizzju kontra l-Insara fl-Ewropa, anki jekk saru appelli għal liġijiet iktar ġusti u miżuri bil-għan li jnaqqsu d-diskriminazzjoni.

Id-Direttur tal-Osservatorju bbażat fi Vjenna dwar l-intolleranza u d-diskriminazzjoni kontra l-Insara, Gudrun Kugler, qalet li “studji jissuġġerixxu li 85% ta’ krimini ta’ mibgħeda fl-Ewropa huma diretti lejn l-Insara. Tħaddim ristrett tal-liberta tal-kuxjenza qed iwassal biex professjonijiet bħal ta’ maġistrati, tobba, infirmiera u qwiebel, bħal donnhom jagħlqu l-bibien għall-insara… Kompli aqra »

THINK-TANK BEJN IL-ĠURNALISTI U S-SEMINARISTI

It-Tlieta 20 ta’ Marzu 2012, is-Seminarju tal-Arċisqof organizza Think-Tank mal-ġurnalisti biex is-seminaristi jisimgħu mingħand min għandu f’idejh il-polz tas-soċjetà dwar kif iħares lejn is-saċerdot. Il-ġurnalisti esprimew ukoll l-opinjoni tagħhom fuq kif is-saċerdot għandu jikkomunika b’mod effettiv u b’lingwaġġ li jinftiehem f’dinja li hija ferm nfluwenzata mill-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali.

Fuq stedina tal-Uffiċċju Komunikazzjoni, għal din l-attività attendew Keith Demicoli (PBS), Kurt Sansone (Allied Newspapers), Marion Zammit (Media.link Communications), Anthony David Gatt (One Television) u Josianne Camilleri (RTK)… Kompli aqra »

IL-KONDOLJANZI TAL-PAPA LILL-INSARA KOPTI

Pope Shenouda III

Radju Vatikan ta t-traduzzjoni mhux uffiċjali tal-messaġġ ta’ kondoljanzi li l-Papa Benedittu XVI wassal mal-aħbar tal-mewt tal-Papa Shenouda III ta’ Alessandrija.

“Mal-aħbar li Papa Shenouda, Patrijarka ta’ Alessandrija fuq is-Sede ta’ San Mark l-Evaġelista, mar jiltaqa’ ma’ Alla, l-Missier komuni tagħna, nesprimi sens ta’ kompassjoni mal-membri ta’ Sinodu Mqaddes, is-saċerdoti u dawk il-fidili kollha fid an il-Patrijarkat.

Niftakar b’sens ta’ gratitudni l-impenn tiegħu għall-Għaqda Nisranija, iż-żjara tiegħu lill-Papa Pawlu VI, u l-iffirmar konġunt tagħhom ta’ Dikjarazzjoni ta’ Fidi fl-Inkarnazzjoni tal-Iben t’Alla, f’Ruma nhar l-10 ta’ Mejju 1973… Kompli aqra »

SAN ĠUŻEPP: MUDELL GĦALL-MISSIRIJIET

St.Joseph

il-festa ta’ San Ġużepp, ir-raġel tal-Imqaddsa Marija verġni, u padrun tal-Knisja Universali, il-Papa fakkar lil kull min jismu bħalu, għal San Ġużepp. Ir-riflessjonijiet tal-ġurnata għamilhom il-Kap tas-servizz Ingliż għall-Afrika  fi ħdan Radju Vatikan, Fr Moses Hamungole. Huwa tkellem dwar ir-rwol ta’ San Ġużepp fil-ħajja tal-Knisja.

“Hija l-ġurnata li fiha niċċelebraw il-missirijiet kollha. Li tkun missier mhix sfida faċli – hemm ħafna diffikultajiet li jmorru magħha… Kompli aqra »