Arkivji mensili: Novembru 2012

Il-Knisja tiċċelebra l-festa ta’ Kristu Re

Il-Ħadd 25 ta’ Novembru 2012 saret iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re, li kienet ippreseduta mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P, fil-pjazza maġenb il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan, fl-4p.m.  L-Isqof Awżiljarju, Mons. Charles J. Scicluna, kien preżenti wkoll għal din iċ-ċelebrazzjoni flimkien ukoll mal-Isqof – Emeritus Ġużeppi Mercieca.

It-tema għal din is-sena kienet “Sinjali ta’ tama; il-fidi li tgħinna fil-ħajja tagħna”.  Is-Segretarju Pastorali, Mons… Kompli aqra »

Kampanja ‘Make my House a Home’

Wara s-suċċess tal-kampanja tas-sena l-oħra organizzata mill-Għaqda Studenti tat-Teoloġija b’riżq il-Preventive Care Unit, il-kumitat iddeċieda li din is-sena terġa’ tiġi organizzata kampanja oħra għal dan il-għan. Il-Programm għal Kura Preventiva jgħin lil familji fil-bżonn. L-għajnuna dejjem tvarja skont il-ħtiġijiet ta’ kull familja. Uħud ikollhom bżonn li tingħatalhom xirja, uħud ikollhom bżonn ħwejjeġ, filwaqt li oħrajn ikollhom bżonn biss counselling dwar kif il-ġenituri flimkien jistgħu jgħixu aħjar il-ħajja bejniethom u ma’ uliedhom… Kompli aqra »

Fuq il-passi ta’ Kristu Sultan

Pope celebrating mass with new Cardinals

Il-Papa Benedittu XVI ilbieraħ iċċelebra l-ewkaristija fil-Bażilika San Pietru fil-Vatikan sabiex għalaq iċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena liturġika bit-tifkira ta’ Kristu Sultan. Jikkonċelebraw mal-Papa kienu s-sitt Kardinali l-ġodda li rċevew minn idejn il-Papa l-mitra f’konċistorju nhar is-Sibt li għadda.

Fl-omelija tiegħu, il-Papa qal lill-Kardinali l-ġodda li huma kellhom ir-responsabbilta li jassiguraw li s-Saltna t’Alla tkun magħrufa mad-dinja – mhux saltna ta’ poter politiku li jinkiseb mill-armi u l-vjolenza, imma saltna ta’ verita, imħabba u servizz… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-festa ta’ Kristu Re 2012

Ħal-Balzan

25 ta’ Novembru 2012

L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lill-membri kollha li pparteċipaw u l-organizzaturi ta’ din is-serata għaliex il-messaġġ tagħhom kien qawwi ħafna ghal din is-Sena tal-Fidi u jgħinna biex nidħlu f’diversi spiritwalitajiet li jmexxuna lejn il-Mulej. Il-Papa Benedittu nieda s-Sena tal-Fidi propju biex kull nisrani iħares fejn wasal fil-fidi tiegħu u bl-għajnuna t’Alla ikompli jikber… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-26 ta’ Novembru

Luqa 21, 1-4

Ġesù rafa’ għajnejh u ra l-għonja jitfgħu l-offerti tagħhom fit-teżor tat-tempju. U ra wkoll waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar  tal-flus, u qal: “Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll. Għax dawn kollha għamlu offerti  miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix.”

Il-Qaddis tal-jum: San Leonardu Kompli aqra »

26 ta’ Novembru – 2 ta’ Diċembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh fuq il-parroċċa, fil- kunvent, bħala parti miż-Żjara Pastorali li qed jagħmel f’ Guardamangia.

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali miftuħa għal kulħadd fis-Sala Yvonne, f’Guardamangia.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali fil-Kurja… Kompli aqra »

Sitt Kardinali ġodda. Il-Papa jenfasizza l-Kattoliċita tal-Knisja

Pope Benedict XVI leading the Concistory in St Peter's Basilica

Il-Papa Benedittu XVI ħatar sitt kardinali ġodda. Dawn il-kardinali ġejjin minn pajjiżi mhux Ewropej u l-ħatra tagħhom saret is-Sibt filgħodu fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan.

Il-kardinali, li se jaħdmu qrib il-Papa ġejjin mill-Filippini, l-Indja, il-Libanu, in-Niġerja, il-Kolumbja u l-Istati Uniti.

Il-Papa fid-diskors tal-okkażjoni qal li l-Knisja Kattolika tappartjeni lir-razza umana kollha, mhux biss lil grupp wieħed… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-25 ta’ Novembru

Festa ta’ Kristu Sultan

Gwanni 18,33-37

Pilatu raġa’ daħal fil-Pretorju, sejjaħ lil Ġesù u qallu: “Inti s-sultan  tal-Lhud?” Ġesù wieġeb: “Dan qiegħed tgħidu int minn moħħok? Jew kienu oħrajn li qalulek dan fuqi?” Pilatu wieġeb: “Mela jiena Lhudi? Kien il-poplu tiegħek u l-qassisin il-kbar li tawk f’idejja. X’għamilt?” Ġesù wieġeb: “Is-saltna tiegħi m’hijiex ta’ din id-dinja. Li kieku saltnati kienet ta’ din id-dinja, l-għases tiegħi kienu jiġġieldu biex ma ningħatax f’idejn il-Lhud; imma tabilħaqq saltnati m’hijiex ta’ hawn.” Pilatu qallu: “Mela int sultan?” U Ġesù wieġeb: “Int qiegħed tgħidu; jien sultan… Kompli aqra »

L-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Charles J. Scicluna Isqof Awżiljarju ta’ Malta

Is-Sibt 24 ta’ Novembru 2012, fid-9.30 a.m. saret l-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Charles J. Scicluna,  Isqof Awżiljarju ta’ Malta u Isqof  Titulari ta’ San Leone. Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ordinazzjoni  saret fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. kien l-Isqof Ordinandi Prinċipali, filwaqt li Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex u Mons. Ġużeppi Mercieca, Arċisqof Emeritus, kienu l-Isqfijiet Ko-ordinandi. Id-dinjitarji Ekklesjastiċi kienu jinkludu il-Kardinal Prospero Grech, il-Kardinal Cormac Murphy O’Connor, l-ArċisqofGerhard Ludwig Mueller, l-Arċisqof Tommaso Caputo, l-Arċisqof Luis F… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof waqt l-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Monsinjur Charles J. Scicluna

Is-Sibt 24 ta’ Novembru 2012

Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann

Eċċellenza President ta’ Malta, Eminenzi, Eccellenzi, ħuti.

Aħna ġejna hawnhekk biex nifirħu ma’ Mons Charles Scicluna fl-għażla tiegħu bħala Isqof Awżiljarju tiegħi fil-Knisja ta’ Malta. Aħna l-ewwelnettt nirringrazzjaw lil Alla talli jagħżel bnedmin biex ikunu tant qrib tal-rieda salvifika tiegħu għall-bnedmin. Jiena personalment f’isem il-Knisja Maltija nirringrazzja lill-Qdusija Tiegħu il-Papa Benedittu talli għoġbu jibgħatilna lil Mons Scicluna – bil-bravura u l-esperjenza tiegħu – biex jgħin lili u l-Knisja Maltija lejn it-triq ta’ Perfezzjoni… Kompli aqra »