Editorjali

L-impenn tagħna li nisimgħu l-leħen tal-ħolqien

L-Istaġun tal-Ħolqien hu importanti għalina l-Kattoliċi fejn fi djalogu ma’ Nsara oħra, dan iż-żmien jistieden lill-umanità tiġġedded fir-relazzjoni tagħha mal-Ħallieq u mal-ħolqien, permezz ta’ ċelebrazzjoni u impenn flimkien sabiex nieħdu ħsieb id-dar komuni tagħna.

“Isma’ Leħen il-Ħolqien” hi l-istedina tal-Papa Franġisku lill-Insara kollha għall-Istaġun tal-Ħolqien ta’ din is-sena (mill‑1 ta’ Settembru sal‑4 ta’ Ottubru), bis-simbolu jkun is-siġra taqbad bin-nar meħuda mill-istorja ta’ Mosè… Kompli aqra »

Biex jitnaqqsu l-firdiet u l-piki ta’ bejnietna

Id-dokument ‘Yahad’, imħejji mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, hu mudell ta’ kif nistgħu ngħixu aħjar flimkien bħala soċjetà billi jitnaqqsu l-firdiet u l-piki ta’ bejnietna – li jistgħu jkunu marbuta ma’ politka partiġġjana, twemmin reliġjuż, futbol, każini tal-banda, familja – kif ukoll jiddewwew il-ġrieħi li ġġarrbu fil-passat.

Bl-Ebrajk, il-kelma ‘yahad’ tirreferi għas‑sens ta’ għaqda u komunità, u l-għan ta’ dan id-dokument huwa li nirriflettu fuq kif nistgħu nsawru soċjetà li tippromwovi l‑ġid komuni u ttejjeb il‑benessri tal‑persuni, speċjalment dawk l‑aktar vulnerabbli. 

‘Yahad’ jorbot mal-proċess ta’ tiġdid ekkleżjali ‘Knisja Waħda Vjaġġ Wieħed’ li qed jitwettaq bħalissa mill‑Knisja f’Malta, u li jenfasizza l‑bżonn ta’ ħidma għal rikonċiljazzjoni li tfejjaq id‑diversi ġrieħi tal‑poplu f’Malta… Kompli aqra »

Infittxu wiċċ Ġesù f’qalb kulħadd, l-aktar f’dawk li jinsabu fil-periferiji

Bi preparazzjoni għas-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, ta’ min nistaqsu aħniex nirrispettaw u ngħixu f’armonija mal-ħolqien, kif ukoll aħniex ngħixu d-doni li ħadna fis-sagramenti tal-magħmudija u tal-griżma tal-isqof fejn ingħatajna l-milja tal-Ispirtu Qaddis tal-Mulej.

Dan l-Ispirtu għandna nħalluh imexxina fit-tieni sena tal-proċess ekkleżjali ta’ Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed, imniedi fl-aħħar Assemblea Djoċesana bit-tema Knisja li tisma’ hi Knisja li tilqa’, b’rabta mal-mixja sinodali lejn is-Sinodu tal-Isqfijiet li se jsir fl-2023… Kompli aqra »

Lejn Knisja Sinodali – Komunjoni, Parteċipazzjoni u Missjoni

Il-Papa Franġisku, nhar il-Ħadd 10 ta’ Ottubru 2021, se jniedi l-mixja sinodali lejn is-Sinodu tal-Isqfijiet li se jsir fl-2023, bit-tema: “Lejn Knisja Sinodali – Komunjoni, Parteċipazzjoni, u Missjoni”.

Il-Papa qed jistieden lil kull djoċesi biex tipparteċipa f’dan il-proċess ta’ tħejjija, u tagħti bidu għal dan nhar il-Ħadd 17 ta’ Ottubru 2021. Għalhekk, dakinhar, Mons. Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa fil-bidu ta’ dan il-proċess min-naħa tal-Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Il-ħames edizzjoni ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’

L-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta jħabbar il-pubblikazzjoni ta’ Kelma ta’ Ħabib, il-ħames volum bid-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-2019.

Permezz tal-kelma tiegħu, sempliċi iżda profonda, diretta u msejsa fuq l-Evanġelju, Mons. Arċisqof jistieden lil kull persuna sabiex tkun ħmira li tkattar il-ġid fis-soċjetà.

Kelma ta’ Ħabib fih 500 paġna u jinkludi 50 paġna ta’ ritratti bil-kulur li ttieħdu f’diversi ċelebrazzjoniijiet fil-parroċċi u attivitajiet oħra… Kompli aqra »

Eżerċizzi Spiritwali 2021

Lista tal-eżerċizzi spiritwali (fil-knejjes u online) li ser isiru fil-parroċċi ta’ Malta matul ir-Randan 2021. Dan it-tagħrif hu bbażat fuq id-dettalji mibgħuta mill-parroċċi stess.

