Arkivji mensili: Settembru 2012

Kors ta’ taħdidiet u diskussjoni dwar il-Kredu

Bejn Ottubru u Mejju li ġejjin fiċ-Ċentru Pastorali Familja Mqaddsa, is-Sgħajtar, se jittellgħu 22 laqgħa li se jidħlu ftit fil-fond dwar l-istqarrija tal-fidi tagħna. L-isfond ser ikun il-Kredu u minnu ser jittieħdu titli għad-diskussjoni.

Il-laqgħat miftuħin għal kulħadd ser jitmexxew minn Fr.Ray Zammit, ir-Rettur taċ-Ċentru Pastorali li se jkunu dejjem kull nhar ta’ Ħamis fis-7:45pm.

Ser ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal u refreshments ser jitqassmu wara l-quddiesa tas-7pm… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza

Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

21 ta’ Settembru, 2012

Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela,

Ħuti,

Il-Festi Pubbliċi li niċċelebraw f’pajjiżna, bħalma jagħmlu pajjiżi oħra, huma magħqudin mal-istorja tagħna. Għadna kemm iċċelebrajna l-Festa tal-Vitorja, li taħbat mal-Festa Liturġika ta’ Marija Bambina meta nfakkru t-tmiem tal-Assedju u t-Tieni Gwerra Dinjija.   … Kompli aqra »

Ir-relikwija ta’ San Franġisk Saverju tiddawwar l-Awstralja

St. Francis Xavier

Magħruf bħala l-Appostlu tal-Lvant, l-iktar missjunarju li vvjaġġa u evenġelizza minn żmien San Pawl ‘l hawn. San Franġisk Saverju, ko-fundatur tas-Soċjeta ta’ Ġesu, għex fl-ewwel nofs tas-16-il seklu u jibqa’ magħruf għall-ħidma tiegħu biex il-Vanġelu jasal l-Indja, il-Ġappun u anki f’partijiet ta’ dik li llum hi l-Indonesja.

Huwa qatt ma vjaġġa lejn l-Awstralja, għax ovvjament ma kinitx għadha magħrufa mill-Ewropej dak iż-żmien… Kompli aqra »

Il-Papa jirrifletti dwar il-vjaġġ tiegħu fi Lvant Nofsani

Papal audience

Matul l-udjenza ġenerali ta’ din il-ġimgħa, il-Papa Benedittu XVI qasam ir-riflessjonijiet tiegħu fuq iż-żjara li għadu kif lesta fil-Libanu, jiem li sejjaħ “manifestazzjoni sabiħa ħafna ta’ fidi u sentiment reliġjuż kif ukoll sinjal profetiku ta’ paċi”. Qal li l-firxa vasta ta’ persuni bit-twemmin differenti tagħhom kellhom l-opportunita jirriflettu, jitkellmu, u jitolbu flimkien, iġeddu l-impenn tagħhom sabiex għeruqhom ikunu fi Kristu.

Benedittu XVI qal li jinsab ċert li l-poplu tal-Libanu, magħġun b’elementi reliġjużi u soċjali li jarrikkixxuh, ikollu għarfien tajjeb biex jixhed b’impetu mġedded għall-vera paċi li tiġi mill-fidi f’Alla… Kompli aqra »

Il-Knisja f’Malta tħejji għas-Sena tal-Fidi bi stedina lill-Insara

Fil-11 ta’ Ottubru li ġej, il-Knisja f’Malta tingħaqad mal-Knisja Universali biex tniedi “is-Sena tal-Fidi”. Propju sena ilu, fl-Ittra Appostolika ‘Porta Fidei’ (il-Bieb tal-Fidi), il-Papa Benedittu XVI ħabbar dan iż-żmien speċjali fil-Knisja Kattolika. Fi kliem il-Papa, “is-Sena tal-Fidi hi sejħa biex mill-ġdid nikkonvertu b’mod awtentiku lejn Kristu, il-Feddej waħdieni tad-dinja”.

