Arkivji mensili: Ġunju 2012

IL-PAPA DWAR ĠWANNI L-BATTISTA U S-SEJĦA GĦALL-INDIEMA

John the Baptist

Il-Papa Benedittu XVI fakkar il-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista u qal li kien hu li ħejja t-triq għall-Mulej. Ġwanni qal li kien vuċi, l-għajta fid-deżert, is-sejħa lill-poplu t’Alla għall-indiema. “Ejja nisimgħu l-vuċi tiegħu llum, u nagħmlu post għall-Mulej fil-qalb tagħna”.

Il-Kap tal-Knisja Kattolika qal li l-konċepiment ta’ Ġwanni għal Eliżabetta, qariba ta’ Marija, hu sinjal “li għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir”… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JIDDISKUTI L-KAŻ TA’ DOKUMENTI KUNFIDENZJALI TAL-PAPA LI SPIĊĊAW FIL-MEDIA

Fr Federico Lombardi sj, Papal spokesman.

l-Papa Benedittu XVI iltaqa’ mal-mexxejja tad-diversi dekasteri tal-Kurja ta’ Ruma u anki xi membri mill-Kulleġġ tal-Kardinali sabiex jevalwa ideat u jieħu pariri dwar il-mod kif għandha tiġi trattata l-kwistjoni ta’ dokumenti kunfidenzjali tal-Papa li spiċċaw f’idejn il-media.

Il-kelliem għall-Uffiċċju Stampa, Patri Federico Lombardi, qal fi stqarrija uffiċjali li l-Papa approfondixxa r-riflessjoni tiegħu permezz ta’ djalogu kontinwu ma’ dawk li jġorru miegħu l-piż u r-responsabbilta tat-tmexxija tal-Knisja… Kompli aqra »

25 ta’ Ġunju – 1 ta’ Lulju

It-Tnejn

9.15am           L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30pm           L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ numru ta’ saċerdoti minn Liechtenstein, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

6.00pm           L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-inawgurazzjoni ta’ Patri Ivan Scicluna O.Carm bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Fleur-de-Lys.

It-Tlieta

9.30 a.m.        L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali flimkien mal-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri Reliġjużi, fil-Kurja.

4.30pm           L-Arċisqof jilqa’ lis-Superjura ġdida tal-Kongregazzjoni Little Sisters of the Poor, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard… Kompli aqra »

TLETTAX-IL QASSIS ĊĊELEBRAW IL-35 SENA MILL-ORDINAZZJONI SAĊERDOTALI TAGĦHOM

Filwaqt li matul din il-ġimgħa tlettax-il qassis ċċelebraw il-35 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tagħhom, matul il-ġimgħa li ġejja disa’ ġuvintur se jiġu ordnati qassisin.

Wieħed mill-qassisin li fil-jiem li għaddew għalaq 35 sena saċerdot hu Monsinjur Anton Gouder. Dun Anton Gouder spjega li ċ-ċelebrazzjoni ta’ 35 sena saċedozju għandha sinjifikat kbir u jinsab ferħan bil-vokazzjoni tiegħu ta’ qassis.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com Kompli aqra »

MNIEDI SERVIZZ TA’ APPOĠĠ B’RISQ IŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Tnieda servizz ġdid ta’ counselling sapport onlinegħaż-żgħażagħ u adolexxenti permezz ta’ chat uforum fuq www.kellimni.com.

Fl-okkażjoni tat-tnedija tal-counselling u sapport online għaż-żgħażagħ u adolexxenti, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli, qal li dan is-servizz se jkun qed jgħin liż-żgħażagħ jegħilbu l-isfidi li jġibu magħhom it-tranżizzjonijiet fiż-żgħożija… Kompli aqra »

L-ETIKA FIL-MEDIA

Il-ġurnalist għandu rwol importanti fis-soċjetà biex irazzan tentazzjonijiet ta’ poter li jista’ jkollhom gvernijiet, assoċjazzjonijiet kummerċjali jew oħrajn, biex joħonqu d-demokrazija jew it-tmexxija u l-iżviluppi ħielsa tal-bnedmin. Minkejja dan, hemm min jgħid li ħafna mill-ġurnalizmu Malti mhux għajr messaġġ promozzjonali għal interess jew idejoloġija.

