Editorjali

Ippjana l-2025 bid-djarju u n-notebook tal-Arċidjoċesi

L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed toħroġ id-djarju 2025 li jinkludi paġni għal kull jum u oħrajn għal kull xahar, l-Iskrittura tal-jum, dati tal-festi f’Malta u Għawdex, kuntatt tal-parroċċi u tal-entitajiet tal-Knisja, u talba speċjali għal kull xahar tal-Ġublew tat-Tama li se jiġi ċċelebrat fl-2025. Id-djarju hu bil-Malti.

Din is-sena l-Arċidjoċesi qed toħroġ ukoll notebook, imfassal bil-ħsieb li jista’ jintuża kemm għall-impenji personali kif ukoll għal riflessjonijiet… Kompli aqra »

Sejħa għal kontribuzzjonijiet: aqsam l-esperjenzi u l-inizjattivi tiegħek

Il-parroċċi, l-entitajiet, l-għaqdiet, il-movimenti u l-gruppi li jiffurmaw parti mill-Knisja f’Malta huma mistiedna jaqsmu stejjer ta’ avvenimenti, attivitajiet u inizjattivi li jħallu impatt fil-komunitajiet tagħhom. Persuni li jistgħu jkunu ta’ ispirazzjoni għal nies oħra huma mistiedna wkoll jaqsmu wkoll l-esperjenzi tagħhom.

B’din l-istedina, il-Knisja f’Malta qed tħeġġeġ il-parteċipazzjoni tan-nies, tenfasizza l-avvenimenti importanti u taqsam ir-riżorsi sabiex tikber il-missjoni tal-Knisja u tkun iktar preżenti fis-soċjetà… Kompli aqra »

Il-ħames barkiet għal pajjiżna

Matul l-2024, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed iħeġġu sabiex bħala pajjiż u Nsara, nirriflettu fuq il-ħames doni mingħand il-Mulej li l-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila jfakkarna fihom fl-Innu Malti: id-dehen, il-ħniena, is-saħħa, l-għaqda u s-sliem. Dan hekk kif din is-sena, Malta tagħlaq 60 sena indipendenti u 50 sena repubblika. Kompli aqra »

Ippjana l-2024 bid-Djarju tal-Arċidjoċesi

L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed toħroġ id-djarju 2024 li jinkludi paġni għal kull jum u oħrajn għal kull xahar, l-Iskrittura tal-jum, dati tal-festi f’Malta u Għawdex, kuntatt tal-parroċċi u tal-entitajiet tal-Knisja u riflessjonijiet. Id-djarju hu bil-Malti. 

Id-dħul mill-bejgħ se jmur għall-ħidma tal-Arċidjoċesi ta’ Malta mal-persuni fil-bżonn.

Dettalji dwar id-djarju:

  • Qoxra iebsa
  • 352 paġna
  • Qies: A5 (15.2cm x 21.6cm x 2.4cm)
  • Paġni biex tippjana x-xahar
  • Dati liturġiċi importanti
  • Kuntatt tal-parroċċi kollha f’Malta
  • Kuntatt tal-entitajiet tal-Knisja
  • Kalendarju 2024 u 2025
  • Magħmul f’Malta
  • Kompli aqra »

Ordna d-djarju tiegħek sal-10 ta’ Novembru 2023 …

Is-sitt edizzjoni ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’

L-Arċidjoċesi ta’ Malta tħabbar il-pubblikazzjoni ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’, is-sitt volum bid-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-2020. Dan il-ktieb ta’ 700 paġna jinkludi 50 paġna ta’ ritratti bil-kulur li ttieħdu f’diversi ċelebrazzjoniijiet fil-parroċċi u attivitajiet oħra.