Il-Knisja f’Malta qed tħejji programm ta’ attivitajiet bil-għan li l-Maltin jiskopru mill-ġdid l-entużjazmu tal-fidi tagħhom… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-ftuħ taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet, fis-Seminarju

Seminarju tal-Arcisqof, Tal-Virtu, Ir-Rabat

1 ta’ Settembru 2012

It-tlett lezzjonijiet li kellna llum juruna x’inhija l-funzjoni tas-saċerdot.  U kont nispjegaha hekk:  is-saċerdot huwa dak li għamel Ġesu, allura li kien ġdid għax għamlu Ġesu,  jgħaddih lilna. U t-tlett lezzjonijiet tal-lum qed jagħtuna tlett eżempji li huma differenti f’dan id-dawl.

Fl-ewwel lezzjoni tal-lum kellna lil Mose u qiegħed jgħid lill-poplu tiegħu: “Min qatt kellu Alla bħalma għandna aħna li huwa qrib tagħna  li kapaċi jimxi magħna, li kapaċi jiddefendina?”  U dawn kienu għadhom ma rawx la lil-Iben t’Alla isir bniedem u lanqas kienu raw lil Iben t’Alla iktar u iktar isir Ewkaristija… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fid-dħul ta’ żewġ Kandidati ġodda fl-‘Ordo Virginum’

Katidral ta’ San Pawl l-Imdina
16 ta’ Settembru 2012

Aħna lkoll nemmnu f’Alla u hemm ħafna nies ta’ reliġjonijiet oħrajn li jemmnu wkoll f’Alla.  Id-differenza kbira li hemm bejn dawn iż-żewġ twemminiet hija li Alla tar-reliġjonijiet l-oħrajn jispiċċa tajjeb; Alla tar-reliġjon tagħna, Sidna Ġesu Kristu, jispiċċa ħazin għaliex isalbuh.

Allura nistgħu nippruvaw nimmaġinaw daqsxejn l-ewwel komunita nisranija tara lil Kristu miet u ma tafx kif se tagħtih ġieħ… Kompli aqra »

Uffiċjal tal-Vatikan ifakkar l-10 anniversarju mill-mewt tal-Kardinal Van Thuan

Cardinal Van Thuan

Fit-tifkira tal-eżaltazzjoni tas-salib, l-Isqof Mario Toso, Segretarju tal-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi, fakkar l-10 anniversarju mill-mewt tal-Cardinal Francois-Xavier Nguyen Van Thuan u qal li “għadna sal-lum ngħixu l-mument tat-telfa tal-Kardinal, li din is-sena li ġejja, li se tkun iddedikata lill-fidi, anki fid-dawl tas-Sinodu li jmiss f’Ottubru ddedikat lill-evanġelizzazzjoni l-ġdida, it-tifkira tal-Kardinal Van Thuan se tkun karatterizzata minn referenzi pastorali u ekkleżjali f’tifsiriet profondi… Kompli aqra »

L-Arċisqof jindirizza għalliema u LSAs ġodda għall-Iskejjel tal-Knisja

Nhar it-Tlieta 18 ta’ Settembru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-għalliema u l-LSAs (Learning Support Assistants) li fis-sena skolastika li tibda fi tmiem dan ix-xahar se jibdew impjieg ġdid fi skejjel tal-Knisja. Il-laqgħa tal-Arċisqof saret waqt induction seminar fil-Kurja għal aktar minn 200 għalliem u LSA ġdid fl-iskejjel tal-Knisja.

Id-direttur għas-Servizzi fl-Edukazzjoni,  Dr Rose Anne Cuschieri, sqarret li l-idea ta’ dan l-induction seminar huwa li l-professjonisti jiltaqgħu flimkien, isiru jafu iktar lil xulxin u r-rwol tagħhom bħala edukaturi fi skola tal-Knisja… Kompli aqra »