Bil-għan li joħloq diskussjoni dwar dan is-suġġett ma’ dawk li jaħdmu fil-qasam tal-media, partikolarment fil-ġurnalizmu, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P… Kompli aqra »

IL-PAPA SE JŻUR IR-REĠJUN EMILIA ROMANA LI NTLAQAT MIT-TERREMOT

Emilia Romagna earthquake effect

L-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan ħabbar li nhar it-Tlieta 26 ta’ Ġunju, il-Papa Benedittu XVI se jkun qed iżur iż-żoni tar-reġjun Taljan ta’ Emilia Romagna li riċentament intlaqtu mit-terremot. Il-Papa hu skedat li jasal b’ħelikopter fil-grawnd tal-isport San Marino di Carpi fl-10am fejn se jintlaqa’ mill-kap tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Taljan.

Minn hemm se jkun qed jivjaġġa lejn Rovereto di Novi, jaqsam ir-‘red zone’ u jżur il-knisja ta’ Santa Katerina ta’ Alessandria li ġarrbet ħsarat estensivi wara ċ-ċaqliq tal-art li seħħ aktar kmieni… Kompli aqra »

KONTRA PJANI FAVUR STERILIZZAZZJONI U KONTRAĊEZZJONI FIS-SERVIZZ PRIVAT TAS-SAĦĦA AMERIKANA

Barack Obama

’sena kruċjali karatterizzata mill-elezzjonijiet fl-Istati Uniti tal-Amerika, karatterizzata wkoll minn konfrontazzjoni dwar il-liberta reliġjuża, l-Assoċjazzjoni Kattolika tas-Saħħa rrifjutat il-proposta tal-President Amerikan Barack Obama li jemenda r-regolamenti li jinfurzaw pjani fis-settur privat tas-saħħa fl-Amerika biex ikunu provduti servizzi ta’ sterilizzazzjoni u kontraċezzjoni, kif ukoll pilloli abortive.

Ir-rifjut tal-emendi proposti fir-rigward tal-mandat kontroversjali fil-qasam tal-kura tas-saħħa qed jitqies sinifikanti, speċjalment fid-dawl ta’ sforzi li saru mill-amministrazzjoni Obama sabiex finalment il-Knisja tappoġġjahom f’għajnuna lil Obama sabiex jikseb l-approvazzjoni fil-Kungress… Kompli aqra »

IL-PAPA DWAR IT-TAMA TIEGĦU LI ALLA JITTRASFORMA X-XEWQAT UMANI F’OPRI TA’ MĦABBA

Fl-aħħar dehra pubblika tiegħu, il-Papa Benedittu XVI ħalla lilu nnifsu jkun ispirat mill-parabboli tas-Saltna, rakkontati fil-Liturġija tal-ġurnata. Qal li ż-żerriegħa tirreferi għall-misteru tal-ħolqien u r-redenzjoni, għall-intervent t’Alla fl-istorja. Il-Papa jgħid li l-aħħar ħsad ifakkarna lkoll fir-realizzazzjoni tas-Saltna t’Alla fl-aħħar taż-żmien.

“Il-preżent huwa żmien li tintefa ż-żerriegħa, il-Mulej jassigura li tikber. Kull nisrani imbagħad jaf li jrid jagħmel dak kollu li jista’, anki jekk ir-riżultat aħħari jiddependi minn Alla”… Kompli aqra »

Mandat lill-Voluntiera 2012

L-Erbgħa 27 ta’ Ġunju – il-voluntiera żgħażagħ se jagħtu bidu uffiċjali għall-esperjenzi tagħhom tas-sajf b’ċelebrazzjoni ġewwa l-kappella Medjevali ta’ San Girgor fiż-Żejtun. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., b’mod simboliku, se jagħtihom il-mandat f’isem il-Knisja f’Malta.

Madwar 300 voluntier se jqattgħu bejn ġimgħatejn u xahrejn mill-vaganzi tagħhom f’servizz ma’ persuni fil-bżonn. L-esperjenzi tagħhom se jeħduhom f’diversi postijiet, mill-Indja sal-Afrika, l-Amerika Latina u anke l-Ewropa, inklużi proġetti f’Malta stess… Kompli aqra »