Editorjali

Il-valur tal-ħajja

  • Fil-messaġġ tal-Milied, l-Arċisqof Charles J. Scicluna fakkar kif it-twelid tat-tarbija ta’ Betlehem tgħallimna ngħożżu l-ħajja mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha. Saħaq li l-Milied ifakkarna wkoll li l‑ħajja għandha valur li huwa bla prezz.

    F’għeluq il-200 sena tal-għanja O Lejl ta’ Skiet, l-Arċisqof qal li t-tarbija ta’ Betlehem tħeġġiġna wkoll nieqfu u nirriflettu fuq il-mistoqsijiet fundamentali tal-ħajja, mistoqsijiet li “l‑bniedem għamilhom f’kull kultura u f’kull żmien,” dwar minn fejn ġejjin u fejn sejrin…

  • Kompli aqra »

It-Triq tal-Verità

  • Fil-festa ta’ Kristu Re, l-Arċisqof Charles J. Scicluna appella lin-Nisrani sabiex jagħżel dejjem it-triq tal-verità li hija l-Kelma ta’ Ġesù. Qal li ħafna drabi ngħixu f’dinja fejn il-kmandamenti donnu qatt ma smajniehom, b’mod speċjali dawk il-kmandamenti li jħarsu l-proxxmu. L-Arċisqof saħaq fuq tliet kmandamenti li b’mod partikolari japplikaw għas-soċjetà tal-lum:

    La tigdibx. Fil-verità u fir-rispett tal-fatti hemm ir-rispett veru ta’ xulxin; il-gidba saret strument ta’ firda li tkisser mhux biss lin-nies imma popli sħaħ. 
    La toqtolx. Ixxaħħamx butek billi tirrovina ż-żgħażagħ bid-droga; tisfruttax lin-nisa f’kummerċ li jneżżagħhom minn kull dinjità; Tobgħod lil ħadd għax f’qalbek tkun diġà qattiel…

  • Kompli aqra »

#ItlobGħallKnisja

  • Il‑Papa Franġisku ħeġġeġ lill‑Insara kollha sabiex matul Ottubru jitolbu għall‑Knisja, kemm individwalment u kemm bħala komunità. Il‑Papa stedinna biex kuljum nitolbu r‑Rużarju bl‑intenzjoni li Marija Omm Alla l‑Verġni Marija “tpoġġi lill‑Knisja taħt il‑mantell protettiv tagħha u tħarisha mill‑attakki tax‑Xitan, u li tagħmel lil kulħadd aktar konxju tal‑ħsarat, l‑iżbalji u l‑abbużi li saru fil‑preżent u fil‑passat, u timpenja ruħha sabiex il‑ħażen ma jirbaħx”…

  • Kompli aqra »

Id-dover li nuru solidarjetà

  • “Illum għandna bżonn il‑vuċi profetika tas‑solidarjetà: solidarjetà bejn l‑istati differenti u bejn il‑ġnus; solidarjetà fil‑politika soċjali interna tal‑istat; u solidarjetà interġenerazzjonali, jiġifieri s-solidarjetà bejn il‑ġenerazzjonijiet.” Dan kien l-appell li għamel l-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-omelija tal-Quddiesa Pontifikali fil-festa nazzjonali ta’ Jum l-Indipendenza.

    L-Arċisqof fisser kif meta nitkellmu dwar il‑ħtieġa tas‑solidarjetà nifhmu li qegħdin nimpenjaw ruħna li nuru solidarjetà ma’ min qiegħed fi bżonn urġenti ta’ għajnuna għaliex qiegħed jaħrab minn ambjent kiefer ta’ disprezz vjolenti tad‑dinjità tal‑bniedem; qiegħed jaħrab minn destin aħrax ta’ skajvitù, u saħansitra tortura u mewt…

  • Kompli aqra »

Nimxu Flimkien

  • Mill-1 ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru 2018, l-Insara madwar id-dinja jingħaqdu biex jitolbu u jħarsu d-dar komuni tagħna matul ix-Xahar tal-Ħolqien. It-tema għaċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena hi ‘Nimxu Flimkien’.

