Arkivji mensili: Novembru 2023

L-Evanġelju tal-Ħadd: 26 ta’ Novembru

Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 34:11-12,15-17
Salm: 22 (23):1-2a,2b-3,5-6
It-Tieni Qari: 1 Kor 15:20-26,28

L-Evanġelju: Mt 25:31-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug… Kompli aqra »

Komunjoni, parteċipazzjoni, missjoni – L-Arċisqof

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bħal-lum, meta jgħiduli “Ad multos annos”, jiena ngħid, “pavere multos”, ma non esageriamo. Anke għax, tkun kemm tkun tajba l-ħaġa, fl-aħħar tgħid, “too much of a good thing”. Imma naf li mhix il-każ. 

Jiena nixtieq naqsam dan il-messaġġ qasir tiegħi, anke għaliex sar il-ħin u tinkwetani li bniedem ikollu bżonn anke jinġabar. Għall-grazzja ta’ Alla bdejna nxommu ftit tax-xitwa wkoll, li hija barka għalina. 

Xtaqt li l-intervent tiegħi llum, u l-indirizz tiegħi lilkom, ikun fuq żewġ partijiet… Kompli aqra »

Knisja mibgħuta biex tilħaq lin-nies

Jitnieda l proċess ‘Knisja li Toħroġ’ fl Assemblea Djoċesana 2023

  Iċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta nediet ir‑raba’ sena tal‑proċess ekkleżjali ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed: Knisja li Toħroġ’. Dan sar waqt l‑Assemblea Djoċesana annwali li ġiet fi tmiemha l‑Ġimgħa 24 ta’ Novembru 2023. Matul l‑Assemblea, iI‑grupp ta’ ħidma ta’ Knisja li Takkumpanja ta rendikont dwar xogħlu fejn ħass li jeħtieġ ikun hemm iktar għarfien fost l‑entitajiet tal‑Knisja stess kif ukoll li jissaħħaħ ix‑xogħol ta’ akkumpanjament li diġà jsir minnhom permezz ta’ formazzjoni… Kompli aqra »

Isqfijiet Ewropej se jiltaqgħu f’Malta biex jiddiskutu l-fidi Nisranija fl-Ewropa

Malta tospita l-Assemblea Plenarja tas-CCEE 2023

L-Isqfijiet Ewropej waqt l-Assemblea Kontinentali tas-Sinodu li saret fi Frar 2023

Madwar 40 isqof mill‑Ewropa se jattendu għall‑Assemblea Plenarja tal‑Kunsill tal‑Konferenzi tal‑Isqfijiet Ewropej (CCEE) li għall‑ewwel darba se ssir f’Malta, organizzata mill‑Konferenza Episkopali Maltija. Waqt din l‑assemblea, li kull sena ssir f’wieħed mill‑pajjiżi membri tal‑Kunsill, l‑isqfijiet se jiddiskutu t‑tema ‘Passi Ġodda għal Knisja Sinodali fl‑Ewropa’. Dan wara s‑Sinodu ppresjedut mill‑Papa Franġisku, li l‑ewwel parti tiegħu ntemmet ix‑xahar li għadda… Kompli aqra »

Inħallu l-Ispirtu ta’ Alla jmexxina fil-ħruġ bħala Knisja u b’mod personali – L-Isqof Galea-Curmi

Diskors tal-ftuħ tal-Assemblea Djoċesana 2023

  Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara

Il-messaġġ tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Eċċellenza u ħuti, insellmilkom lilkom ilkoll miġburin għall-Assemblea Djoċesana din is-sena, u nsellem lil dawk kollha li qed isegwuna bħalissa online.

Nixtieq li, qabel xejn, li flimkien nawguraw lil Mons. Arċisqof li għada jagħlaq 11-il sena mill-Ordinazzjoni Episkopali tiegħu. U speċjalment nitolbu għalih. Flimkien mal-awguri, it-talb tagħna biex il-Mulej ibierku u jkompli jgħinu biex jaqdi din il-missjoni bil-ħeġġa, b’entużjażmu, b’dedikazzjoni sħiħu u b’ġenerożità kbira… Kompli aqra »

Il-qima għad-dar tal-Mulej – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Id-dar tiegħi tkun dar it-talb” (Lq 19:45). Dan hu li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Luqa meta jidħol fit-tempju u hemm jibda jkeċċi ’l barra l-bejjiegħa. Kienet ġrajja li baqgħet tissemma din, u fil-fatt insibuha fl-Evanġelji kollha. Ġesù, meta jidħol fit-tempju, jgħid li din hi d-dar ta’ Alla. Interessanti ħafna li San Luqa jġib it-tempju kemm fil-bidu nett tal-Evanġelju tiegħu, kif ukoll fl-aħħar… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 ta’ Novembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Mak 6:1-13
Salm: 9:2-3,4 u 6,16b u 19

L-Evanġelju: Lq 20:27-40

F’dak iż-żmien resqu fuq Ġesù xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh: “Mgħallem, Mosè ħallielna miktub: ‘Jekk wieħed imutlu ħuh miżżewweġ u dan ikun bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla biex inissel ulied lil ħuh.’ Issa jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla tfal… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Novembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Mak 4:36-37.52-59
Salm: 1 Kron 29:10,11abċ,11d-12a,12bċd

L-Evanġelju: Lq 19:45-48

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ’l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub: ‘Id-dar tiegħi tkun dar it-talb.’ Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin.” U kien jgħallem kuljum fit-tempju. Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu… Kompli aqra »