ParroċċaPostDataĦinGħal min humaKelliem/aKuntattBirkirkara
(San Ġużepp Ħaddiem) Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem 1-5 ta’ Marzu7pmKoppjiPatri Eric Cachia SDB21483245
Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem 15-19 ta’ Marzu6pmKulħaddPatri Victor Mallia OCD 21483245
Birkirkara
(Santa Marija) Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija22-26 ta’ Frar6:45pmKulħaddPatri Christopher Caruana OP21448026
BirżebbuġaOnline 25 ta’ Frar
2 u 4 ta’ Marzu7pmŻgħażagħDun James Saydon21651200
Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Pietru tal-Ktajjen 1-5 ta’ Marzu9amKulħaddDun Norman Zammit21651200
Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Pietru tal-Ktajjen9-11 ta’ Marzu7pmKulħaddPatri Clinton Farrugia MSSP21651200
BormlaIl-Knisja Parrokkjali tal-Kunċizzjoni20 u 27 ta’ Frar
6, 13, 3, u 27 ta’ Marzu4:45pmKulħaddPatri Martin Borg OCD21828413
79828413
BurmarradIl-Knisja Parrokkjali tal-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija 19 u 26 ta’ Frar
5, 12, 19 ta’ Marzu6:45pmKulħaddPatri Christian Borg
Patri Allister Aquilina77622275
Il-Knisja Parrokkjali tal-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija 23 ta’ Frar
2, 9, 16 u 23 ta’ Marzu6:45pmKulħaddPatri Christian Borg
Patri Allister Aquilina 77622275
Gwardamanġa Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Fatima 21 u 28 ta’ Frar
7, 14 u 21 ta’ Marzu6:45pmKulħaddPatri Vince Micallef OP
Patri Ivan Attard OP21220050
Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Fatima1-5 ta’ Marzu9:30amKulħaddPatri Ivan Attard OP21220050
Ħad-DingliIl-Knisja Arċipretali ta’ Santa Marija 8-12 ta’ Marzu7pmKulħaddDun Claude Mifsud21455738
Ħal GħaxaqIl-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija1-5 ta’ Marzu7pmKulħaddDun Ryan Lee PaceIl-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija 8-12 ta’ Marzu7pmKoppji Dun Gilbert Scicluna Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija 24 ta’ Marzu 8pm ŻgħażagħDun Andrew Schmebri Ħal Kirkop Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Leonardu Abbati 22-24 ta’ Frar8pmŻgħażagħDun Anton D’AmatoKompli aqra » Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Leonardu Abbati 27 ta’ Frar
6, 13 u 20 ta’ Marzu6pmFamiljiMons…

Direttivi maħruġa mill-Isqfijiet biex titrażżan l-imxija tal-coronavirus

Mit-13 ta’ Ġunju, il-knejjes fl‑Arċidjocesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex bdew jiċċelebraw mill-ġdid il-Quddies għall-pubbliku. B’konsultazzjoni mal‑Awtoritajiet tas‑Saħħa, l-Isqfijiet ħarġu numru ta’ direttivi rigward miżuri ta’ prevenzjoni ta’ tixrid tal‑imxija tal‑Covid‑19 waqt il-Quddies bil‑preżenza tal‑pubbliku. Dawn id-direttivi qed ikunu aġġornati biex jirriflettu tibdil fid-direttivi u linji gwida maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Id-direttivi tal-Isqfijiet (din il-lista qed tiġi aġġornata regolarment):

USE PAGE : https://knisja.mt/informazzjoni/direttivi-covid-19/

It-talb li qed jixxandar kuljum fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali:

TVM2 ixandar ukoll ripetizzjoni tal-Quddies mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5:30pm… Kompli aqra »

Twajba, ġentili u akkoljenti

L-aħbar li l-Papa Franġisku se jżur Malta f’Mejju li ġej intlaqgħet b’ferħ kbir. It-tħabbira ngħatat fl-10 ta’ Frar, waqt il-pontifikal fis-solennità ta’ San Pawl Nawfragu – festa għażiża għalina l-Maltin peress li n-nawfraġju ta’ San Pawl jitqies bħala t-twelid tal-fidi Nisranija f’Malta.

F’Jannar li għadda, il-Papa kemm-il darba rrifletta fuq is-silta mill-Atti tal-Appostli li tirrakonta n-nawfraġju ta’ San Pawl, u tkellem b’mod partikolari dwar il-qalb ħanina tal-Maltin li laqgħet lil Pawlu u l-275 nawfragi l-oħra… Kompli aqra »

Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed

Il-working document tal-Pjan Pastorali għall‑Arċidjoċesi ta’ Malta bit‑tema ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed – Proċess ta’ Dixxerniment Ekkleżjali 2020‑2023’ jelenka erba’ prijoritajiet ewlenin għall‑Knisja: li tisma’, li tilqa’, li takkumpanja u li toħrog bla biża’ biex ixxandar l‑Bxara t‑Tajba.

Dan id‑dokument, li huwa ispirat mir-rakkont tad-dixxipli ta’ Emmaws (Lq 24:13-35), inkiteb wara konsultazzjoni wiesgħa li saret matul dawn l‑aħħar xhur ma’ għadd ta’ persuni involuti f’diversi ħidmiet tal‑Knisja u tas-soċjetà Maltija… Kompli aqra »

Valur imprezzabbli

Ta’ Cini Institute twaqqaf minn mara lajka, Adelaide Cini (1838 – 1885), li bdiet moviment missjunarju ġdid fost il-ħafna bniet abbandunati ta’ żmienha, mill-klassijiet il-fqar tas-soċjetà Maltija, u waqqfet konservatorju għall-bniet l-aktar fil-bżonn. L-azzjoni konkreta li ħadet wasslet ukoll biex tiġi ddikjaratha venerabbli mill-Papa Piju X fit-23 ta’ Frar 1910.

Il-Knisja f’Malta għaddiet il-bini li kien jospita dan l-istitut lil Hospice Malta sabiex jinbidel f’St Michael Hospice, ċentru modern għal kura paljattiva li se jkompli fil-passi ta’ dak li bdiet Adelaide Cini u jgħin lill-persuni li huma vulnerabbli u l-aktar fil-bżonn… Kompli aqra »