    Ix-Xahar tal-Ħolqien hu mifrux fuq ħames ġimgħat, mill-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien (l-1 ta’ Settembru) sal-festa ta’ San Franġisk ta’ Assisi (4 ta’ Ottubru), il-qaddis prottettur tal-animali u tal-ekoloġija…

  • Kompli aqra »

Id-dover li nuru solidarjetà

  • “Illum għandna bżonn il‑vuċi profetika tas‑solidarjetà: solidarjetà bejn l‑istati differenti u bejn il‑ġnus; solidarjetà fil‑politika soċjali interna tal‑istat; u solidarjetà interġenerazzjonali, jiġifieri s-solidarjetà bejn il‑ġenerazzjonijiet.” Dan kien l-appell li għamel l-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-omelija tal-Quddiesa Pontifikali fil-festa nazzjonali ta’ Jum l-Indipendenza.

    L-Arċisqof fisser kif meta nitkellmu dwar il‑ħtieġa tas‑solidarjetà nifhmu li qegħdin nimpenjaw ruħna li nuru solidarjetà ma’ min qiegħed fi bżonn urġenti ta’ għajnuna għaliex qiegħed jaħrab minn ambjent kiefer ta’ disprezz vjolenti tad‑dinjità tal‑bniedem; qiegħed jaħrab minn destin aħrax ta’ skajvitù, u saħansitra tortura u mewt…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Awżiljarju l-ġdid

  • Il-Knisja f’Malta tifraħ lill-Mons. Joseph Galea-Curmi għall-ħatra mill-Papa Franġisku bħala l-Isqof Awżiljarju l-ġdid ta’ Malta.

    Deskritt min-Nunzju Appostoliku Alessandro D’Errico bħala saċerdot bi kwalitajiet umani u pastorali, fl-ewwel messaġġ tiegħu bħala Isqof-elett, Mons. Galea-Curmi qal li ser iwettaq din il-missjoni episkopali “b’sens ta’ qadi u servizz kbir”. Qal li bħala isqof jixtieq jenfasizza dwar kemm hi importanti li ngħożżu l-ħajja u li ngħixuha b’ħafna mħabba…

  • Kompli aqra »

Il-qaddisin tal-bieb ta’ maġenbna

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna qal li għalkemm il‑kultura tagħna tgħallem li l‑qaddisin huma biss  dawk li mietu għal Kristu, fl‑eżortazzjoni l‑ġdida Gaudete et Exsultate (Ifirħu u Thennew) il‑Papa Franġisku rnexxielu jniżżel il‑qdusija minn fuq il‑pedestall. Fil‑ħames kapitli tal‑eżortazzjoni l-Papa jispjega kif fid‑dinja tal‑lum il‑qdusija tista’ tinkiseb fil‑familja, fuq il‑post tax‑xogħol u fil‑ħajja kkonsagrata fost l‑oħrajn.

    Waqt il‑preżentazzjoni tal‑verżjoni bil‑Malti tal‑eżortazzjoni appostolika Ifirħu u Thennew, li saret fis‑Seminarju, l‑Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

Mill-verità tasal il-paċi

  • L-imejls, it-telefonati, il-messaġġi u s-social media qegħdin kollha f’kompetizzjoni waħda biex jiġbdu l-attenzjoni tagħna u jinfluwenzawna. Il-midja l-ħin kollu tgħaddilna informazzjoni li xi drabi tkun korretta u drabi oħra mmanipulata jew saħansitra falza (fake news).

    Fil-messaġġ tiegħu għall-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni (13.05.18), il-Papa Franġisku jgħid li “l-unika rimedju għall-virus tal-falsità hu li nħallu l-verità ssaffina”…

  • Kompli aqra »

The Alphabet of Creation

  • The desire for children is a sacred one, and every effort made to help infertile couples embrace their own children must be praised and blessed. The dignity of this process of conception and birth demands that they are the fruit of the love between the biological father and mother of the child. When we start talking about men and women who donate their reproductive cells to third parties, we are destroying this essential union…

  • Kompli aqra »