Permezz tal-kelma tiegħu msejsa fuq l-Evanġelju, Mons. Arċisqof jistedinna nieħdu ħsieb ta’ xulxin bi kwalunkwe mod possibbli u ma ninsewx dawk li huma l-aktar fil-bżonn. Il‑ktieb sar bil-għajnuna finanzjarja ta’ APS Bank plc… Kompli aqra »

Ir-Randan: mixja li fiha niskopri kemm Alla hu twajjeb u ħanin

Ir-Randan imqaddes, 40 jum ta’ talb u penitenza, bi tħejjija għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑Passjoni, il‑Mewt u l‑Qawmien mill‑mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Ir-Randan hu wkoll mixja li għandna ngħixuha bħala mixja tal-libertà, dik li permezz tagħha ninħelsu minn dak kollu li jtaqqalna, niftħu qalbna lejn Alla u lejn il-proxxmu tagħna. Tajjeb li dil-mixja tkun ibbażata fuq tliet atteġġjamenti importanti għall-Mulej il-karità, it-talb u s-sawm, li jekk jiġu mill-qalb għandhom jagħmlu l-mixja waħda ta’ konverżjoni u tiġdid… Kompli aqra »

Riżoluzzjonijiet: Issa u Kull Mument

Matul il-ġimgħa bejn il-Milied u l-Ewwel tas-Sena, ħadd ma jaf eżatt x’suppost għandu jagħmel. Hemm min jipprova jlaħħaq max-xiri tal-Milied filwaqt li jakkwista kemm jista’ mill-aqwa sales, oħrajn jiltaqgħu mad-diversi membri tal-familja waqt xi ikla ta’ nofsinhar jew filgħaxija, hemm min imur għal btala ta’ ftit jiem, l-istudenti jippruvaw ilaħħqu mal-istudju, waqt li l-ġenituri jistennew bil-ħerqa li uliedhom imorru lura l-iskola.

Hemm ħafna x’tagħmel waqt din il-ġimgħa, però fl-istess waqt, qisu m’hemm xejn… Kompli aqra »

Nagħmlu Spazju għall-Imħabba

Inneħħu dak li hu żejjed

Jekk qatt kont f’xi għar, taf li mhuwiex l-iktar post pjaċevoli – id-dlam, l-insetti, it-trab, iż-żibel, il-ħmieġ. Li tidħol ġo l-għerien hija avventura fiha nfisha u mhux esperjenza li kulħadd ikun jixtieq jgħaddi minnha.

Qalbi kultant tkun l-istess, mimlija fdalijiet ta’ dak li xi darba kien ħaj, memorji li qed jitmermru fl-irkejjen, u ħmieġ minsi ma’ kullimkien. Ħafna imbarazz jinġema’ ġewwa fina, u aħna nistmerru jew nistħu nħabbtu wiċċna miegħu… Kompli aqra »

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent – Imħabba

Ħafna drabi ninsew inħobbu.

Meta nkunu mgħaġġla u nsibu ruħna mwaħħla fit-traffiku;
meta xi ħadd iqabbiżna waqt li qed nistennew fi kju ġewwa s-supermarket;
meta dak li nkunu ordnajna jasal tard;
meta ħadd mill-Bank ma jwieġeb it-telefonati tagħna;
meta xi membru tal-familja jgħid xi kelma mhux f’lokha waqt l-ikla tal-Ħadd.

Kontinwament insibu ruħna f’sitwazzjonijiet li jqanqlu kollox ħlief l-imħabba ġewwa fina… Kompli aqra »

L-ewwel Ħadd tal-Avvent – Tama

L-ewwel ġurnata ta’ sena ġdida.
L-ewwel ġurnata tal-iskola.
L-ewwel ġurnata tas-sajf.
L-ewwel ġurnata tal-vaganzi tal-Milied.
L-ewwel Ħadd tal-Avvent.

L-ewwel ġurnata ta’ kull perjodu titqies bħala opportunità biex nagħmlu xi ħaġa ġdida; nibdew drawwa ġdida, intejbu fejn mhux tajjeb; u nagħmlu għanijiet ġodda u nżommu magħhom. Inħarsu lejn dawn il-ġranet ‘ġodda b’ċerta ħerqa għalkemm mhux għal kulħadd bl-istess mod. Hemm min iħares lejn dan iż-żmien b’mod pożittiv u jużah biex jagħti dik l-imbuttatura ħalli jsir sforz ġdid… Kompli aqra »