Arkivji mensili: Mejju 2013

Il-Papa jħeġġeġ li nitolbu hekk: ‘Mulej, jiena nemmen, għinni fejn ma nemminx’

Pope Francis praying

Waqt quddiesa f’Casa Santa Marta fil-Vatikan, il-Papa Franġisku qal li talb umli, kuraġġuż u intens jista’ verament iwassal għal miraklu. Imnebbaħ mill-vanġelu li jirrakkonta kif id-dixxipli naqsu milli jagħmlu miraklu, b’Ġesu jċanfar in-nuqqas ta’ fidi, il-Papa jfakkar fil-kliem li ‘kollox possibbli għal min għandu l-fidi’. Il-Papa jistaqsi għaliex in-nuqqas ta’ fidi u jkompli jgħid li jaħseb li dan jiġri meta wieħed ma jiftaħx qalbu u meta qalb il-bniedem tkun trid il-kontroll ta’ kollox u allura ma tkunx tista’ tagħti lil Ġesu dak il-kontroll… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet tal-Papa f’Mejju, Ġunju u Lulju

Pope Francis

Ħareġ il-kalendarju ta’ attivitajiet li l-Papa Franġisku se jkun qed jieħu sehem fihom matul l-aħħar jiem ta’ Mejju u matul Ġunju u Lulju.

MEJJU

23: 6pm, Professjoni ta’ Fidi mal-Isqfijiet tal-Konferenza Episkopali Taljana.

26: Solennita tat-Trinita Qaddisa: Żjara pastorali f’parroċċa fid-djoċesi ta’ Ruma, b’quddiesa fid-9.30am

30: Solennita ta’ Corpus Cristi: 7pm Quddiesa fi Piazza San Ġwann Lateran… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-20 Anniversarju tar-Richmond Foundation

Konkatidral ta’ S. Ġwann, Valletta

13 ta’ Mejju 2013

Eċċellenza, ħuti,

Aħna niġu hawn fil-Knisja, bħalma ġejna llum, biex nirringrazzjaw lil Alla għal kull għajnuna spiritwali u umana li huwa jagħtina. Imma niġu hawnhekk mhux għal din ir-raġuni biss; aħna niġu hawnhekk biex inpoġġu l-ġrajjiet tagħna taħt dawl spiritwali u nibdew nifhmuhom f’kuntest spiritwali u kristjan… Kompli aqra »

L-Insara u l-Buddisti: Paċi interna, paċi fost il-popli

Christian and Buddhist

“Il-paċi interna, paċi fost il-popli” kienet it-tema tar-raba’ Kollokju bejn Buddisti u Insara, li kien organizzat fl-Universita Pontifiċja Urbanjana mill-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Inter-reliġjuż b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju għad-djalogu ekumeniku u inter-reliġjuż fi ħdan il-Konferenza Episkopali Taljana.Il-parteċipanti ġejjin mill-Italja, mill-Ġappun, mit-Tajwan, mill-Vjetnamm, mill-Korea t’Isfel, mit-Tajlandja, minn Myanmar, mis-Sri Lanka u mill-Indja, irriaffermaw il-ħtieġa ta’ responsabbilta tagħhom ilkoll għaż-żamma jew għar-restawr tal-paċi u għall-kontribut lejn ħbiberija u solidarjeta bejn il-popli… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ diversi Kummissjonijiet Parrokkjali f’ Ħal Safi

Nhar il-Ħamis 16 ta’ Mejju 2013, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija, mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali, fid-Dar tas-Sorijiet Dumnikani Ħal Safi, bħala parti miż-Żjara Pastorali.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected] Kompli aqra »