Arkivji mensili: April 2013

Jitfakkar is-sbatax-il ċentinarju tal-Editt Ta’ Milan

[lang_en]

[lang_mt]

Il-Kapitlu ta’ Sant’Elena, B’Kara, flimkien mal-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi u d-Discern (Istitut għar-Riċerka dwar is-Sinjali taż-Żminijiet), qed jorganizza Forum biex ifakkar is-sbatax-il ċentinarju mill-proklamazzjoni tal-Editt ta’ Milan mill-Imperatur Kostantinu fis-sena 313.

Fil-forum se jieħdu sehem dawn il-kelliema: il-Professur Sergio Tanzarella mill-Universita’ Gregoriana f’Ruma (313: From the Meeting at Milan to the Edict at Nicomedia and a Historical Perspective… Kompli aqra »

“Assurd li taħseb li tista’ tgħix ma’ Kristu mingħajr il-Knisja”

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġorġ martri, Papa Franġisku ċċelebra l-Ewkaristija mal-kardinali fil-kappella tal-Palazz Appostoliku. Il-Kardinal Angelo Sodano qal lill-Papa li l-kardinali xtaqu jingħaqdu miegħu għaċ-ċelebrazzjoni ewkaristika sabiex iroddu ħajr ‘l Alla għad-doni li tah. Ħarsa lejn il-liturġija tal-kelma, intqal li kien ċar it-tixrid tal-Vanġelu mill-ewwel insara minkejja l-persekuzzjoni. Dan minbarra l-messaġġ tal-Vanġelu li n-nagħaġ jagħrfu l-vuċi tar-ragħaj, li jafhom u li jimxu warajh… Kompli aqra »

Programm taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Girgor, tas-Sliema

L-Erbgħa 24 t’April

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kappillan, Dun Victor Scicluna, bi tħejjija għall-Vista Pastorali ta’ San Girgor tas-Sliema, fil-Kurja.

Il-Ħadd 12 ta’ Mejju

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-ftuħ taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Girgor tas-Sliema, u wara jiltaqa’ man-nies.

Il-Ħamis 16 ta’ Mejju

9.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja… Kompli aqra »

Ġimgħa Ewkaristika fl-okkażjoni tal-mitt anniversarju mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali

Bħal għada mitt sena, eżattament fit-23 ta’ April 1913, fetaħ l-24 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li kien sar f’Malta. Il-Kungress għalaq fis-27 ta’ April 1913 b’purċissjoni li bdiet mill-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, għal fejn illum hemm il-monument ta’ Kristu Re, fejn ingħatat il-Barka Ewkaristika. F’din iċ-ċelebrazzjoni ħadu sehem madwar 7,000 ruħ. Il-monument ta’ Kristu Re, li ġie inawgurat nhar il-Ħadd 30 ta’ Diċembru 1917, sar apposta b’tifkira ta’ dan il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li “l-vuċi ta’ Ġesu hi unika”

Pope Francis during Angelus

Waqt il-messaġġ tiegħu ftit qabel it-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, fir-raba’ Ħadd tal-Għid u Jum Dinji ta’ talb għall-Vokazzjonijiet, Papa Franġisku rrefera għall-evanġelju tar-ragħaj u n-nagħaġ u qal li Ġesu “qed isejħilna biex nipparteċipaw fir-relazzjoni tiegħu mal-Missier u fil-ħajja eterna”.

Kompla li “r-relazzjoni mal-Missier għandu jkollha rapport intimu u profound bħalma r-ragħaj ikollu man-nagħaġ tiegħu li hekk kif jgħajtilhom, jagħrfu l-vuċi tiegħu, iwieġbu għaliha u jimxu warajh… Kompli aqra »

Ftehim Kollettiv għall-impjegati tal-Kurja tal-Arċisqof

L-amministrazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof u l-Union Ħaddiema Magħqudin innegozjaw u kkonkludew Ftehim Kollettiv ġdid għall-impjegati lajċi tal-Kurja. Dan il-ftehim ġie ffirmat nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ April, 2013.

Il-Ftehim Kollettiv, li jkopri is-snin 2012 – 2014, ġie iffirmat minn Mons. Anton Portelli, Segretarju Amministrattiv, mis-Sur Ray Bonnici, Property Manager u mis-Sur Richard Saliba, Human Resources Executive, f’isem il-Kurja, u mis-Sur Jesmond Bonello, President tal-Union Ħaddiema Magħqudin u mis-Sur Paul Deguara, Shop Steward, f’isem il-Union… Kompli aqra »

22-28 t’April

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja fid-Dar tas-Sorijiet, f’Ħal Kirkop.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija fid-Dar tas-Sorijiet, f’Ħal Kirkop.

It-Tlieta

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġelizazzjoni fid-Dar tas-Sorijiet f’Ħal Kirkop.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu l-katekeżi fil-MUSEUM tas-subien, f’Ħal Kirkop… Kompli aqra »

Arċipriet ġdid għall-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Mons. Alexander Cordina bħala arċipriet tal-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta.

Mons. Cordina twieled fis-7 ta’ Ottubru 1958. Hu rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja Stella Maris College, il-Gżira, fl-iskola sekondarja teknika f’Raħal Ġdid, fis-Sixth Form il-Belt Valletta, u kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.

Mons… Kompli aqra »